Kitbiet ta' San Frangisk

 

◄◄|werrej|►►


Tislima lil Virtujiet


 

Sliem, Sultan Gherf!

Il-Mulej iharsek flimkien ma’ ohtok,

il-qaddisa pura Semplicità!

 

Qaddisa Sinjura Povertà!

Il-Mulej iharsek flimkien ma’ ohtok,

il-Qaddisa Umiltà!

 

Qaddisa Sinjura Karità

Il-Mulej iharsek flimkien ma’ ohtok,

il-qaddisa Ubbidjenza!

 

Virtujiet l-aktar qaddisa,

il-Mulej iharsikom ikoll kemm intom,

ghax minnu hrigtu u minnu gejtu.

 

M’hemm tassew l-ebda bniedem fid-dinja

li jista’ jhaddan imqar wahda minnkom

jekk qabel ma jmutx.

Min ihaddan wahda u ma jmaqdarx l-ohrajn

ihaddankom ilkoll kemm intom.

Min imaqdar imqar wahda

ma jhaddan l-ebda wahda minnkom

u jmaqdarkom ilkoll u jitlifkom kollha

u kull wahda thawwad il-vizzju u d-dnub.

 

L-Gherf Qaddis ihawwad

ix-Xitan bil-qerq kollu tieghu.

 

Il-Qaddisa Pura Semplicità thawwad

l-gherf kollu tad-dinja

u l-gherf tal-gisem.

 

Il-Qaddisa Povertà thawwad

il-kilba ghall-ghana, ir-reghba

u l-hsieb ghall-hwejjeg tad-dinja.

 

Il-Qaddisa Umiltà thawwad il-kburija,

il-bnedmin kollha

u dak kollu li hawn fid-dinja.

 

Il-Qaddisa Karità  thawwad

kull tigrib tax-Xitan u tad-dinja

u kull biza’  tal-bniedem.

 

Il-Qaddisa Ubbidjenza thawwad

ix-xewqat zienja tal-gisem kollha,

u zzomm il-gisem mghakkes.

Biex tobdi l-Ispirtu u lil hutha

u taghmel lill-bniedem imjassar u joqghod

mhux biss ghal kull bniedem fid-dinja,

izda wkoll ghal kull bhima

u b’hekk ikunu jistghu jaghmlu bih li jridu

ladarba giet moghtija lilhom is-setgha

minn fuq minghand il-Mulej.

 

 

 


Maqlub ghal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMconv

Assisi: Jannar 2003


Hafna drabi

San Frangisk

kien iwissi

lill-patrijiet biex

fil-priedki

li jaghmlu,

kliemhom

ikun meqjuz,

fil-qosor, semplici

u  hiereg

mill-qalb aktar milli mill-mohh. 

Kien iheggighom

biex jitkellmu dwar il-vizzi

u l-virtujiet.

 

Dwar il-virtujiet Frangisku hallilna

dan l-innu.

Jitkellem dwarhom

fis-sens femminil

u jsehhilhom Sinjura,

kif kien isir b'mod kavalleresk

fi zmienu.

 

Frangisk izewweg

l-Gherf

mas-Semplicità;

il-Povertà

ma' l-Umiltà,

u l-Karita`

ma'

l-Ubbidjenza.

Ikoll f'rabta

ta' ahwa.

 

Din it-talb

hija maghrufa

b'diversi titli. fosthom:

"Il-virtujiet

tal-Vergin Imqaddsa

li ghandhom ikun

f'kull ruh qaddisa".

 

Innota li biex tinzamm

l-armonija femminili

li hemm fil-bqija

tat-testl-ewwel

frazi minflok

"Sultan Gherf" minhabba li

l-gherf

fl-ilsiena huwe maskil giet maqluba

"Sultana ta'

l-Gherf".