|
San Frangisk - grajjiet |
|
|
<<|werrej|>>Fil-Habs ta' PerugiaFrangisku fil-gwerra u fil-mard (snin 1198-1204), rakkont ta' Patri Albert Sammut OFMConv Fragisku ihares bla jiggieled u l-Kbarat Dik is-sena, jigifieri fix-xahar t'April tat-1198, meta Frangisk kien ghad ghandu sittax-il sena maghluqin, il-hajja t'Assisi - bhal dik ta' hafna bliet ohra fl-Italja - kellha tghaddi minn siegha kerha mhux ftit; imma kienet gibitha fejn riedet!
Ghall-habta tal-harifa tas-sena ta' qabel (Settembru 1197), kien miet fi Sqallija l-imperatur Nerik IV, u Assisi, ghax kienet taghmel mad-dukat ta' Spoletu, kellha tghaddi f'idejn il-papa Innocenz III. Imma x'gara meta Assisi fettlilha tahsibha xort'ohra u twebbes rasha? Daqqew il-qniepen u n-nies fehmet in-nafra. Kulhadd xammha u l-irgiel ma hadux bosta biex ingabru flimkien ghat-tagbida. Kien dak iz-zmien meta Assisi kienet mimlija bit-tifel ta' Pietru u Pika, imma x'taghmel? Id-dmir kien isejjah ghall-ghaqda, u n-nies habtet ghar-Rokka (sena 1198), fortizza qawwija maqtugha mill-bqija tal-bini u wieqfa fuq il-quccata tal-gholja; haxknuha b'assedju u wara taqtiegha harxa sehhilhom jehduha f'idejhom. Il-qniepen regghu daqqew, u did-darba biex ihabbru l-qlubija tan-nies u l-waqgha tar-Rokka. X'ma ferhux b'dik ir-rebha! Assisi b'hekk regghet kisbet it-treqija taghha f'idejha, sewwasew bil-ghazla u l-hatra tal-magistrati, kif kienet fi zmien Ruma l-qadima: Din kienet rebha kbira, izda mhux kollox! Frangisk kien ghadu zghir biex jaqbad l-armi fi gwerra, izda dik il-habta ma setghetx ma qanglitux u ma xeghlitux bil-hegga.
Riedu jehilsu wkoll mill-eghdewwa li baqghulhom gewwa mis-swar: dawk il-fewdatarji li redghu gid kemm felhu u kienu ghadhom isoffu gmielhom! Lahaq ghadda ftit taz-zmien u l-fewdatarji, nithaddtu minn dawk t'Assisi, hassewha riesqa taghhom. Ftehmu flimkien u halfu li jzommu ma' Perugja. Dik kienet belt li setghet taqbez ghalihom u tharsilhom gidhom, mhux hekk?! U l-Perugini x'riedu iktar, meta sabu 'l dawn li dahhlu l-lifgha f'kommet nieshom?! Il-Kbarat kollha t'Assisi kienu ftehmu ma' l-eghdewwa! U n-nies l-ohra tal-belt?! Kienu jhossuhom milghubin, u qatghuha li jaghtuhom taghlima kif kienet tixirqilhom, imqar jekk il-Perugini jagbzu ghalihom.
Thejjija ghall-habta Perugja ma stennietx il-habta. Bdiet tibghat gemghat ta' suldati wehedhom biex jehduha maz-zghar u jharsu l-Kbar t'Assisi, ghax dak iz-zmien in-nies kienet tinghazel fi kbar (dawk ta' fuq) u zghar (dawk ta' taht). M'hemmx ghalfejn nghidu li naha ma kinitx tahmel 'il-ohra! Wara dawk l-ewwel taqbidiet, Perugja ziedet u harrxet il-hbit; bdiet tohodhom bil-qilla u tizra' l-hsarat. Sa fl-ahhar il-gwerra faqqghet u Assisi htigilha tara x'taghmel biex tieqaf bl-iebes lill-Perugini ghax kienu ilhom jinbxuha bicca sewwa!
