Nitolbu ma' San Frangisk                        

 

◄◄|werrej|►►


Talba lil San Frangisk

tal-Papa Gwanni Pawlu II

waqt iz-zjara f'Assisi

- 5 ta' Novembru 1978


 

Ghaziz Frangisku,

Int li tant qarribt lil Kristu lejn zmienek,

ghinna nqarrbu lil Kristu lejn iz-zmienijiet taghna,

lejn dan iz-zmien difficli u kritiku taghna.  Ghinna!

 

Iz-zmien taghna qed jistenna bil-herqa lil Kristu

wkoll jekk hafna nies ta’ zmienna

lanqas biss donnhom jintebhu b’dan.

 

Mhumiex forzi zminijiet li jhejjuna ghal twelid

mill-gdid ta’ Kristu u ghal migja gdida?

 

Kuljum waqt it-talba Ewkaristika

nuru din l-istennija taghna

lilu, li hu biss il-Feddej u Salvatur taghna,

lilu, li hu l-milja ta’ l-istorja tal-bniedem u tad-dinja,

 

Ghinna, San Frangisk ta’ Assisi,

biex illum ingibu lil Kristu eqreb lejn il-knisja u d-dinja.

 

Int li garrabt f’qalbek,

l-istess grajja tan-nies ta’ zmienek,

ghinna biex b’qlubna maghquda

mal-qalb tal-Redentur taghna,

nhaddnu l-grajjiet tal-bniedem ta’ zmienna,

il-problemi difficli fil-qasam

socjali, ekonomiku u politiku,

il-problemi tal-kultura u tac-civiltà ta’ zmienna,

t-tbatijjiet tal-bniedem tallum,

id-dubbji, c-cahdiet, id-disordni,

it-tensjonijiet, il-kumplessi

u thassib tieghu…

 

Ghinna, biex infissru dan kollu

bil-lingwagg semplici u fidil tal-Vangelu.

 

Ghinna biex insolvu dan kollu

bil-muftieh tal-Vangelu

sabiex Kristu nnifsu jkun

“it-Triq – il-Verità – il-Hajja”

tal-bniedem ta’ zmienna.

 


Maqlub ghal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMConv

Assisi- Novembru 2002


Gwanni Pawlu II

f'Assisi

bhala

pellegrin

fuq

il-Qabar

ta' San Frangisk