|
San Frangisk - grajjiet |
|
|
<<|werrej|>>Holma ohra fi SpoletoFrangisku il-kavallier li rega' lura lejn daru Kitba ta' Murray Bodo OFM Holma ohra fi Spoleto Frangisku issa kien determinat li jaghmel il-Holma ssehh, ghax kien jaf li hu l-bidu li jghodd. Ftakar car hafna kemm hass qalbu ferhana se ttir hu u jhalli Assisi biex jissieheb ma' l-armata tal-Papa taht it-tmexxija ta' Walter ta' Brienne, il-kaptan Normann li kien qed jikseb rebhiet mill-aqwa fis-servizz tal-Papa Innocenz III. Izda t-tifsil ta' hajtu, daqqa fuq u daqqa isfel, ma kienitx se tinbidel daqshekk malajr, la bid-dehriet u lanqas bil-holm. Kien ilu biss il-medda ta' jum miexi lura lejn Assisi meta, fil-belt ta' Spoleto, mill-gdid mal-lejl beda jisma' ilhna.
"Frangisku, x'inhu l-ahjar: taqdi s-Sid jew il-qaddej?"
"Oh, sinjur, hu zgur ahjar taqdi lis-sid".
"Ghidli, mela, ghaliex qed taghmel 'il Sidek qaddej?"
U Frangisku, kollu mrieghed huwa u jammeti dan, wiegeb: "Mulej, ghidli Int xi tridni naghmel?".
"Mur lura d-dar, Frangisku, u oqghod ahseb fuq l-ewwel dehra li kellek. Int rajt biss dak li jidher, imma mhux il-qalba tal-glorja u l-fama. Int qed tipprova tqabbel il-vizjoni tieghek max-xewqa bla sabar li ghandek li ssir Kavallier".
Frangisku, jirtoghod imma f'sensih sewwa, issa fehem li kien ipprova jhaddan hafna. Irrealizza li n-nuqqas ta' sabar li kellu mbuttah biex jagixxi wisq malajr; kien jehtieqlu jistenna u jisma' u jippurifika qalbu biex jirnexxilu jisma' kliem ta' tifsira aktar profonda milli kien haseb. Kien ipprova jaghmel ir-rieda ta' Alla taqdi x-xewqa bla pacenzja li kellu hu ghall-glorja. Ma kienx sema' tabilhaqq.
Hu u sejjer lura lejn Assisi, it-triq hassha tirtoghod taht saqajh. Bhala kavallier li kien gej lura lejn daru, kien donnu qed jghajjat b'mod li tisimghu d-dinja kollha: "Ara, jien qed nirtira". Izda xejn ma ta kas tal-hars suspettus u taz-zeblieh li qara fuq wicc il-bdiewa li ccassaw iharsu lejh.
Lura lejn Assisi Lura lejn Assisi Frangisku ha t-Triq Flaminia. Minn dik l-istess triq rumana kien immarcjaw il-legjuni Rumani, irgiel ta' hila u mimlija fiducja fil-qawwa ta' Ruma. Kienu jieqfu u jixorbu minn-nixxiegha qaddisa ta' Clitunno, hdejn Foligno, u hemm jitolbu lin-ninfi ta' l-ilma biex isahhuhom fit-tbatija u jaghtuhom kuragg u rebha. Huwa u ghaddej minn hdejn dik il-ghadira ta' ilma safi Frangisku hass il-holma tal-glorja hierga minn qalbu; gwerra u rebha ma kienux ghajr kliem fieragh iduru go mohhu. Hassu vojt. Xi haga kienet qed tghidlu li kien qed jabbanduna t-triq Rumana ghal-dejjem.
Il-mixja lura ta' Frangisku minn Spoleto bla mistenni kienet l-aktar esperjenza ta' biza' li ghamel kmieni f' hajtu. Ix-xniegha li hu kien rega' lura x'aktarx ghax kien bezzieghi griet mal-belt kollha, bhalma jigri n-nar imrewwah mir-rih.
Missieru, Pietro, hassu avvilit. Lil Frangisku kien ihobbu hafna, u qatt ma seta' jnizzilha li ibnu kien bezzieghi u bla hila; b'danakollu, sabha difficli jispjiega ghala Frangisku kien gie lura minn Spoleto. Ommu, is-Sinjura Pica, ghaliet ghalih ghall-ahhar u xtaqet bil-bosta tmelles l-ugigh mohbi ta' binha biex ittaffihulu, imma ma kienitx taf kif jew x'taqbad taghmel. Frangisku ghamel kemm seta' biex jipprova jispjega, imma b'dan aktar kien ikkonvinca lill-genituri li kien ghadu ma giex f'tieghu mid-dwejjaq u d-deluzjonijiet tal-marda li kienet qabditu.
Frangisku kien jimxi fit-toroq ta' Assisi sturdut u mifxul. Kien qed jghix mahkum mill-htija li b'xejn ma hallietu, u hu ghaddej ikaxkar saqajh, kien il-hin kollu jithasseb dwar jekk haddejh kienux horror bil-misthija. Hbiebu issa kienu 'l boghod, jiehdu sehem fl-armata ta' Walter ta' Brienne. HU wahdu minn fost tant irgiel zghazgah qalbiena, kien baqa' lura man-nisa u t-tfal u ma' l-irgiel anzjani li kienu ilhom zmien li wrew xi jsarrfu fil-battalja. B'danakollu kien ihoss cert li ma setghax imur lura u jiehu sehem fil-gwerra; dan kien ifisser li juri bil-provi li dak li kulhadd kien qed jissuspetta kien kollu minnu: li kien bezzieghi u li issa, fl-ahhar, tabilhaqq gie f'sensih sewwa.
Matul dawn ix-xhur twal u mimlija biza', Frangisku kien imur f'ghar ckejken fuq il-gholja tat-Muntanja Subasio; hemm kien jintasab jahseb bit-tama li jirnexxilu jifhem x'kien qed jigrilu. F'dan il-ghar kien imur kuljum, hekk li fl-ahhar sar ghalih qisu d-dar, l-uniku post fejn kien ihossu komdu. Kien hemm, fil-guf tal-muntanja, li fl-ahhar sab il-paci u kellu l-kuragg jerga' jieqaf dritt. Hemm twieled mill-gdid.
Ir-Rakkont mehud mill-ktieb ta' Murray Bodo OFM, Francis, The Journey and the Dream St Anthony Messenger Press, 1988, maqlub ghall-Malti minn Guzepp Beneditt Xuereb OFM, Frangisku, il-Mixja u l-Holma, Edizzjoni Tau, 1999 Assisi: 9.7.2003 |
Frangisku hass qalbu ferhana se ttir hu u jhalli Assisi bhala Kavallier biex jissieheb ma' l-armata taht it-tmexxija ta' Walter ta' Brienne.
Hu u sejjer lura lejn Assisi, it-triq hassha tirtoghod taht saqajh. Frangiskubhala kavallierli kien gej lura lejn daru, kien donnu qed jghajjat b'mod li tisimghu d-dinja kollha: "Ara, jien qed nirtira". Izda xejn ma ta kas tal-hars suspettus u taz-zeblieh li qara fuq wicc in-nies li ccassaw iharsu lejh.
|
|