San Frangisk - grajjiet |
|
|
Quddiem is-Sultan Frangisku jipprietka dwar l-imhabba ta' Alla Il-Hajja ta’ San Frangisk (Legenda Maior), ta’ San Bonaventura
Il-hegga ta' l-imhabba li kellu fih Frangisku baqghet issuqu ghall-martirju. Ghat-tielet darba pprova jmur fil-pajjizi ta' l-infidili bit-tama li, bit-tixrid ta' demmu, jirnexxilu jxerred il-fidi fit-Trinità. Fit-tlettax-il sena tal-konverzjoni tieghu, erhielha mill-gdid lejn l-inhawi tas-Sirja, u b'kuragg ta' sur habbat wiccu ma' bosta perikli bit-tama li jirnexxilu jidher quddiem is-Sultan ta' Babilonja.
Dik il-habta bejn l-Insara u s-Saracini kien hemm gwerra qalila ghall-ahhar. Iz-zewg ezercti kienu geghdin ghal-lest qrib hafna ta' xulxin, wiehed quddiem l-iehor, u hadd ma kien jissogra jaqsam min-naha ghall-ohra minghajr il-periklu tal-mewt. Is-Sultan kien hareg ordni kiefer: kull min igib ir-ras ta' xi nisrani jiehu b'rigal bizant tad-deheb. Izda Frangisku, s-suldat qalbieni ta' Kristu, bit-tama li kien se jara xewqtu mitmuma f'qasir zmien, qataghha li jaghmel dan il-pass. Il-biza' tal-mewt mhux biss ma werwrux, imma aktar heggu ghaliha. Qabel ghamel dan il-pass talab, u mbaghad, qalbu qawwija fil-Mulej (1Sam 30:6), mimli fiducja ghanna kliem il-profeta: Imqar jekk nimxi f'wied mudlam, ma nibzax mill-hsara, ghax Inti mieghi (Salm 22:4).
Ha mieghu bhala siehbu patri li kien jismu Illuminato, ragel tabilhaqq imdawwal u moghni b'kull virtù. Kif bdew il-vjagg iltaqa’ ma’ zewgt ihrief, u ferah hafna malli rahom, u lil siehbu qallu: "Afda fil-Mulej, hija, ghax se jsehh fina kliem l-Evangelju: Ara, jien se nibghatkom bhal nghag qalb l-ilpup" (Sir 11,22; Mt 10,16).
Komplew triqthom, u minnufih gew jiltaqghu maghhom il-ghases Saracini. Bhalma l-ilpup jaqbzu b'heffa fuq in-nghag, hekk dawn il-ghases intefghu bi hruxija fuq il-qaddejja ta' Alla, gabu ruhom maghhom bi krudelta kbira u zebilhuhom kemm felhu, kaxkruhom, sawwtuhom u rabtuhom bil-ktajjen. Fl-ahhar imbaghad, wara li haqruhom kemm felhu u kazbruhom bis-shih, bi pjan divin tal-Providenza ta' Alla, haduhom quddiem is-Sultan, kif kienet ix-xewqa tal-bniedem ta' Alla. Meta dak ilprincep beda jistharreg dwar min baghathom hemm, u ghaliex, u dwar kif kienu mibghuta u kif waslu hemm, l-qaddej ta' Kristu, Frangisku, b'qalb li xejn ma jbezzaghha, wiegeb li mhux minn xi bniedem, imma minn Alla l-Aktar Gholi kien mibghut. Urieh bic-car li l-missjoni tieghu kienet li lilu u lill-poplu tieghu jurihom it-triq tas-salvazzjoni, u jxandrilhom l-Vangelu tal-Verità. Lis-Sultan ippriedkalu dwar Alla, wiehed fi tliet Persuni, u dwar Gesù Kristu, is-Salvatur ta' kulhadd. Ta' min jghid li Frangisku ppriedka b'tant sedqa, b'tant qawwa u b'hegga ta' l-ispirtu hekk kbira, li tabilhaqq dehru jitwettqu fih b'mod car il-kelmiet ta' l-Vangelu: Jien naghtikom kliem u gherf li kull min ikun kontra taghkom ma jkunx jista' jiqaflu jew imerih (Lq 21:15).
