|
San Frangisk - Hajja |
|
|
<<|werrej|>><< lura lejn ir-4 parti ...ikompli fis-6 parti >> Frangisku ta' Assisi - 5Klara u l-bidu tat-Tieni Ordni Xewqa tal-Martirju Fil-harifa tas-sena 1211, imqanqal mix-xewqa tal-martirju, Frangisku halla l-Porzjunkola biex imur fis-Sirja. Biex jaghmel dan kellu bilfors ibahhar. Minkejja li s-safar bil-bahar hu perikoluz hafna fix-xhur tal-harifa, irnexxielu jsib bastiment sejjer lejn il-lvant. Alla ma riedx minn Frangisku li jmut martri, imma li jwettaq hwejjeg ohra, fosthom li jsahhah l-Ordni li bena. U l-missjoni fis-Sirja ma rnexxietx. Il-vjagg beda imma ma ntemmx, ghax il-bastiment iltaga' ma' burraxka u kellu jdawwar lejn id-Dalmazia. Mete ra hekk, Frangisku ried jerga' lura mal-patrijiet tieghu. Fid-Dalmazja, Frangisku sab xi bahhara sejrin lejn Ancona, il-port qrib ta' Assisi. Il-bahrin ma riduhx maghhom lil Frangisku minhabba li ma kellhomx ikel bizzejjed. Imma Frangisku gie moghti hazna ta' ikel minn ragel twajjeb u tela' fuq il-bastiment minghajr ma qal lil hadd. F'din is-safra nqala' maltemp iehor, il-hazna ta' ikel li kellhom il-bahrin spiccat u mn'Alla kien Frangisku li temaghhom mill-ikel li kellu. Is-safra ntemmet b'wicc il-gid b'kulhadd qawwi u shih.
Klara fost is-Semmiegha Ghall-ahhar tas-sena 1211, jew ghall-bidu tas-sena 1212, Frangisku kien lura fil-Porzjunkola u fir-randan tat-1212 ippriedka r-randan fil-Kattidral t'Assisi fejn hafna nies marru jisimghuh.
Wahda mis-semmiegha ta' dawk il-priedki mimlijin hegga u qdusija, kienet Klara, xebba mill-isbah t'Assisi, li kienet ta' familja mill-iktar maghrufa tal belt. Ighidu l-istorici li din ix-xebba kellha rieda qawwija u idejali kbar u qaddisa, sewwa sew kif kien Frangisku, Ghalhekk ma setghetx ma tingibidx lejn il-priedki tal-qaddis t'Assisi.
Klara Min kienet din Klara? Kienet imnissla mill-familja Offreducci, 'familja ta' kavallieri mill-iktar qalbiena. Il-palazz li fih kienet tghammar kien fir-rokna tal-misrah tal-Kattidral tal-belt u kellha l-libertà li tohrog kull meta trid akkompanjata ma' mara twajba habiba ta' ommha, certa Bona di Guelfuccio. Il-genituri taghha kienu Faverone u Ortolana, it-tnejn ta' klassi socjali gholja. Dawn it-tnejn kellhom tlett ibniet: Klara (il-kbira), Caterina (maghrufa bhala Agnese) u Beatrice. Aktarx li l-missier miet zaghzugh u din il-familja kien jiehu hsiebha hu Faverone Monaldo, li kien ragel qalbieni imma strett hafna. Iz-ziju l-iehor ta' Klara, Scipione, kellu iben, Rufino, li dan ukoll kien mar ma' San Frangisk u ntrabat bir-regola tieghu. Rufino kien prim kugin ta' Klara.
Il-priedki tar-randan maghmulin b'mod semplici imma perswasiv minn Frangisku hallew impressjoni kbira fil-qalb ta' 'Klara. L-idejal tieghu kien laqatha ghax kien wisq iktar nobbli minn dak tad-dinja. Xi storici jghidu li zijuha Monaldo kien diga' kellimha fuq iz-zwieg meta kellha sbatax-il sena u hi ma riditx. U li giet mitluba biex tizzewweg u hi cahdet kemm-il darba. Dan juri bic-car li Klara kellha idejali Qaddisa qabel ma semghet il-priedki ta' Frangisku. Darba wahda Klara afdat mal-habiba Bona fuq il-gibda taghha lejn l-idejal frangiskan. Bona kienet mara sewwa u dlonk fehmet lil Klara. Minn dak in-nhar Klara, imsiehba minn Bona, bdiet tinzel bil-mohbi lejn il-Porzjunkola. Hemm kienet titkellem ma' Frangisku fuq il-fehma taghha li halli d-dinja u tghix l-idejal tal-Vangelu li kien qed ixandar hu. Ghidna bil-mohbi ghaliex ma setghetx taghmel mod iehor meta zijuha kien ga holomha mart xi kavallier ta' demm nobbli, li t-tnejn flimkien setghu ikattru l-gieh n l-qaghda tal-familja Offreducci.
Fuq dawn iz-zjajjar ta' Klara lil Frangisku jinghadu hafna stejjer b'tonalità spiritwali. Kif jahsbuha l-istorici, u l-fatti juru li kien minnu, dawn il-laqghat swew biex dawn iz-zewg erwieh maghzula ikabbru u jxerrdu l-idejal evangeliku. Kien hemm bzonn ghalhekk tittiehed decizjoni prattika li tibqa'. Dwar dan, l-Isqof Guido t'Assisi kien mgharraf mill-bidu. Hu ta l kunsens tieghu. U Alla ta l-barka tieghu.
