San Frangisk - grajjiet  

 

 

 <<|werrej|>>


Il-Lupu ta' Gubbio

Frangisku jgib il-paci bejn in-nies u il-Lupu


mill-Fjuretti ta' San Frangisk


 

Fiz-zmien li San Frangisk kien ighix fil-belt ta’ Gubbio, f’dawk l-inhawi deher lupu kbir hafna, tal-biza’ u feroci, li kien jibla’ mhux biss l-annimali, imma sahansitra lill-bnedmin.  Dawk kollha li kienu jghixu fil-belt kienu mahkuma minn biza’ kbir, ghax ta’ spiss kien jersaq lejn il-belt.  Kull darba li kienu johorgu barra l-belt, kienu johorgu armati, qishom sejrin ghall-gwerra, u b’danakollu, kull min kien jiltaqa’ mieghu wahdu, ma kienx jista’ jiddefendi ruhu minnu.  U waslu li, mbezzghin minn dan il-lupu, c-cittadini ma kienux jazzardaw johorgu barra l-belt.

 

Minhabba qaghda bhal din San Frangisk gietu hniena min-nies ta’ dik il-belt, u qataghha li jmur jiltaqa’ ma’ dan il-lupu, ghad li hadd min-nies tal-belt ma tah il-parir li jaghmel bicca bhal din.  Radd is-salib imqaddes u flimkien ma’ shabu hareg barra l-belt, mimmli tama f’Alla. L-ohrajn kienu fid-dubbju jkomplux imorru mieghu aktar ‘il hemm, imma San Frangisk erhielha lejn il-post fejn kien ighix il-lupu.  U ara, kif ra dawk in-nies kollha tal-belt li hargu biex jaraw dak il-miraklu, il-lupu mar jiltaqa’ ma’ san frangisk b’halqu miftuh.  San Frangisk resaq lejh u ghamillu s-sinjal tas-salib imqaddes, sejjahlu biex jigi hdejh u qallu: “Ejja hawn, Hija Lupu, u f’isem Kristu nikkmandak li la taghmel hsara lili, u lanqas lil xi hadd iehor.”  Haga ta’ l-ghageb tirrakkontaha! 

 

Hekk kif San Frangisk ghamillu s-sinjal tas-salib dak il-lupu tal-biza’ ghalaq halqu, u ma baqax jigri.  U malli sema’ ‘l San Frangisk jaghtih il-kmand, gie hdejh gwejjed qisu haruf u nxtehet f’riglejn San Frangisk,  U San Frangisk kellmu hekk: “Hija Lupu, int qed taghmel hafna hsara f’dawn l-inhawi, u int hati ta’ hafna delitti, ghax qed teqred u toqtol il-hlejjaq ta’ Alla minghajr il-permess tieghu.  U mhux annimali biss qtilt u blajt, imma kellek ukoll il-wicc tost li toqtol il-bnedmin mahluqin ghax-xbieha ta’ Alla. Ghalhekk haqqek min jaghtik il-forka bhala halliel u qattiel mill-aghar.  U kulhadd jilminta minnek u jehodha kontrik, u n-nies kollha ta’ din il-belt huma eghdewwa tieghek.  Imma, Hija Lupu, jien irrid li ngib il-paci bejnek u bejnhom, hekk li int qatt aktar ma taghmlilhom il-hsara, u huma jahfrulek l-offizi, li rcevew minghandek fl-imghoddi, u li la n-nies u lanqas il-klieb ma jehduha qatt aktar kontrik.  Wara li San Frangisk qal dan il-kliem il-lupu beda jaghmel gesti b’gismu u denbu u widnejh, u jbaxxi rasu, biex juri li hu jilqa’ kull ma qallu San Frangisk, u li ried joqghod ghalih.  Imbaghad San Frangisk qal: “Hija Lupu, ladarba joghgbok li taghmel int ukoll din il-paci, u zzommha, jien inwieghdek li se jkollok l-ikel kollu mehtieg ghal dejjem, sakemm iddum haj, ghax in-nies ta’ din il-belt se jahsbulek biex int qatt aktar ma tbati l-guh.  Imma la darba jien qlajtlek din il-grazzja, irrid, Hija Lupu, li twieghedni li qatt aktar ma taghmel il-hsara, u la lin-nies u lanqas lill-annimali; twieghduli dan?”  U l-Lupu baxxa rasu, u wrieh bic-car li kien jwieghdulu.  U San Frangisk qal: “Hija Lupu, irridek li taghtini rahan ta’ din il-weghda biex jien inkun nista’ nafda fik sewwa”.  U San Frangisk medd idu biex jiehu r-rahan u l-Lupu refa’ siequ ta’ quddiem dritta, u bil-hlewwa kollha qieghedha f’idejn San Frangisk, u hekk tah is-sinjal li seta’ jaghtih biex jemmnu.