Is-Sultan ukoll ammira fil-bniedem ta' Alla l-hegga ta' l-ispirtu u l-kuragg li kellu, u kien jisimghu bil-qalb, anzi talbu b'insistenza biex joqghod mieghu. Izda l-qaddej ta' Kristu, imnebbah mis-sema, qallu: “Jekk int u gensek tabilhagq tridu tikkonvertu lejn Kristu, Jien, ghallimhabba tieghu, noqghod maghkom bil-qalb kollha. Imma jekk inti qieghed bejn haltejn jekk titlaqx il-ligi ta' Mawmettu u thaddan il-fidi ta' Kristu, nghidlek x'naghmlu. Aghmel li jitqabbad nar kbir kemm jista' jkun, u jien nidhol fih flimkien mas-sacerdoti tieghek. Hekk wahdek tasal taghraf liema fidi ghandha titqies u tinzamm bhala l-aktar wahda certa u qaddisa”.
Wiegbu s-Sultan: “Ma nemminx li xi hadd mis-sacerdoti tieghi se jasal jesponi ruhu ghall-prova tan-nar, jew li jsofri xi turment iehor biex jiddefendi l-fidi tieghu!” Infatti, kien ghadu kemm ra wiehed mis-sacerdoti tieghu, ragel genwin u mimli bil-ghomor, li kif sama' dan il-kliem, minnufih ghab minn quddiem wiccu. Il-qaddis wiegeb: “Kemm-il darba, f'ismek u f'isem gensek, trid twieghedni li, jekk nohrog min-nar bla ma jigrili xejn intom idduru biex tqimu lil Kristu, jien lest nidhol wahdi fin-nar. Jekk nisfa mahruq, ghid li dan kien htija ta' dnubieti. Imma jekk il-qawwa ta' Alla tharisni, lil Kristu, il-qawwa tu l-gherf ta' Alla, aghrfuh bhala li hu veru Alla u Mulej, is-Salvatur ta' kulhadd (1Kor,24; Gw 17:3).
Izda s-Sultan wiegeb li ma kienx jazzarda jilqa' din l-isfida, ghax kien jibza' minn xi rewwixta mill-poplu. B'danakollu, offrielu hafna rigali li jqumu hafna, Izda l-bniedem ta' Alla, ghatxan mhux ghall-hwejjeg tad dinja imma ghas-salvazzjoni tal-erwieh, maqdar kollox bhallikieku kien tajn ta' l-art. Is-Sultan, meta ra lil dan ir-ragel qaddis imaqdar b'dik il-manjiera perfetta l-hwejjeg tad-dinja, aktar ingibed lejh u ammirah, u habbu b'devozzjoni akbar. U ghad li ma riedx, jew forsi ma kellux il-kuragg li jghaddi ghall-fidi nisranija, b’danakollu talab b’qima lill-qaddej ta’ Kristu Frangisku biex jaccetta dawk ir-rigali ghas-salvazzjoni tieghu u jqassamhom lill-insara foqra jew lill-knejjes. Frangisku, izda, billi ried jahrab mit-toqol tal-flus, u wkoll ghax f'qalb is-Sultan ma rax li t-tjieba kienet xenxlet gherugha, ma accetta b'ebda mod.
Meta ra li ma kien qed jaghmel ebda progress filli jikkonverti lil dawk in-nies, u anqas ma kien ser jara xewqtu tigi maqtugha (2Tim 3:10), imwissi minn rivelazzjoni divina, mar lura lejn il-pajjizi nsara.
Il-Hajja ta’ San Frangisk (Legenda Maior), ta’ San Bonaventura, IX:7-9,
Dan ir-rakkont hhuwa mehud mill-Legenda Maior ta’ San Bonaventura IX:7-9, mehud mill-ktieb San Bonaventura, Il-Hajja ta’ San Frangisk, Is-Sigra tal-Hajja, il-Mixja tar-Ruh lejn Alla, traduzzjoni ta’ P. Guzepp Beneditt Xuereb ofm, Edizzjoni TAU 1998. Assisi - Dicembru 2002
|
Lis-Sultan Frangisku ippriedkalu dwar Alla, wiehed fi tliet Persuni, u dwar Gesù Kristu, is-Salvatur ta' kulhadd.
Ta' min jghid li Frangisku ppriedka b'tant sedqa, b'tant qawwa u b'hegga ta' l-ispirtu hekk kbira, li tabilhaqq dehru jitwettqu fih b'mod car il-kelmiet ta' l-Vangelu: Jien naghtikom kliem u gherf li kull min ikun kontra taghkom ma jkunx jista' jiqaflu jew imerih (Lq 21:15). |