Nitolbu ma' San Franġisk

 

◄◄|werrej|►►


L-Uffiċċju ta-Qari

tal-Festa ta' San Franġisk

4 ta' Ottubru


 

V/. O Alla, ejja eħlisni.

R/. Mulej fittex għinni.

Glorja lill-Missier, lill-Iben

     u lill-Ispirtu s-Santu

Kif kien mill-bidu, issa u dejjem,

     għal dejjem ta' dejjem. Amen- Alleluia

 

Innu

San Franġisk għani bil-grazzji

sar l-eżempju tal-ġwejdin,

fis-Smewwiet illum jixxierek

mal-qtajjiet tal-qaddisin.

 

Taħt il-liġi ta' l-ispirtu

f'ġismu rażżan il-kburija;

lilu nnifsu, d-dnub, id-dinja,

rebaħ fl-aqwa tal-qlubija.

 

F'għalqa żgħira, xejn imkabbra

ħawwel dielja - tal-Minuri;

bit-tagħlim qaddis ta' mġiebtu

Triq-il-Ħajja seta' juri.

 

Għall-ġid kbir li jibqa' għal dejjem

għadd sew ġibed ta' fqajrin,

u sejħlhom mhux bil-kelma

'mma bl-egħmejjel wisq għaqlin.

 

Ħajtu ddiet b'tagħlim mill-aqwa

u bis-sebħ ta' l-egħġbijiet:

kull ma għallem, stqarr u għamlu,

wassal ġnus lejn is-Smewwiet.

 

San Franġisk, 'l uliedek qegħ'dhom

fil-palazz tal-Kbir Sultan,

għal qdusitek, żommhom dejjem

bogħ'd min-nasba tax-xitan.

 

Lill-Missier, 'l Ibnu l-Waħdieni,

u 'l-Ispirtu tal-Qdusija,

nitolbuhom jilqgħu talbna -

Trinità bil-wisq qawwija. Amen.

 

Salmodija

Antifona. 1: Il-Mulej nessieni dar missieri, u kabbarni f'art il-faqar tiegħi.

 

Salm 1

Ħieni l-bniedem

   li ma jimxix fuq il-pariri tal-ħżiena,

   li ma jiqafx fi triq il-ħatjin, *

   li ma joqgħodx fil-laqgħat taż-żeblieħa;

imma fil-liġi tal-Mulej il-għaxqa tiegħu, *

   lejl u nhar jaħseb fil-liġi tiegħu.

 

Ħu bħal siġra mħawla ħdejn nixxigħat ta' l-ilma, *

   li tagħmel il-frott fi żmienha,

u l-weraq tagħha ma jidbielx; *

   hu jirnexxi f'kull ma jagħmel.

 

Mhux hekk il-ħżiena, mhux hekk ; *

   iżda huma bħal tibna li jtajjarha r-riħ.

Għalhekk il-ħżiena ma jifilħux għall-ħaqq, *

   ma joqogħdux il-ħatja fil-ġemgħat tat-tajbin.

Għax triq it-tajbin il-Mulej jafha; *

  imma triq il-ħżiena tintemm fix-xejn.

 

Glorja lill-Missier, lill-Iben *

   u lill-Ispirtu s-Santu.

Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, *

   għal dejjem ta' dejjem. Amen

 

Antifona: Il-Mulej nessieni dar missieri, u kabbarni f'art il-faqar tiegħi.

Antifona 2: L-għajb tas-salib ta' Kristu huwa qisu għana akbar mit-teżori tad-dinja.

 

Salm 8

Mulej, Sid tagħna, *

   kemm hu kbir ismek fl-art kollha!

Int qegħidt is-sebħ tiegħek *

   'il fuq mis-smewwiet.

 

Int, li s-sebħ tiegħek igħannih *

   fomm it-tfal u t-trabi tal-ħalib;

int, li bnejt sur kontra l-egħdewwa, *

   biex iġġib fix-xejn il-għadu u 'l min iqum kontrik.

