|
San Frangisk - grajjiet |
|
|
|werrej|>>TfulijaFrangisku jitwieled f'Assisi ta' Patri Alessandru Bonnici ofmconv It-Tfulija Frangisku Frangisku twieled fil-Belt ta' Assisi fil-bidu tas-sena 1182 u gie mghammed ftit wara fil-kattidral ta' San Ruffino. Fil-maghmudija, ommu tatu l-isem ta' Gwanni. Wara, Gwanni beda jigi msejjah Frangisku. Il-bidla ta' l-isem minn Gwanni ghal Frangisku saret mill-missier wara li gie lura minn Franza, fejn kien fit-twelid ta' ibnu. Hafna jistaqsu ghaliex rnissieru semmieh Frangisku, imma hadd ma jaf sewwa l-ghaliex. X'aktarx dan sar ghax ii-missier kien ihobb hafna il-Franza, l-art ta' martu, u ried li f'ibnu jsib tifkira hajja ta' dik l-art mahbuba tieghu,.
Jinghad f'leggenda tas-seklu hmistax li meta omm il-qaddis kienet se taghti d-dawl lil binha basset li dan binha ma setax jitwieled. Dak il-hin habbat il-bieb ragel mhux maghruf u qalilha li binha ma kienx sejjer jitwieled qabel ma hi thalli l-kamra tas-sodda lussuza taghha u tmur fi stalla. Jissokta jinghad li l-omm nizlet fl-istalla u hemm tat id-dawl lil Frangisku u qieghditu fuq it-tiben tal-maxtura kif Marija darba kienet ghamlet lil Binha Gesù.
Leggenda ohra tghid li meta t-tarbija kienet qed tigi mghammda wiehed pellegrin habbat il-bieb u ried bilfors jaraha, Fl-ahhar urewlu lil Frangisku tarbija u dan ir-ragel bassar li dik it-tarbija ghad tikber u ssir wiehed mill-ahjar irgiel li qatt rat id-dinja.
Dawn huma leggendi u bhalhom hemm ohrajn. Imma l-istorici ma tantx jorbtu fuqhom u aktarx li l-iskop taghhom kien li Frangisku jixxebbah ma' Gesù sa mill-ewwel zmien ta' hajtu.
Il-Familja Il-familja ta' Frangisku ma kinitx nobbli, imma lanqas fqira. Kienet ta' dik il-klassi li llum insejhulha "middle-class", Missier Frangisku kien minn Lucca mill-familja Moriconi li kienu imdahlin sa ghonghom fin-negozju specjalment tad-drappijiet. Pietro di Bernardone, kif kien jismu l-missier, mar jghammar f'Assisi ghax hemm sab suq tajjeb. Izda sikwiet kien jitla' sa Franza ghan-negozju.
Pietro, missier Frangisku, kien minn dawk in-nies li jhobbu jidhru u jiddandnu. Kien ragel fuq tieghu, marbut ma' l-idejat tieghu u, kif jghidu l-kittieba ta' zienu, supperv. Izda ma kienx xhih u idejh maghluqa, almenu ma' dawk tal-familja. Fuq kollox, kien ragel ta' rieda qawwija u iebes fil-fehma tieghu.
Omm Frangisku kienet differenti minn zewgha kienet twajba u ta' qalb helwa. Isimha kien Govanna izda, billi kienet imnissla mill-art tal-Pikkardja, gewwa Franza, kienu jsejhulha Madonna (sinjura) Pica.
Hija haga naturali li Frangisku wiret hafna mid-demm tal-genituri. Minn missieru aktarx li ha dik ir-rieda qawwija li dejjem wasslitu jtemm il-fehmiet tajba li hu sabih u gholi. U bhal ommu, kien twajjeb, generuz u ta' qalb gwejda.
M'ghandniex nahsbu li Frangisku kiseb mill-genituri dak biss li hu tajjeb. Mat-tajjeb ha l-hazin ukoll, imma l-hazin li wiret saffieh u ghelbu bil-penitenzi u r-razan fuqu nnifsu.
Frangisku kien l-ewwel iben tal-familja, Warajh twieled huh Angelo. Dan, bhal missieru, ma riedx jaf iktar bi Frangisku wara l-konverzjoni ghall-hajja tal-penitenza. Angelo izzewweg u kellu zewgt itfal Giovannetto u Piccardo, u dan ta' l-ahhar kien ammiratur, kbir ta' zijuh Frangisku b'mod li sar membru tat-Tielet Ordni u taha ghall-hajja ta' tghzakkis u razan. Giovannetto izzewweg u kellu lil Ceccolo u Giovannola. Nafu li Ceccolo kellu hafna wlied. Imma l-familja kollha ta' Pietro di Bernardone sfat fix-xejn meta f'Assisi hadet il-pesta fis-seklu erbatax,
Moghti ghad-dinja Fuq ic-cokon ta' Frangisku nafu ftit jew xejn. Nafu biss li meta beda jikber taha ghan-negozju ma' missieru u, kif naqraw mill-kitba ta' dak iz-zmien, f'hekk kien jinqala' sewwa, Barra minn dan nafu wkoll li kien tfajjel fuq tieghu u moghti ghad-dinja. Kien ihobb jilbes u jiddandan, jiekol u jixrob tajjeb, u jghaddiha fix-xalar u l-festi mal-hafna hbieb ghonja li kellu.