Klara tahrab mid-dar Nhar Hadd il-Palm, 18 ta' Marzu tas-sera 1212, Klara marret ghall-funzjoni tal-Palm fil-Kattidral t'Assisi u hadet il-palm minn idejn l-isqof stess. Imbaghad fil-lejl ta' dak il-jum harget bil-mohbi mill-bieb il-falz tal-palaza imsejjah "bieb tal-mejtin" ghax minnu kienu biss johorgu l-mejtin tal- familja, u nizlet lejn il-Porzjunkola akkompanjata minn oht Bona, Pacifika. Hadd ma kien jaf b'dan fil-familja, hlief Bona u Pacifika, li kienu haga wahda ma' dik il-familja.
Klara waslet fil-bosk tal-Porzjunkola liebsa ta' gharusa u Frangisku kien hemm qed jistennieha. Dahlet fil-kappella u resqet fejn l-artal x'hin il-patrijiet kienu spiccaw il-kant tal-matutin. Hemm saret il-funzjoni qasira. Frangisku qata' x-xaghar dehbi ta' Klara u gharrasha ma' Kristu. Haga minn ewl id-dinja, Frangisku kellu l-permess ta' l-isqof biex jaghmel dan.
Jitwieled it-Tieni Ordni Dak il-lejl ta' Marzu twieled it-Tieni Ordni li fih ghexu eluf kbar ta' erwieh tajba u ghaxriet ta' qaddisin. Frangisku kien fis-sitt sena mill-konverzjoni tieghu,
Wara ii Klara hadet il-libsa frangiskana, marret ghal ftit jiem mas-Sorijiet Benedittini f'kunvent hdejn Bastia, mhux wisq 'il barra minn Assisi f'post imsejjah Insula Romana u hemm sabet kenn fil-monasteru ta’ San Paolo delle Abbadesse., Ir-rejazzjoni tal-familja ma setghetx tkun sabiha. Zijuha ghamel minn kollox biex igaghalha tibdel fehmitha, izda kien kollu ghalxejn. Klara kienet xebba ta' rieda daqs kemm kienet qaddisa u nobbli, u zgur li hadd ma kien sejjer igieghelha terga' lura mill-kelma li tat lil Alla.
Wara ftit jiem, Klara telqet mill-monasteru ta' Bastia aktarx ghax dawk tal-familja kienu qed idejqu lis-Sorijiet, gejjin u sejrin biex ireggghuha lura mis-sejha t'Alla. Ghalhekk kellha ssib xi mkien fejn iddeffes rasha ghal ftit jiem ohra sakemm issib post ghaliha. Sabet kenn f'kunvent iehor tas-Sorijiet in.naha tal-lvant t'Assisi. Dan l-kunvent kien imqabbad ma' Monte Subasio u kienu jsejhulu ta' Sant'Angelo di Panzo. Hawn ukoll Klara ma tantx damet.
Agnese tinghagad ma' Klara Sittax il-jum wara li Klara hadet il-libsa frangiskana, ohtha Caterina harbet minn darha u marret f'Sant'Angelo biex tghix m'ohtha. L-ghan taghha kien ssir soru bhal Klara, u rnexxielha. Bhala soru Caterina kellha l-isem t'Agnese.
Caterina, jew Agnese kienet ghadha tfajla ta' hmistax-il sena u meta telqet mid-dar il-familja ma setghetx ma tohodhiex bi kbira iktar minn meta telqet Klara. L-ewwel fittxew ireggghuha lura bil-kelma t tajba, imbaghad bil-qawwa. Jinghad li meta baghtu xi rgiel biex jehduha lura d-dar, b'miraklu tant tqalet li hadd ma felah jerfaghha. Ohrajn ighidu li Klara harget tehodha ma' l-irgiel li sawtuha u dawn bezghu li joqtluha u telquha. Hi x'inhi l-verità shiha, jibqa' l-fatt li Agnese baqghet m'ohtha Klara.
Issa Klara kellha bilfors issib post iehor fejn tghammar m'ohtha, u dan il-post kien f'San Damjan li sar l-ewwel kunvent tal-klarissi, Hemm Klara baqghet sa mewtha li grat fil-11 t'Awissu, 1253. Agnese kellha 'l quddiem thalli dik id-dar biex tmexxi kunvent iehor tal-Klarissi bhala superjura.
Frangisku issa kien waqqaf zewg Ordnijiet u t-tnejn bdew jikbru. Fil-bidu kien sikwit izur lil San Damjan biex jiehu hsieb dawk l-erwieh twajba. Imma meta kien zgur li ma kienu jehtiegu xejn minnu, baqa' biss jitlob ghalihom u fdahom f'idejn Alla. <<|werrej|>><< lura lejn ir-4 parti ...ikompli fis-6 parti >> Dawn ir-rakkonti dwar Frangisku ta' Assisi li jidhru f'dawn fil-pagni huma mehudin mill-kitbiet ta' kittieba diversi. Ara n-nota f'Frangisku ta' Assisi - 1 Assisi 29.6.2003 |
"l-Aktar Gholi nnifsu nebbahni li kelli nghix skond l-ghamla tal-Vangelu Mqaddes" San Frangisk
|
|