Nitolbu ma' San Frangisk                        

 

◄◄|werrej|►►


Talba tal-Papa Gwanni XXIII

waqt iz-zjara f'Assisi

- 4 ta' Ottubru 1962


 

Nistghu nistaqsu: 

Ghalfejn Alla kien idu daqshekk miftuha

ma’ Assisi b’ambjent li jsahhar,

b’art hekk rikka,

b’tant qdusija li donnha timrah fl-arja

u li il-pellegrini jhossu f’qalbhom?

It-twegiba hija semplici:

sabiex ahna permezz ta’ lingwagg komuni u universali,

nkunu nistghu nitghallmu naghrfu l-Hallieq taghna

u biex inhossuna f’ghaqda ma’ xulxin…

 

Fl-isem ta’ Kristu l-Mulej taghna

u permezz tieghu jalla l-paci

tkun fuq il-popli kollha, fuq il-gnus kollha

u fuq il-familji kollha,

jalla din il-paci nissel il-properità mixtieqa

kemm fuq il-livell spiritwali

u kemm fuq il-livell materjali,

li ggib ferh li jaghti r-ruh u l-kuragg lil kulhadd

biex ihabirku ghal mod ta’ ghexien aktar seren u nobbli.

 

Fuq il-blata ta’ l-Gholja tal-Genna

jistrieh l-ghadam ta’ San Frangisk,

li hu moghti qima mid-dinja kollha.  

 

Frangisku ghex biss erba’ u erbghin sena,

u kif nafu kwazi nofshom

hliehom fix-xejn ifittex il-ferh,

dan l-iben ta’ Mastru Bernardone

kien donnhu mahkum min turment li ma hallix kwiet,

in-nofs l-iehor ta’ hajtu

ghaddih f’avventura kbira u glorjuza,

li dehret qiesa tal-genn,

izda li fir-realtà kienet bidu ta missjoni

li waslet ghall-glorja li ma tintemx.

Din il-missjoni u din il-glorja

kienu li taw l-ispirazzjoni ghat-talba taghna hawnhekk f’Assisi,

ghat-talba taghna ghall-Italja, ghan-nazzjonijiet kollha…

 

O Belt Qaddis ta’ Assisi,

int maghrufa mid-dinja kollha ghar-raguni wahdanija

ghax int art twelid il-Fqajjar, il-qaddis tieghek,

hekk serafiku fil-hegga ta’ mhabbtu. 

Jalla taghraf dan il-privileg tieghek

u taghti xhieda quddiem kulhadd

ta’ fedeltà lit-tradizzjoni Nsranija,

li tkun kemm ghalik u kemm ghal ohrajn,

l-ghajn ta’ unur veru u dejjiemi…

 


Maqlub ghal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMConv

Assisi- Jannar 2003


 

Gwanni XXIII

f'Assisi

bhala

pellegrin

fuq

il-Qabar

ta' San Frangisk

proprju lejliet

il-bidu

tal-Koncilju Vatikan II