 

Inħares lejn is-smewwiet, egħmil subgħajk, *

   il-qamar u l-kwiekeb li int qegħidt fihom!

X'inhu l-bniedem biex tiftakar fih, *

   bin il-bniedem, biex taħseb fih?

 

Ftit inqas mill-allat għamiltu,

   bis-sebħ u l-ġmiel żejjintu,

   qegħidtu fuq l-egħmejjel kollħa ta' jdejk!

 

Kollox taħt riġlejh qegħidtlu : *

   in-nagħaġ u l-baqar kollha, sa l-bhejjem tax-xagħri;

l-agħsafar ta' l-ajru u l-ħut tal-baħar, *

   dak kollu li jterraq fil-baħar.

 

Mulej, Sid tagħna, *

   kemm hu kbir ismek fl-art kollha!

 

Glorja lill-Missier, lill-Iben *

   u lill-Ispirtu s-Santu

Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, *

   għal dejjem ta' dejjem. Amen.

Antifona L-għajb tas-salib ta' Kristu huwa qisu għana akbar mit-teżori tad-dinja.

Antifona 3: Jiena mitt għad-dinja, u ħajti hija mohbija ma' Kristu f'Alla.

 

Salm 15

Ħarisni, o Alla, *

   għax fik jien nistkenn.

Jien għidt lill-Mulej: "Int Sidi; *

   m'għandix ġid ieħor ħliefek."

 

It-twajbin huma l-kbar f'din l-art; *

   fihom hi l-għaxqa kollha tiegħi.

Il-hemm tagħhom ikattru *

   dawk li jaħtru allat oħra.

 

Ma nsawwabx bħalhom id-demm b'sagrifiċċju, *

   anqas isimhom ma nsemmi b'xofftejja.

Mulej, inti s-sehem tal-wirt u r-riżq tiegħi, *

   inti iżomm f'idejk xortija.

 

Il-kejl tani art li tgħaxxaq, *

   messi sehem tassew għal qalbi.

Inbierek lill-Mulej li tani l-fehma; *

   imqar bil-lejl qalbi tgħallimni.

 

Inżomm il-Mulej dejjem quddiemi, *

   għax bih f'leminti qatt ma nitħarrek.

Ħekk tifraħ qalbi u tithenna ruħi, *

   u ġismi wkoll jistrieħ fil-kwiet.

 

Għax int ma titlaqnix fl-imwiet *

   ma tħallix il-maħbub tiegħek jara l-qabar.

Int tgħallimni t-triq tal-ħajja;

   hemm il-milja tal-ferħ quddiemek, *

   hemm il-għaxqa għal dejjem f'lemintek.

 

Glorja lill-Missier, lill-Iben *

   u lill-Ispirtu s-Santu

Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, *

   għal dejjem ta' dejjem. Amen

 

Antifona Jiena mitt għad-dinja, u ħajti hija moħbija ma' Kristu f'Alla.

 

V/. Mulej, issiġillajt il-qaddej tiegħek Franġisku.

R/. Bis-sinjali tal-fidwa tagħna.

 

Lezzjoni I

Sir 50, l.4-ll, l3-l4, 22-25, 29-3l

Qari mill-Ktieb ta' Bin Sirak.

 

Bħax-xemx tiddi, hekk idda fil-maqdes ta' Alla

 

Ara, hawn hu dak li fi żmienu sewwa d-dar ta' Alla u f'ħajtu saħħaħ il-maqdes. Ħu ħa ħsieb il-poplu tiegħu, u ħelsu mit-telfien. Saħħaħ il-belt minħabba l-egħdewwa; kemm kien sabiħ bin-nies imdawrin miegħu!

