Kitbiet ta' San Frangisk

 

◄◄|werrej|►►


Tislima lil Vergini Marija


 

Sliem, o Sinjura,

Sultana qaddisa, Marija,

Omm Qaddisa ta’ Alla,

int il-Vergni maghmula knisja.

Dik maghzula fis-sema

mill-Missier l-aktar qaddis

li kkonsagrak flimkien ma’ Ibnu

l-ghaziz l-aktar qaddis

u ma’ l-Ispirtu s-Santu, Paraklitu,

li fik kien hemm

u ghad hemm

il-milja tal-grazzja u kull tjieba.

 

Sliem, palazz tieghu,

Sliem, tabernaklu tieghu,

Sliem, dar tieghu,

Sliem, ilbies tieghu

Sliem, qaddejja tieghu,

Sliem, omm tieghu!

 

Sliem wkoll lilkom ilkoll virtujiet qaddisa

li bil-grazzja u d-dawl

ta’ l-Ispirtu s-Santu

tigu msawba fil-qlub tal-fidili kollha

biex minn nies li ma jemmnux

taghmluhom jemmnu f’Alla.

 


Maqlub ghal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMconv

Assisi: Jannar 2003


Frangisku kellu imhabba specjali

lejn Marija

Ir-raguni ta' din

l-imhabba lejha

kienet ghax Marija "tatna bhala huna

lill-Mulej

tal-Glorja".

F'din it-talba

Frangisku juru

lil Marija f'rabta intima

mat-Trinita' Qaddisa.

Marija hija dik

li fiha hemm

il-milja

tal-Grazzja. 

Marija hija

l-Ghamara li

tilqa' fiha

lil Iben

ta' Alla.

Marija hija

l-Vergni maghmula

Knisja.