San Frangisk - Hajja

 

<<|werrej|>>

<< lura lejn it-3 parti ...ikompli fil-5 parti >>


Frangisku ta' Assisi - 4

Il-Hajja tal-Vangelu


L-Ewwel Regola

Frangisku ghadda r-rebbiegha kollha f'Rivotorto jitlob u jahseb. Kien bniedem ta' hsieb profond, ta' ottimizmu liema bhalu, ta' idejali kbar u ta praticità l-iktar ghaqlija. Hsiebu kien li jsahhah l-idejali tieghu, idejali tassew qaddisa, u li jsib mezzi pratici biex dawn l-idejali ma jmutux mieghu.

 

F'dawk ix-xhur tar-rebbiegha 1209 Frangisku hadem fis-skiet fl-ewwel kunvent tieghu ta' Rivotorto fuq l-ewwel regola tieghu, imsejjha "Regola primitiva". Tumas minn Celano jsejjah din l-ewwel regola "norma di vita", direrzzjoni ta' hajja ghall-imsehbin li kellu u li kien ghad ikollu fil-gejjieni. Fehem li se jkollu hafna imsehbin godda u ghalhakk ried li dawn ikollhom xi triq li minnha jistghu jimxu fil-qdusija. Beda mela jikteb din l-ewwel regola.

 

Ma kienx hemm bzonn ta' zmien twil biex Frangisku jikteb ir-regola tieghu. Kien ragel prattiku u ghaqli, Ma riedx itaqqal l-erwieh b'hafna regolamenti. Ried juri biss triq u xejn iktar. Fil-ghaqal tieghu fehem li jkun ahjar jinqeda bi kliem hafif u konciz. Celano jaghfas fuq il-metodu li warajh mexa Frangisku fil-kitba ta' l-ewwel regola: "b'mod semplici u ftit kliem". U hawn wiehed jilmah l-ghaqal u l-qdusija tieghu.

 

Frangisku fittex ukoll li jaghti sura evangelika lir-regola, u ghalhekk "inqeda bi kliem mill-Vangelu Mqaddes". Fehem li meta titbieghed mill-Vangelu u zzid toqol fuqu, biz-zmien jiggarraf kollox.

 

Barra mir-regola, kiteb ukoll ftit direttivi qosra biex imexxu l-patrijiet tieghu fil-ghixien tat-hajja flimkien. Ghal darb'ohra, Tumas minn Celano jaghfas li Frangisku ma kitibx hlief dak li kien necessarju. Frangisku ma kienx formalista u lanaas gurista. Imma beda jifhem li din ir-regola tieghu kellha tkun approvata minn xi. hadd, u dan ix-xi hadd kellu jkun bilfors xi awtorità tal-Knisja. Ghalhekk beda jippjana l-vjagg tieghu lejn Ruma biex il-Papa jilqa' u jikkonferma r-regola tieghu.

 

Kienet tkun haga prattika u prudenti kieku Frangisku mar ghand l-isqof tieghu, Guido t'Assisi, qabel ma jmur ghand il-Papa. Imma milli jidher ma marx ghandu. Lill-Isqof Guido, Frangisku kien ihobbu b'qalbu kollha u hemm min ighid li kien il-konfessur tieghu. Allura ghax ma fittix l-approvazzjoni tieghu qabel ma jitlaq lejn Ruma? Hemm min ighid li l-isqof Guido ried li Frangisku jistenna zmien itwal qabel ma jaghmel dak il-pass perikoluz. Ta' isqof li kien, Guido beza' li l-Papa seta' ma jikkonfermax dik il-hajja gdida ta' penitenza iebsa, u fil-kaz li l-Papa kien jghid le, il-konsegwenzl setghu jkunu koroh. Dak il-gid kollu li sar kien jisfa' fix-xejn, Imma Frangisku kien kuragguz, ottimista, mimli bit-tama f'Alla, immexxi minn Alla nnifsu, u ghalhekk ma bezax jaghmel dak il-pass perikoluz f'ghajnejn l-bniedem.

 

Ghand il-Papa

Fir-rebbiegha tas-sera 1209, Frangisku beda il-mixja tieghu lejn Ruma ma' l-ewwel hdax minn uliedu. Il-`leader" ta' dan il-vjagg kien Bernard, aktarx ghax dan kien mar kemm-il darba f'Ruma gabel ma ssieheb ma' Frangisku.

 

Il-grupp frangiskan wasal Ruma qabel Ghid il-Hamsin, Dan nafuh ghax l-ghada ta' dik il-festa il-Papa hareg minn Ruma biex imur  Viterbo. U malli wasal Ruma u talab 'l Alla, Frangisku beda jahseb kif se jara l-Papa.

