San Frangisk - grajjiet

 

<<|werrej|>>


Il-Priedka lill-Ghasafar

Fragisku jistieden lil Huti l-Ghasafar ifahhru lill-Hallieq


 mill-Legenda Maior ta’ San Bonaventura


Meta Frangisku qorob lejn Bevagna wasal f’post fejn kien hemm migbura flimkien qtajja kbar ta' ghasafar minn kull gens. X'hin il-qaddej ta' Alla lemahhom, ferhan se jtir gera lejn il-post u sellmilhom bhallikieku kellhom ir-raguni. Kollha kienu qed jistennewh u mdawwrin lejh, hekk li dawk li kienu impercin fuq il-frieghi, x'hin kien jersaq lejhom, kienu jbaxxu rashom, u b'mod mhux tas-soltu kienu mohhhom fih. Hu resaq lejhom u heggighom biex ilkoll kemm huma jisimghu 1l-Kelma ta' Alla, wissihom b'herga u qalilhom.

 

"Huti l-ghasafar: ghandkom hafna ghaliex tfahhru lill-Hallieq taghkom: libbiskom bir-rix u takom il-gwienah biex ittiru; ipprovdielkom l-arja pura, u Hu stess jiehu hsiebkom bla ma intom togoghdu thabblu raskom".

 

Meta l-ghasafar semghu dan il-kliem u iehor bhalu, bdew jaghmlu gesti li jgiegheluk tabilhaqq tistaghgeb: itawwlu ghonqhom, jifirxu gwenhajhom, jifthu munqarhom, u jharsu lejh b'attenzjoni kbira. Hu, mimli hegga ta' l-ispirtu, ghadda minn go nofshom, imisshom b'tarf it-tonka, u b'danakollu ebda wiehed minnhom ma ccaqlaq minn postu. Fl-ahhar, imbaghad, il-bniedem ta' Alla raddilhom is-salib u tahom il-permess li jitilqu: taru kollha flimkien!

 

Shabu li kienu jistennew fit-triq raw kull ma gara. Meta mbaghad dan il-bniedem safi u semplici mar lura hdejhom beda jakkuza lilu nnifsu bi traskuragni talli sa dakinhar qatt ma kien ippriedka lill-ghasafar.

 

Minn hemm ghadda jippriedka fil-postijiet tal-qrib, u gie f'rahal jismu Alviano. Gabar in-nies u talabhom izommu s-skiet, izda bilkemm seta' jinstema' minhabba l-garr tal-huttaf li kienu geghdin jaghmlu l-bejta f’dawk l-inhawi.  Meta ra hekk, il-bniedem ta’ Alla, b’lehen li kulhadd seta’ jisimghu, dar fuq il-huttaf u qalilhom:

 

"Huttaf, ahwa tieghi lkoll: intom diga’ ghidtu bizzejjed, u issa jmiss lili li nitkellem. Isimghu l-kelma ta' Alla, u zommu s-skiet sakemm il-priedka tal-Mulej tkun waslet fit-tmiem".

 

U l­huttaf, qishom setghu jifhmuh, waqfu minnufih, u sa ma spiccat il-priedka hadd minnhom ma tar minn postu. Dawk kollha li raw dan jigri staghgbu ghall-ahhar, u taw glorja lil Alla. L-ahbar ta’ dan il-miraklu xterrdet ma’ kullimkien u f’hafna nies qanqel qima lejn il-Qaddis u devozzjoni gejja mill-fidi.

 

Mill-Legenda Maior ta’ San Bonaventura XII:3-4.

 

<<|werrej|>>


Dan ir-rakkont huwa mehud mill-ktieb San Bonaventura, Il-Hajja ta’ San Frangisk, Is-sigra tal-Hajja, il-Mixja tar-Ruh lejn Alla, traduzzjoni ta’ Guzepp Beneditt Xuereb ofm, Edizzjoni TAU 1998.

Assisi 8.7.2003


 

"Huti

l-ghasafar: ghandkom hafna ghaliex tfahhru

lill-Hallieq taghkom: libbiskom

bir-rix

u takom

il-gwienah biex ittiru; ipprovdielkom l-arja pura,

u Hu stess jiehu hsiebkom

bla ma

intom togoghdu thabblu raskom"