 

Imbaghad san Frangisk qal: “Hija Lupu, f’isem Gesù Kristu nikkmandak li issa tigi mieghi bla ma tiddubita xejn, u mmorru biex inwettqu din il-paci f’isem Alla”.  U l-Lupu ubbidjenti mar mieghu bhallikieku kien haruf gwejjed, hekk li meta n-nies tal-belt raw din il-haga staghgbu mhux ftit.  U din l-ahbar malajr xterdet mal-belt kollha u kull xorta ta’ nies, irgiel u nisa, kbar u zghar, zghazagh u xjuh, hargu bi hgarhom fil-pjazza biex jaraw il-Lupu ma’ San Frangisk. Kif ra l-poplu kollu migbur hemm, San Frangisk qam u beda jippriedka u fost hwejjeg ohra qalilihom kif minhabba d-dnubiet Alla jippermetti li jigru dawn l-affarijiet u li jkun hawn il-mard.  Qalilhom ukoll li in-nar ta’ l-infern, li fih jinharqu d-dannati ghal dejjem, hu bilwisq aghar mir-rabja tal-Lupu li ma jistax joqtol ghajr il-gisem.  “Kemm hu ta’ min jibza’ aktar minn halq l-infern, meta folla hekk kbira tibza’ u titkexkex minn halq ta’ bhima ckejkna. Eghziez, ergghu mela duru lejn Alla, u aghmlu penitenza xierqa ta’ dnubietkom, u Alla jehliskom mil-lupu issa u min-nar ta’ l-infern fil-gejjieni”.  Meta spicca l-priedka San Frangisk qal; “Huti, isimghuni, Hija il-Lupu, li qieghed hawn quddiemkom, weghdni u sahhahli b’rahan il-weghda tieghu, li jaghmel paci maghkom u li qatt aktar m’hu se jaghmlilkom ebda hsara, u intom wieghduh li kuljum taghtuh dak li jkollu bzonn.  U jiena nidhol responsabbli ghalih li hu jhares bil-qawwa kollha l-patt tal-paci”. Imbaghad in-nies kollha b’lehen wiehed, wieghdu li jibqghu jitimghuh. U San Frangisk quddiem kulhadd qal lil-Lupu:  “U int, Hija Lupu, twieghed li thares il-patt tal-paci ma’ dawn u li ma taghmel hsara lil hadd, la bnedmin u lanqas annimali, jew xi hlejqa ohra?”  U il-Lupu nizel gharkobbtejh u baxxa rasu u b’caqliq umli ta’ gismu u denbu u widnejh wera kemm seta’ li ried ihares il-patt maghhom.  U San Frangisk qallu:  “Hija Lupu, irridek li kif tajtni rahan ta’ din il-weghda barra l-bieb tal-belt, hekk ukoll taghtini mil-gdid rahan taghha quddiem il-poplu kollu, li int m’intix ser tqarraq bija ghall-weghda li ghamilt u ghall-garanzija li jien ghamilt ghalik”.  Imbaghad il-Lupu gholla siequ dritta u qieghda f’id San Frangisk.  Kemm minhabba dan l-eghmil, kif ukoll minhabba l-ohrajn li semmejna qabel, in-nies imtlew bil-ferh u staghgbu, b’qima lejn il-qaddis u wkoll minhabba din il-grajja hekk qaddisa, ukoll minhabba l-paci tal-Lupu, ilkoll bdew ighajtu lejn is-sema, jfahhru u jbierku ‘l Alla, li baghtilhom lil San Frangisk, u li ghall-merti tieghu helsilhom minn halq dik il-bhima feroci.

 

Wara dan il-lupu dam ighix ghal sentejn f’Gubbio, u kien jidhol hiemed fid-djar minn bieb ghall-iehor minghajr ma ghamel hsara lil hadd u bla ma hadd kien idejqu.  U n-nies kienu jmantnuh bil-hlewwa kollha u hu u miexi fit-toroq u jidhol fid-djar, lanqas kelb wiehed ma nebah warajh.  Fl-ahhar wara sentejn, Fra Lupu miet bix-xjuhija, u n-nies tal-belt tnikktu hafna, ghax meta kienu jarawh miexi fil-belt huma kienu jiftakru ahjar fil-virtujiet u l-qdusija ta’ San Frangisk.

 

Ghat-tifhir ta’ Gesù Kristu u tal-fqajjar Frangisku.  Amen.

 

mill-Fjuretti ta' San Frangisk, Kap. XXI

  <<|werrej|>>


Dan ir-rakkont huwa mehud mill-Kapitlu XXI ta’ Il-Fjuretti ta’ San Frangisk, traduzzjoni ta’ P. Guzepp B. Xuereb OFM, Edizzjoni TAU, Malta 1990.

Assisi - Dic-2002


In-nies kollha

ta' Gubbio imtlew

bil-ferh

u staghgbu,

b’qima lejn

Frangisku 

minhabba

l-paci

li gab bejnhom

u bejn

il-Lupu.

 

lkoll bdew ighajtu

lejn is-sema,

jfahhru

u jbierku

‘l Alla,

li baghtilhom

lil San Frangisk,

u li

ghall-merti tieghu helsilhom

minn halq

dik

il-bhima feroci.