 

Il-Papa ta' dak iz-zmien kien Innocenz III, Papa mill-ikbar li tiftakar l-istorja ghax mhux hiss ghamel gid kbir lill-Knisja ta' Kristu imma hadem shih ghall gid socjali ta' l-Ewropa. Kien ragel gharef, umli u twajjeb. Imma l-Papa, hu min hu u twajjeb kemm twajjeb, ma tkellmux kif gieb u lahaq. Alla ried li l-Isqof Guido t'Assisi kien jinsab f'Ruma u Frangisku mar ikellmu. Ghal darba'ohra, l-isgof mexa bi prudenza kbira u ressaq lil Frangisku lejn il-Papa permezz tal-Kardinal ta' Santa Sabina, Gwanni ta' San Pawl, "ragel mimli bil-grazzja t'Alla li kien habib fuq kollox lil dawk li iservu 'l Alla".

 

Il-Kardinal sema' minn ghand l-isqof bl-istorja ta' Frangisku u ried li qabel ma jersaq ghand il-Papa jilqa' f'daru lil dak il-grupp ta' nies qaddisa. Dan riedu mhux ghax kien biss twajjeb, imma iktar biex jara xi kwalità ta' nies kienu l-imsehbin ta' Frangisku. Frangisku ghamel, kif ried il-Kardinal u mill-ewwel rebahlu qalbu. Ghax il-qdusija ta' dak il-grupp ma setghetx ma tirbahx il-qalb ta' Kardinal maghruf ghall-ispiritwalità tieghu.

 

Il-Papa japprova r-Regola bil-fomm

Il-jum tal-laqgha ta' Frangisku mal-Papa wasal. Inkitbu hafna stejjer fuq dik il-laqgha imma, nghid ghalija, ma norbotx fuqhom. Infatt hu li meta l-Papa ra quddiemu dawk in-nies lebsin hazin u moghtija ghal hajja mill-iktar iebsa ma tantx ha gost. Ma hax gost mhux ghax ma kienx ihobb il-hajja qaddisa, imma ghax beza' li dik il-hafna ta' penitenza hekk iebsa ma kinetx se ddum hafna.

 

il-Papa kien diga' sema' bil-qdusija ta' Frangisku mill-Kardinal ta' Santa Sabina u, meta ra f'riglejh lil dak iz-zaghzugh qaddis, habbu. Urieh il-biza' tieghu, imma Frangisku baqa' jaghfas fuq li Alla riedu jghix dik il-hajja u zgur li Alla kien se jghinu. Jinghad li d-dubbji tal-Papa gew imdawlin mill-kliem tal-Kardinal li fiehem lill~Papa li dik il-hajja kienet taqbel perfettament mal-Vanlgelu u mal-perfezzjoni li jitlob Gesù mid-dixxipli fidili tieghu.

 

Fil-hajja ta' San Frangisk li kiteb hu stess, San Bonaventura jghid li biex Frangisku jikkonvinci lill-Papa li Alla kien sejjer jipprovdi lilu u lil uliedu, gieblu parabbola. Qallu li kien hemm sultan ghani li zzewweg mara sabiha imma fqira u li minnha kellu hafna tfal jixbhu lilu. Ghalkemm dawn it-tfal kienu wlied mara fqira, kellhom il-jedd jieklu mill-mefjda tas-sultan missierhom, u ghalhekk ma setghux imutu bil-guh. Frangisku spjegalu li dik il-mara kienet il-Faqar li hu zzewweg spiritwalment u li mill-faqar kellu hafna wlied. Qallu li Alla, li wieghed lil dawk li jimxu warajh saltna eterna ma kienx se jcahhad mill-ikel lil uliedu.

 

Il-Papa ra l-qdusija ta' dak it-ragel u gieb quddiem mohhu l-holma li kellu ftit qabel. Fil-holma, il-Papa ra l-Bazilka tal-Lateran qieghda tiggarraf u ragel fqir, zghir u ta' min jistmerru qieghed izommha fuq spallejh. U dak il-hin il-Papa qal: "Zgur li dar-ragel li se jzomm shiha l-Knisja bl-opra u t-taghlim tieghu".

 

Issa l-Papa mhux hiss approva r-regola ta' Frangisku, imma tah ukoll il-jedd li jippriedka u wieghdu li 'l quddiem jieqaf mieghu f'kull htiega.