 

Bħal kewkba li tleqq minn bejn is-sħab, u bħal ġamar mimli li jiddi fi żmienu; bħax-xemx tiddi, hekk huwa sireġ fil-maqdes ta' l-Ogħli. Bħal qawsalla li tidher ġos-sħab, bħal inwar tal-ward fil-jiem tar-rebbiegħa, bħal susan ħdejn l-ilma ġieri, bħal fwieħa li tinfirex fil-jiem tas-sajf; bħal nar iħeġġeġ, u inċens jaqbad fin-nar, bħal biċċa deheb maħduma bir-reqqa b'ħaġar prezzjuz imwaħħal fiha; bħal siġra taż-żebbuġ tħaddar mimlija frott, u bħal ċipressa togħla lejn is-sema hekk kien ikun meta jxidd l-ilbies tas-sebħ, u jilbes bil-milja tal-qawwa.

 

Madwaru mdawrin uliedu, bħal xtieli taċ-ċedru fil-Lebanon. Idawruh bħal luq tal-wied l-ulied kollha ta' Aaron bil-ġmiel tagħhom, b'debħiet il-Mulej f'idejhom quddiem il-ġemgħa kollha ta' Israel. Tiir il-Mulej kien fuq xofftejh, isem il-Mulej kien il-ftaħir tiegħu. Ħu tenna t-talba tiegħu, u ried b'ralbu kollha juri l-rawwa ta' Alla.

 

U issa bierku l-Mulej, Alla ta' Israel, li għamel magħna ħwejjeġ tal-għaġeb.Ħa jagħtikom il-ferħ tal-qalb, u jkollkom is-sliem f'nofskom għal dejjem ta' dejjem.

 

Tagħlim ta' għerf u qwiel f'waqthom kitibhom fi ktieb, hu li jqedded il-għerf minn qalbu. Ħieni l-bniedem li jaħseb fuqhom: għaref isir min idaħħalhom f'qalbu. Min igħixhom isib tarf ta' kollox, għax il-biża' tal-Mulej ikun għalih il-lampa li ddawwalu t-triq.

 

Responsorju

I Kor 2, 4.2

R/. Il-kelma u l-aħbar tiegħi ma kinux imlibbsa bil-kliem qawwi ta' l-għerf, * Imma bil-wiri ta' l-Ispirtu u l-qawwa.

V/.  Ma deherlix li kont naf xi ħaġa, ħlief lil Kristu Ġesù, u 'l dan imsallab. * Imma bil-wiri ta' l-Ispirtu u l-qawwa.

 

Lezzjoni II

Qari mill-Ittra ta' San Franġisk ta' Assisi miktuba lill-Insara Kollha.

 

Ħenjin dawk li jħobbu lill-Mulej

u jagħmlu dak li hemm miktub l-Vanġelu tiegħu

 

Bhala qaddej ta' kulħadd jien fid-dmir li naqdi lil kulħadd, u nagħti lil kulħadd il-kliem li jfewwaħ tal-Mulej Sidi; il-kliem il-Mulej tagħna Ġesù Kristu, li hu l-Verb tal-Missier inħabbrilkom u nwasslilkom il-kliem ta' l-Ispirtu s-Santu li huma spirtu u ħajja. Ħu, għad li kien għani bil-bosta, ried b'danakollu, flimkien ma' l-Omm qaddisa tiegħu, jagħżel il-faqar. Imma Ħu għaqqad ir-rieda tiegħu mar-rieda tal-Missier u qal: Missier, ikun dak li trid int, mhux dak li rrid jien; isir kif trid int.

 

Ir-rieda tal-Missier kienet din, li l-Iben li tana u twieled għalina, Iben glorjuż u mbierek, joffri lilu nnifsu b'demmu stess bħala sagrifiċċju u vittma fuq l-altar tas-salib. Dan għamlu mhux għalih innifsu, Ħu li bih sar kollox, imma għal dnubietna; hekk Ħu ħallielna l-eżempju biex inkunu nistgħu nimxu fuq il-passi tiegħu.