Assisi, ma' l-ghadd ta' wliedha, qabbdet u gabret bil-hlas hafna gelledin minn barra; sabet u siehet mexxejja ta' hila kbira: l-aqwa li kien hemm fost in-nies tal-ventura. Perugja, ghad li kienet ikbar u ishah minn Assisi f'qawwetha, habtet tibza' daqskemm kienet giebet hoss u caqliq maghha dik it-thejjija tal-belt iz-zghira (Assisi), u malajr kitbet ftehim ta' hbiberija mal-belt l-ohra ta' Fulinju.
Novembru tas-sena 1202 kien beda jwassal il-fewga bierda fit-toroq imghawgin t'Assisi. Dil-fewga dehxet in-nies meta l-kampnari daqqew il-habar ghall-gabra. Frangisk kien wiehed minn ulied ii-belt, u din kellha jedd ghal qlubitu. Mal-hajja ta' l-ghoxrin sena li kellu, hass fih il-hegga u l-fawra ghat-taqbid. Min kien se' jzommu jew jiqaflu?! L-ezerctu ngabar fil-misrah u ma damx ma beda niezel 'l isfel mal-karru tal-bandiera (migbud mill-barrin bix-xedd tal-gala), sa ma' gie fi hrug il-belt. Qabad in-nizla l-kbira u halla l-belt f'idejn in-nisa u dawk li ma felhux jiggieldu jew li ma kinux tal-glied. Dawn kellhom jaraw il-qlubija ta' dawk li nizlu biex jitqatlu ma' l-eghdewwa.
It-taqtiegha u l-qabda Frangisk kien ma' dawk li nhakkew mal-karru, u kont taghzlu fosthom ghax demmu kien jaghli go fih u wiccu jtajjar ix-xrar tal-hila li kienet tkebbsu. Il-qawwiet taz-zewgt ibliet, imxeghebin u bil-ghodda tal-harb tixxejjer f'idejhom, habtu ghal xuixin hdejn Kollestrada. Minn Tumas ta' Celanu nafu li bosta tbiccru fit-taqtiegha u d-demm gelgel shun wara n-naxra ta' dawk li hallew hajjithom bix-xafra. Iz-zewgt ezercti garrbu telfiet kbar fost il-gellieda, imma dik li habtet l-aghar kienet Assisi! Fuq ii-belt it-telliefa nizlet shaba ta' niket, ghalkemm Perugja ma sfatx ahjar minnha hlief bir-rebha! Hafna minn dawk li baqghu hajjin, flok ma regghu fi hdan Assisi, iggaghalu jaqbdu t-triq lejn Perugja u ssarbtu ghal taht il-hnejjiet tal-habs. Il-gwerra ghamlithom prigunieri u kellhom ihallsuha qares. Frangisk ukoll kien waqa'f'idejn l-eghdewwa.
Il-muftieh qafel il-firroll tar-rixtellu fil-bejta u l-magbudin sabu ruhhom gewwa! Ma kinux ftit, u kollha bdew jishtu s-siegha w il-hin li x-xorti telghhom taht idejn il-Perugini. Frangisk gieb ruhu xort'ohra: xejn ma ddaghdagh; is-swied ta' qalb xejn m'ghamel bih u gharaf izomm ruhu hieni kemm sata' issa bil-ghana u mbaghad b'xi hlieqa! Fil-habs maghhom kien kemm wiehed imlahhaq u kien fonqla mill-iprem; hadd ma kien isib tarfu jew izomm bih. Hadd ma kien jahmel joqghod hdejh. Min kien idendel kusu mieghu daqs kemm kien jinfasad mix-xejn u jzarrad bl-ohxon! Frangisk kien joqrob lejh u jberrdu kemm jista'; sehhlu jsabbru aktar minn darba. Ghax Frangisk kellu qalbu mimlija bit-tama ta' zmien iehor; kien jemmen li ghad jigi zmien meta jkun maghruf minn kulhadd ghall-kobor tieghu. Kien jorbot fuq il-Mulej, Alla tieghu, li dan kolllu jghaddi minghalih, ghax hu lahaq sama' b'widnejh xi tibsir minn fomm l-ohajn fuq il-gejjieni tieghu.
