Nitolbu ma' San Franġisk |
|
Ħa trodd ħajr kull ħlieqa (ittra lill-insara II,61-62)
Ħa trodd ħajr, kull ħlieqa fis-sema, fuq l-art, fil-baħar u fil-qiegħan ta' l-art, tifħir, glorja, ġieħ u barka lil Dak li bata daqstant għalina, u li tana u li ser jibqa' jagħtina ġid daqshekk kotran għal li ġej.
Għax il-Mulej hu l-qawwa u s-saħħa tagħna, Hu li waħdu hu tajjeb, l-aktar għoli, li jista' kollox, tal-għaġeb u glorjuż, li hu qaddis, jistħoqqlu t-tifħir u mbierek tul kemm idumu ż-zmenijiet. Ammen.
Maqlub għal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMconv Assisi: Jannar 2003 |
Din it-talba hija parti mit-tieni ittra li San Franġisk kiteb lill-insara kollha.
Hija talba ta' tifħir u f'istess waqt stedina lill-ħolqien biex ifaħħar lil Dak li bata tant għal Bniedem - Ġesù li fdiena.
|