Il-flus ma kinux jonqsu mill-but ta' Frangisku ghax missieru kien jaghtih kemm irid basta li jarah jixxala u jilbes. Ghalhekk f'qasir zmien sar iz-zaghzugh l-iktar maghruf fis-socjetà t'Assisi. Kull lejla kont terah ma' qtajja' zghazagh ighannu bil-kitarra jew fit-toroq tal-belt, jew f'xi mkien imzejjen u b'imwejjed u b'ikel u xorb mill-ifjen.
Kien midneb f'dan iz-zmien ta' qabel il-konverzjoni dan iz-zaghzugh xalatur? Twegiba shiha fuq hekk Alla u hu nnifsu jistghu biss jaghtuha. Dak li nistghu nghidu hu li kien zaghzugh bhall-ohrajn, almenu f'dak li jidher, u z-zghazagha ta' dak iz-zmien ma tantx kienu safja. Frangisku nnifsu kien jistmell dan iz-zmien ta' hajtu meta kien jiftakar fih fis-snin ta' wara. Imma mhux haga impossibbli li minkejja x-xalar tieghu kien izomm ruhu safja u tajba.
Meta Tumas ta' Celano, il-maghruf kittieb tal-Hajja tal-qaddis, jikteb fuq dan iz-zmien tal-hajja u fost hwejjeg ohra, jghid li Frangisku kien dejjem generuz u b'idejh miftuha l-iktar ma' dawk li kienu batuti. Kien ihobb jaghti milli kellu u jghin lil kulhadd. Din it-tjubija ta' qalbu ssuktat tikber u tkun ta' fejda kbira fis-snin ta' wara meta Frangisku: ta lilu nnifsu b'ruhu u gismu ghall-gid tal-bnedmin hutu u ghal glorja t'Alla.
Tumas ta' Celano jitkellem ukoll fuq il-karattru dejjem ferriehi u l-imhabba lejn in-natura ta' Frangisku. "Is-sbuhija ta' l-eghlieqi, l-ghaxqa tad-dwieli, dak kollu li kien ipaxxi l-ghajn kien ferrahlu qalbu:' U din l-imhabba lejn in-natura u l-ghaxqa ta' qalb dejjem hienja ghamlu minn dak iz-zaghzugh wiehed mill-ewwel poeti ta' l-Italja u evangelizzatur kbir ta' ottimizmu, sliem u hena.
Zaghzugh tal-qatgha ta' Frangisku ma setax ma jkunx ambizzjuz. Il-gIorja u l-unuri jhajru lil kulhadd, specjalment lil zaghzugh jghum fil-flus u popolari hafna f'belt twelidu. Iktar ma beda jikber, iktar beda jahseb biex jikseb post gholi fis-socjetà. U l-okkazjoni gietu helu helu.
Fis-sena 1199, meta Frangisku kellu 18-il sena, in-neguzjanti t'Assisi qamu kontra n-nobbli, id-dinja kienet u baqghet dejjem wahda u dak iz-zmien, forsi iktar mil-lum, il-mibeghda ta' klassi kontra l-ohra kienet tirnhass sewwa. In-neguzjanti kellhom il-flus u dehrilhom li ghandhom jghollu rashom iktar fuq dawk li kellhom in-nobiltà ta' demm imma mhux dejjem il-kwantita' kbira tal-flus.
Kavallier Zaghzugh Il-mibeghda tat-klassi qajmet riefnu kbir f Assisi. L-imhuh sahnu u s-sahna mexxiethom ghat-tixrid tad-demm. In-neguzjanti nghaqdu u habtu b'success ghall-kastelli tan-nobbli. Frangisku kien maghhom u hass ruhu kburi li ma kienx biss tajjeb ghax-xalar izda ghax-xabla wkoll. U t-tmien tajjeb ta' dik it-taqbida kompla jsahhanlu rasu biex jikseb unuri socjali.
Is-successi ta' din id-dinja ghandhom hajja qasira u n-neguzjanti t'Assisi rna damux hafna jistriehu u jitpaxxew wara r-rebha taghhom fuq in-nobbli. Sewwa sew tliet snin wara l-waqgha tal-kastelli, fis-sena 1202, "i signori" ta' Sassorosso, li kienu sofrew telfa. qarsa min-neguzjanti, redu jivvendikaw ruhhom u nghaqdu mall-kbarat tal-belt ta' Perugia kontra n-neguzjanti t'Assisi.
Frangisku issa rega' sab okkazjoni ohra li juri hila tieghu u jikseb unuri godda. Rega' ssieheb man-neguzjanti u mexa maghhom biex jitqabad kontra l-kbarat ta' Perugia. U issa Frangisku hassu iktar kburi mnn qabel ghax telaq ghall-glied bil-kappa u x-xabla ta' kavallier.
Din id-darba, it-taqbida bejn in-nobbli u n-neguzjanti kienet harxa. Iz-zewg nahat iltaqghu wicc imb' wicc fil-post imsejjah Collestrada, jew Ponte San Giovanni, mhux wisq 'il boghod minn Assisi.. Imma din id-darba n-nobbli marru minn fuq u hafna min-neguzjanti nqabdu prigunieri, fosthom Frangisku.
|
Frangisku jitwieled f'Assisi
|
|