Nitolbu ma' San Franġisk |
|
Tislima lil Virtujiet Sliem, Sultan Għerf! Il-Mulej iħarsek flimkien ma’ oħtok, il-qaddisa pura Sempliċità!
Qaddisa Sinjura Povertà! Il-Mulej iħarsek flimkien ma’ oħtok, il-Qaddisa Umiltà!
Qaddisa Sinjura Karità Il-Mulej iħarsek flimkien ma’ oħtok, il-qaddisa Ubbidjenza!
Virtujiet l-aktar qaddisa, il-Mulej iħarsikom ikoll kemm intom, għax minnu ħriġtu u minnu ġejtu.
M’hemm tassew l-ebda bniedem fid-dinja li jista’ jħaddan imqar waħda minnkom jekk qabel ma jmutx. Min iħaddan waħda u ma jmaqdarx l-oħrajn iħaddankom ilkoll kemm intom. Min imaqdar imqar waħda ma jħaddan l-ebda waħda minnkom u jmaqdarkom ilkoll u jitlifkom kollha u kull waħda tħawwad il-vizzju u d-dnub.
L-Għerf Qaddis iħawwad ix-Xitan bil-qerq kollu tiegħu.
Il-Qaddisa Pura Sempliċità tħawwad l-għerf kollu tad-dinja u l-għerf tal-ġisem.
Il-Qaddisa Povertà tħawwad il-kilba għall-għana, ir-regħba u l-ħsieb għall-ħwejjeġ tad-dinja.
Il-Qaddisa Umiltà tħawwad il-kburija, il-bnedmin kollha u dak kollu li hawn fid-dinja.
Il-Qaddisa Karità tħawwad kull tiġrib tax-Xitan u tad-dinja u kull biża’ tal-bniedem.
Il-Qaddisa Ubbidjenza tħawwad ix-xewqat żienja tal-ġisem kollha, u żżomm il-ġisem mgħakkes. Biex tobdi l-Ispirtu u lil ħutha u tagħmel lill-bniedem imjassar u joqgħod mhux biss għal kull bniedem fid-dinja, iżda wkoll għal kull bhima u b’hekk ikunu jistgħu jagħmlu bih li jridu ladarba ġiet mogħtija lilhom is-setgħa minn fuq mingħand il-Mulej. Maqlub għal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMconv Assisi: Jannar 2003 |
Ħafna drabi San Franġisk kien iwissi lill-patrijiet biex fil-prietki li jagħmlu, kliemhom ikun meqjuż, fil-qosor, sempliċi u ħiereġ mill-qalb aktar milli mill-moħħ. Kien iħeġġiġhom biex jitkellmu dwar il-vizzi u l-virtujiet.
Dwar il-virtujiet Franġisku ħallilna dan l-innu. Jitkellem dwarhom fis-sens femminil u jseħħilhom Sinjura, kif kien isir b'mod kavalleresk fi żmienu.
Frangisk izewweg l-Gherf mas-Semplicità; il-Povertà ma' l-Umiltà, u l-Karita` ma' l-Ubbidjenza. Ikoll f'rabta ta' ahwa.
Din it-talb hija maghrufa b'diversi titli. fosthom: "Il-virtujiet tal-Vergin Imqaddsa li ghandhom ikun f'kull ruh qaddisa".
Innota li biex tinzamm l-armonija femminili li hemm fil-bqija tat-testl-ewwel frazi minflok "Sultan Gherf" minhabba li l-gherf fl-ilsiena huwe maskil giet maqluba "Sultana ta' l-Gherf".
|