 

U jrid li aħna lkoll insalvaw permezz tiegħu, u li nirċevuh b'qalb nadifa u ġisem safi. Imma ftit huma dawk li jridu jirċevuh u jsalvaw bih, għad li l-madmad tiegħu huwa ħelu u l-piż tiegħu huwa ħafif! Imma, o kemm ħenjin u mberkin huma dawk li jħobbu lill-Mulej, u jagħmlu dak li l-Mulej innifsu jgħidilna fl-Vanġelu: Ħobb lill-Mulej Alla. tiegħek b'qalbek kollha u b'ruħek kollha, u lil għajrek bħalek innifsek. Inħobbu għalhekk lil Alla u nqimuh b'qalb safja u ruħ nadifa. Ħu, li jfittex dan qabel kollox, igħidilna: Il-veri adoraturi għad jaduraw lill-Missier fl-Ispirtu u s-sewwa. Ejjew infaħħruh u nitolbuh lejl u nhar u ngħidulu: Missierna li inti fis-smewwiet, għax jeħti, li nitolbu dejjem bla ma nieqfu qatt.

 

Għandna wkoll insumu, niċċaħdu mid-drawwiet ħżiena u mid-dnubiet, u nibqgħu lura mill-ikel u x-xorb iż-żejjed, u li nkunu kattoliċi. Għandna wkoll inżuru l-knejjes ta' spiss u nuru qima lejn is-saċerdoti, u dan mhux tant għalihom infushom, jekk jkunu midinbin, imma minħabba s-sejħa tagħhom, u għax huma jqassmu l-ġisem u d-demm l-aktar għażiż tal-Mulej tagħna Ġesù Kristu li huma biss joffru fuq l-altar, jirċevuh u jqassmuh lill-oħrajn. Nifhmu sewwa lkoll kemm aħna li ħadd ma jista' jsalva jekk mhux bid-demm tal-Mule] tagħna Ġesù Kristu u bil-kliem qaddis tiegħu, li s-saċerdoti jippriedkawlna, iħabbrulna u jqassmulna, u dan huma biss għandhom jagħmluh u mhux ħaddieħor. Qabel kulħadd ħa jiftakru r-reliġjużi, dawk li minn rajhom ċaħdu d-dinja, li huma fid-dmir mhux biss li ma jħallux barra dak li l-oħrajn huma miżmumin li jagħmlu, imma wkoll li jagħmlu sforzi aktar u akbar.

 

Għandna nħobbu wkoll lill-egħdewwa tagħna u nagħmlu l-ġid lil dawk li jobogħduna. Għandna wkoll nobdu l-preċetti u l-pariri tal-Mulej Ġesù Kristu, u għalhekk għandna niċħdu lilna nfusna u noqogħdu taħt il-madmad tal-qadi u ta' l-ubbidjenza qaddisa, kif kull wieħed minna wiegħed lill-Mulej.

 

M'għandux ikollna l-għerf u l-għaqal ta' din id-dinja, imma għandna nkunu nies sempliċi, umli u safja.

 

Qatt u qatt ma għandna nixtiequ li nkunu fuq l-oħrajn, iżda aktarx li nkunu qaddejja ta' kulħadd u noqogħdu taħt kull setgħa tal-bnedmin għal Alla. Dawk kollha li jkunu għamlu dan u baqgħu sal-aħħar, l-Ispirtu tal-Mulej jistrieħ fuqhom u jagħmel fihom il-post fejn igħammar. U jkunu wlied il-Missier tas-smewwiet, huma li jagħmlu l-egħmejjel tiegħu, u għalhekk huma l-għarajjes, l-aħwa u l-ommijiet tal-Mulej tagħna Ġesù Kristu.

 

Lilkom kollha li waslitilkom din l-ittra tiegħi, jien, Fra Franġisk, il-qaddej ċkejken tagħkom, nitlobkom bil-ħrara u l-ħniena kollha, għall-imħabba li hu Alla, waqt li nixtieq inbus riġlejkom, biex dawn il-kelmiet li jfewħu tal-Mulej tagħna Ġesù Kristu tilqgħuhom bl-umiltà u l-karità kollha, u tgħixuhom kif imiss. U dawk kollha, irġiel u nisa, li jkunu laqgħuhom bil-qalb, fehmuhom u jgħadduhom lill-oħrajn biex jagħmlu bħalhom, jekk jibqgħu sħaħ sal-aħħar, iberikom il-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu. Amen.

