|
San Frangisk - grajjiet |
|
|
<<|werrej|>>Klara tissieheb ma' FrangiskuFrangisku jilqa lil Klara - bidu tat-Tieni Ordni traduzzjoni ta' Patri Edmund Teuma Klara tissieheb ma' Frangisku
Dak iz-zmien kien hemm f'Assisi tfajla ta' sittax-il sena. Kien jisimha Klara Offreduccio. Kienet bint familja nobbli. Darba minnhom wara li semghet lil Frangisku jipprietka, Klara marret tkellmu.
"Jien rrid nimxi wara Gesł fqir bhalma ghamilt int," qaltlu, "irrid naghti hajti lil Alla."
Izda billi l-familja taghha ma qablitx mad-decizjoni li hadet, Klara kellha tahrab mid-dar. Kien il-lejl tat-18 ta' Marzu 1212, meta Klara harbet mill-bieb ta' wara tad-dar xhin kulhadd kien rieqed. Hi nizelt mill-inzul tal-belt biex tmur tissieheb ma' Frangisku u l-patrijiet tieghu. Quddiem l-altar tal-kappella c-ckejkna ta' Santa Marija ta' l-Angli, Frangisk qatghalha x-xaghar twil li kellha. Klara nehhiet il-libsa sabiha u eleganti li kellha fuqha u libset ohra maghmula minn drapp ta' l-ixkora u minflok cinturin dawret habel madwar zaqqha.
"Hawn hi ohtkom! Hawn hi s-Sinjura Povertą!" qal Frangisku lil shabu.
Frangisku ha lil Klara f'San Damjan. Ohtha z-zghira ma damitx ma taghmel bhalha. Zijuhom irrabja hafna, izda kien jaf li xejn ma seta' jbiddilhom fehmithom. Il-Mulej malajr beda jibaghtilhom tfajliet ohra biex isehbuhom.
Dawn is-sorijiet kienu jitolbu, ihobbu u jaqdu lil Alla. Is-sorijiet kienu jemmnu u jghixu skond dak li kien jghidilhom Frangisku: "Inhossu l-ferh veru jekk inkunu fqar f'kollox." Huma sejhu lilhom infushom in-Nisa Fqar ta' Assisi. (Illum huma maghrufin bhala "il-Klarissi").
Jekk tixtieq taghrif aktar dwar San Klara zur din it-tqasima Santa Klara ta' Assisi 750 Sena mill-Mewt 1253-2003 Din it-taqsima hija mehuda mill-Ktieb ghat-tfal ta' Francoise Vintrou, San Frangisk ta' Assisi, Fit-Triq tal-Vangelu, bi traduzzjoni Maltija ta' P Edmund Teuma OFMConv. Edizzjoni CAK 2006, p.48-50. Valletta 13.9.2006 |
Frangisku jilqa lil Klara - bidu tat-Tieni Ordni
|
|