 

Hajja Apostolika

Wara l-konferma ta' l-ewwel regola, Frangisku halla 'l Ruma ma' shabu. Imma qabel ma telaq, il-Kardinal ta' Santa Sabina ta t-tonsura lilu u lid-dixxipli biex hekk ikunu jistghu jippriedkaw, kif ried il-Papa. Hemm xi storici li jahsbu li kien f'dik l-okkazjoni li Frangisku ha l-ordnijiet l-ohra tad-djakonat.

 

Il-mixja tieghu lejn il-Wied ta' Rieti Frangisku ghaddieha jfahhar u jizzi hajr lil Alla ghall-grazzja kbira il tah fl-approvazzjoni tar-regola. It-triq minn Ruma ghal Rivotorto hi twila, ghalhekk Frangisku waqaf hmistax-il jum fil-belt ta' Orte, fejn aktarx kien imur jitlob fil-knisja ta' San Lawrenz.

 

L-istorici jirrakkuntaw b'dak li gara lil Frangisku f'dan il-vjagg imma l-iktar grajja importanti hi dik li minnha jitkellem San Bonaventura. Ighid li matul dan il-vjagg Frangisku beda jithasseb fuq l-ghamla ta' hajja li shabu kellhom ighixu: jekk jaghzlux il-hajja solitarja tat-talb, jew dik apostolika ghall-gid ta' haddiehor. Ighid ukoll li Alla urieh li ma kellux ighix ghalih biss, imma ghall-erwieh, ghax dik kienet issejha tieghu.

 

Il-grupp zghir frangiskan fl-ahhar wasal lura f'Rivortorto u hemm ghaddew il-jiem taghhom fithidma u t-talb. U f'dawk il-jiem erwieh twajba okra nghagdu maghhom, imma kemm .kienu dawn ma nafux sewwa.

 

Lura lejn Rivotorto

Fl-gharix ta' Rivotorto, Frangisku baqa' jghallem lill-patrijiet tieghu fuq il-hajja spiritwali u kien jishaqq, milli jidher, li l-hajja kontemplativa hija r ruh tal-hajja apostolika. U min dak li nkiteb mill-istorici ta' dak iz-zmien, ezatt jew mhux, jidher far ukoll li l-qaddis ma kienx estremista fl-ispiritwalità tieghu. Ried li l-patrijiet jahdmu barra milli jitolbu, jimmeditaw xhin jippriedkaw, jieklu fil-waqt li jaghmlu penitenza u jahsbu f'gisimhom barra minn ruhhom.

 

F'dan iz-zmien, Frangisku ghamel missjoni ohra fil-Wied ta' Rieti u, kif ighidulna "I Tre Compagni", sitta min-nies ohra intrabtu mar-regola tieghu. Fost dawn jidher li kien hemm Bonello u Monaldo.

 

Imma l-grupp frangiskan ma setax idum wisq fl-gharix ta' Rivotorto. Il-grupp kien kiber u l-post ma kienx adatt. Frangisku beda jahseb li jmur xi mkien iehor ma' shabu. L-okkazjoni giet meta wiehed kampanjol ried bilfors ighammar f'dak il-gharix mal-hmar tieghu. Il-patrijiet ma setghux jitolbu fis-skiet u l-gabra b'ragel u hmar maghhom. U Frangisku sejjah lil shabu u telaq lejn il-Porzjunkola.

 

Lejn il-Porzjunkola

Issa Frangisku ha gie moghti il-bicca art ckejkna madwar il-Porzjunkola mill-Abbati Benedittin ta' Monte Subasio u haseb biex jghammar hemm qrib il-Kappella tal-Madonna ta' l-Angli.

 

Sadattant il-patrijiet frangiskani, li qabel kienu jsjhulhom "penitenti", hadu l-isem ufficcjali ta' "Minores", "iz-zghar", "biex hekk ikunu nies foqra u umli, u jfittxu li jibqghu dejjem zghar x'hin jaghmlu hwejjeg zghar li haddiehor jiddisprezza". Ta' min jiftakar li dak iz-zmien in-nies t'Asissi kienu jinghazlu bejniethom bejn "Maiores" ("il-kbar") u "Minores" ("iz-zghar") u forsi din id-divizjoni socjali tat motiv lil Frangisku li jaghti l-isem ta' "fratres minores" lill-Ordni tieghu.

<<|werrej|>>

<< lura lejn it-3 parti ...ikompli fil-5 parti >>


Dawn ir-rakkonti dwar Frangisku ta' Assisi li jidhru f'dawn fil-pagni huma mehudin mill-kitbiet ta' kittieba diversi. Ara n-nota f'Frangisku ta' Assisi - 1

Assisi 29.6.2003


 

"l-Aktar Gholi

nnifsu nebbahni

li kelli

nghix

skond

l-ghamla

tal-Vangelu Mqaddes" 

San Frangisk