|
San Frangisk - grajjiet |
|
|
<<|werrej|>>HolmFrangisku johlom u jfittex li jifhem Kitba ta' Murray Bodo OFM Il-Holma Frangisku kien fis-sodda jdur minn-naha ghall-ohra, jisforza 'il mohhu, jitolbu jikkwieta, imxennaq ghall-irqad, izieghel bih innifsu daqqa bil-hlewwa u xi drabi bil-vjolenza, bit-tama li fl-ahhar jigih in-nghas u jorqod.
"Tajjar kull hsieb. Mohh, orqod jekk joghgbok. Ghandi bzonn nistrieh, norqod, ghax hekk qatt ma jien se neghleb din il-bluha, din id-disperazzjoni li qed taghfas fuqi hawn f'dan id-dlam". Qam u beda jippassigga minn-naha ghall-ohra tal-kamra, idejh imdahhla f'xaghru iswed, imhabbel u mqanfed.
"X'inhu jigrili? Dan genn. Kif nista' nkun bezghan u nkwetat la darba m'hawn xejn minn xiex nibza'? Kemm ma naf xejn. Frangisku, erga idhol f'soddtok. Orgod u strieh".
Ghodos fis-sodda u ntefa' wiccu `l isfel, jippretendi li qed ihossu ghajjien mejjet, imma b'xejn ma seta' jaghlaq ghajn ma' ghajn. Il-lejl ghaddih jisghol u jeghreq u jistaqsi lilu nnifsu ghala l-irqad m'ghadux jigi hekk facilment bhal dari. Kien ilu sejjer hekk mindu marad u kellu dik l-esperjenza stramba li gieghelitu jhossu wahdu huwa u jterraq ma' l-gholjiet ta' Assisi, dik il-habta li azzarda jhalli s-sodda tal-mard u jissogra johrog barra fix-xemx. L-iljieli tieghu issa kienu mimlija biza' u b'xi mumenti prezzjuzi ta' naghsa hafifa li xi mindaqqiet kien jirnexxilu jiehu.
Fl-ahhar, meta l-ewwel raggi ta' filghodu kienu qed jinfirxu qishom faxex ma' dahru gheri, Frangisku raqad. Kien dak il-hin li kellu l-Holma.
Iddahhal go sala kbira ta' Palazz mill-isbah fejn Principessa-Gharusa kellha l-qorti taghha. Il-hitan kienu miksija bit-tarki u t-trofej ta' battalji mirbuha. Meta staqsa jghajjat min kien is-Sinjur tal-kastell, sema' lehen jghidlu: "Dan hu l-qorti gholi ta' Frangisku Bernardone u tas-segwaci tieghu".
Meta Frangisku qam, xi haga kienet inbidlet. Mhux il-messagg tal-Holma kien li qanqlu daqstant, u lanqas l-ahbar li kien se jsir xi sid kbir. Le, kien semplicement il-fatt li kellu din il-Holma; issa kellu sens ta' direzzjoni, xi haga ghal xiex jghix. Il-Holma kellha maghha certezza bhal dik ta' vizjoni. Imqar li l-Holma kienet dwar li Frangisku kellu jitlef flusu u l-pozizzjoni tieghu u jsib ruhu tallab. Is-sens ta' mira u skop fil-hajja, milli jidher, kienu aktar importanti mid-dirrezzjoni li fiha kien sejjer. Forsi kellha x'taqsam ma' kemm kien jiswa jew ma' dak li kien, izda fuq kollox kienet tfisser li kien sejjer x'imkien, kien fejn kien. Ir-rieda tieghu ma kienitx aktar ipparalizzata. Il-Holma helsitu mir-rieda ffrizata li kellu.
Ir-Rakkont mehud mill-ktieb ta' Murray Bodo OFM, Francis, The Journey and the Dream St Anthony Messenger Press, 1988, maqlub ghall-Malti minn Guzepp Beneditt Xuereb OFM, Frangisku, il-Mixja u l-Holma, Edizzjoni Tau, 1999; Assisi 9.7.2003 |
Fl-ahhar, meta l-ewwel raggi ta' filghodu kienu qed jinfirxu qishom faxex ma' dahru gheri, Frangisku raqad.Kien dak il-hin li kellu l-Holma.
|
|