 

Responsorju

Ġer 11,4; Mt 11,29; 1 Kor 11,1

R/. Isimgħu leħni, u agħmlu dak kollu li jien nikkmandakom.   * U ssibu l-mistrieħ għal irwieħkom.

V/. Ixbħu lili kif jiena xbaħt lil Kristu. * U ssibu l-mistrieħ għal irwieħkom.

 

Innu

Lilek, o Alla, infaħħru; *
   lilek b'Mulej nistqarru.
Lilek, Missier ta' dejjem *
   id-dinja kollha tqimek.

Lilek, l-anġli kollha, *
   lilek is-smewwiet u l-qawwiet kollha tagħhom.
Lilek il-kerubini u s-serafini *
   ixandruk bla heda;

Qaddis, Qaddis, Qaddis *
   il-Mulej Alla ta¹ l-eżerċti.
Is-smewwiet u l-art mimlija *
   bil-kobor tas-sebħ tiegħek.

Lilek tfaħħar *
   il-ġemgħa glorjuża ta' l-Appostli.
Lilek ifaħħar *
   il-għadd sabiħ tal-Profeti.

Lilek ifaħħru l-qtajja tal-Martri *
   rebbieħa kollhom bjuda.
Mad-dinja kollha *
   il-Knisja mqaddsa tistarr fik:

Il-Missier ta' kobor bla qjies; *
   L-Iben tiegħek miqjum,
   veru u waħdieni;
U l-Ispirtu s-Santu, * id-Difensur.

Kristu, inti s-Sultan glorjuż. *
   Inti minn dejjem Bin il-Missier.
Int, biex teħles lill-bniedem, *
   ma stmerrejtx tinżel f'ġuf ta' Verġni.

Int ħriġt rebbieħ fuq is-setgħa tal-mewt, *
   u ftaħt is-saltna tas-smewwiet għal minn jemmen.
Int qiegħed fil-leminija ta' Alla, *
   fis-sebħ tal-Missier.

Aħna nemmnu li int għad *
   terġa' tiġi bħala mħallef.
Nitolbuk għalhekk li tgħin lill-qaddejja tiegħek,*
   li inti fdejt b'demmek il-għażiż.

Agħmel li nissieħbu mal-qaddisin tiegħek *
   fil-glorja ta' dejjem.
Salva lill-poplu tiegħek, Mulej, *
   bierek il-wirt tiegħek.
 

Kun ir-ragħaj tagħhom, *
   erfagħhom għal dejjem.
Min jum għall-ieħor *
   aħna nberkuk:

U nfaħħru ismek għal dejjem, *
   u għal dejjem ta¹ dejjem.
Agħmel, Mulej, li llum *
   inħarsu ruħna minn kull dnub.

Ħenn għalina, Mulej, *
   ħenn għalina.
Ħa tkun fuqna, Mulej, it-tjieba tiegħek, *
   kif fik hi t-tama tagħna.
Fik, Mulej, jien nistkenn: *
   ma jkolli qatt għax ninfixel.

 

Talba

O Alla, int ridt

li s-Serafiku Missierna San Franġisk

ikun jixbaħ lil Kristu

fil-faqar u l-umiltà tiegħu;

agħtina li nimxu fuq il-passi tiegħu wara Ibnek

u ningħaqdu miegħek b'imħabba ħienja.

B'Ibnek, Ġesù Kristu Sidna

li hu Alla u miegħek igħix u jsaltan

flimkien ma' l-Ispirtru s-Santu

għal dejjem ta' dejjem.

Amen.

 

Tmiem

V/. Morru fil-Paċi ta' Kristu.

      jew Inbierku l-Mulej

R/. Inroddu ħajr lil Alla.

 

 

◄◄|werrej|►►


Testi meħudin mill-Lituġija tas-Sigħat, Proprju Franġiskan, Malta 1980

Assisi - 24.4.2003


Il-Festa

ta'

San Franġisk ta' Assisi tiġi ċċelebrata

kull sena

fl-4 ta' Ottubru.