Imma d-dinja t'hemm gew kemm kienet xort'ohra! 'Il boghod 'il boghod, fuq il-gholja tan-naha l-ohra kien kemm Assisi; kien kemm omm, Pika, li ma bkietx bi ftit il-qabda ta' binha. Il-missier kellu biza' kbir f'qalbu: Min jaf jargax jarah 'l ibnu? U dak il-holm tieghu fuqu kellux idub fix-xejn bhad-duhhan?! Qalb Frangisk fil-habs, lanqas ma kienet bierda ghad li gharfet tara kollox f'dawl iehor.
II-marda qalila u r-refgha tal-hsieb Is-sahha taz-zghazagh li ggieldu u nqabdu flimkien ma kellhiex biex titgharraq zejjed taht il-hnejjiet, imma dik ta' Frangisk, is-sena ta' wara, bdiet thallih. Il-mard ghamel bih u keddu; minhabba f'hekk, aktarx, gie mehlus u mibghut lura d-dar f'Assisi, taht ghajnejn ommu u missieru. Ferhux bih l-gheziez tieghu u n-nies meta rawh gej lura?! Qabzitx qalbu meta raga' 'l gewwa mill-hitan ta' beltu, dik il-belt li hawritlu zghuzitu b'seherha?! U min jaf kemm! Imma l-marda kienet dahlet 'il gewwa, u kienet ghoddha nizzlitu fil-qabar. San Bonaventura jtarrfilna li d-deni haqru wisq, u Frangisk, maghkus, dara jithaseb fuq is-siwi tal-hajja u fuq ix-xorti tar-ruh. Kulhadd kien qata' jiesu minnu, u dawk ta' hdejh telquh f'idejn Alla. Meta l-hajja kienet waslet biex donnha tintefa fih, bla hadd ma jaf kif, sahhtu tniffset mill-gdid u bdiet gejja 'l quddiem, sa ma biz-zmien fieq. Frangisk ma kienx izjed dak ta' qabel! Dak x'kien li gara fih, billi ma kienx raga' hass it-tbaqbiq u l-fawrien taz-zmien l-iehor?
Meta ha sahhtu ghal kollox, raga beda johrog barra fit-toroq u jiltaqa' mal-hbieb. Dawn ukoll intebhu bil-bidla fih. Frangisk beda jhoss ruhu xort'ohra; beda jhoss fih xi'haga ohra, gdida: bhal ghaqal..., hekk iva, donnha gibda lejn il-hwejjeg tar-ruh... ! Baqa' jhossu migbud lejn l-ohrajn, izda mhux xorta wahda bhalma kien ihossu darba. Il-hlejqiet kienu ghadhom joghogbuh mhux izjed ghax kien isib fihom il-ghors tieghu. Hass tixghel fih ix-xewqa tal-glorja, li jfittex il-gieh, imma b'daqshekk...? Intebah li beda jiehu xehta ohra: beda jsir il-bniedem tal-hsieb u mahhah fit-tul biex jifhem dik il-hajra ghal kobor u ghal isem maghruf.
Mill-ktieb San Frangisk t'Assisi, Hajtu, Qdusitu u l-Wirt li halla id-dinja ta' Patri Albert Sammut OFMConv. Kapitlu I, 3. Dan ir-rakkont mill-Ktieb ta' Albert Sammut OFMConv., San Frangisk t'Assisi, Hajtu, Qdusitu u l-Wirt li halla id-dinja, Religjon u Hajja, Hajjiet 2, 1969; 16-19.Assisi 9.7.2003 |
Waqt li kien il-habs Frangisk gieb ruhu xort'ohra: xejn ma ddaghdagh; is-swied ta' qalb xejn m'ghamel bih u gharaf izomm ruhu hieni kemm sata' issa bil-ghana u mbaghad b'xi hlieqa!
|
|