|werrej|
Il-Kummenti
Tagħkom
Mhux lilna, Mulej,
mhux lilna,
iżda
lil ismek Glorja.
(Salm 115:1)
Trid tfittex, u tibqa' tfittex, għax
ma tixba' qatt tfittex fuq San Franġisk?
Idħol f'dan
is-sit dwar San Franġisk mħejji minn P. Thomas Calleja OFM
Conv.
issib minjiera
ta' nformazzjoni.
Andrew
Galea, (Qawra)
Nirringrazzjak talli
nkludejt l-esperjenza
tiegħi.
U verament prosit ta’
din l-enciklopedija li qed
tkabbar kuljum f’isem
Missierna
Franġisku.
Issa nibda naqra
l-esperjenzi tal-oħrajn
ukoll. U naghmel uzu minn
din il-website. Paci u
Sliem
Paul
Attard (Sliem)
Tassew
sit
interessanti. Meta naqra
mill-ħajja ta' Franġisku
jiġu tifkiriet sbieħ f'moħħi
taż-żmien li għamilt
nistudja f'Perugia,
fejn kelli
l-opportunità
li nżur Assis siltiet li u bliet oħra
fl-Umbria u t-Toscana u
l-postijiet kollha imsemmija
fl-istorja tal-ħajja ta'
Franġisku.
Sit li ta' min jzuru u
jiflih bir-reqqa.
Paul
Galea (Rabat)
Prosit immens għall-kontenut
tal-website. Kemm-il darba
dħalt fiha dan l-aħħar, imma
għamilt użu b'mod
partikulari
għas-sezzjoni
tat-talb.
Sibtu verament komdu miġbur
taħt sezzjoni waħda. Grazzi
mmens.
Roderick.
Ta’
sikwit nagħmel referenza
għal xi artikli li jidhru
fuq is-sit tieghek.
Tassew insibhom utli, waqt
li nħeġġek tkompli taġġorna
fiha u għaliex le, issir
paġna fuq facebook
ukoll.
Grazzi tal-ħidma tiegħek.
Anthony
Farrugia (Għawdex)
Prosit
tassew tal-ħidma tieħhek
f'dan il-website.
Bicca xogħol tassew magħmula
minn qalb Franġiskana.
Inkomplu nitolbu għalik
sabiex tkompli xxandar
il-Kelma ta' Alla u
l-ispirtu ta' Franġisku u
Klara
b'ħafna mħabba u għal Glorja
t'Alla.
Sorijiet Klarissi
(San
Ġiljan)
Trid
tfittex, u tibqa' tfittex,
għax ma tixba qatt tfittex
fuq San Franġisk?
Idħol f'dan is-sit dwar San
Franġisk... issib minjiera
ta' informazzjoni
Andrew Galea (Qawra)
Grazzi
lill-Patri Antoine Apap, Franġiskan, li qalli b'din il-website.
Spiritwalment meraviljuż u żgur tħalli l-frott f'kulmin
isibha u jidħol
fih! Xandruha aktar ma' kullimkien u lil kulħadd!
Prosit li
dawk kollha li ħadu sehem biex bnewha u qed iżommuha
ħajja u sabiħa.
San
Franġisk iżid jimliekom bl-ispirtu qaddis tiegħu!
Pawlu Aquilina, (Siġġiewi)
Hello Father,
vera prosit.
Jien Charlie Buttiġieġ min Toronto il-Canada.
Kelli hija Bro Joe Buttiġieġ magħkom
pero ħalliena
għal ħdejn il-Bambin xi 4 snin ilu.
Jien smajt bi web page
tagħkom minn
fuq l-RTK radio waqt
il-programm ta' Tonio Bonello u llum
irnexxieli nidħol
fija. Vera interesanti!
Grazzi tal-ħidma
tagħkom u keep it up.
Saħħiet.
Charlie u Antonia
Buttiġieġ (Toronto - Canada)
Prosit
tal-website. Interessanti ħafna u fiha togħma tajba ta'
spiritwalita'. Nixtieq li fiha tagħrif varju u storiku dwar
l-art Imqaddsa,
l-art li mexa' fuqha is-Sinjur tagħna Ġesù Kristu. Grazzi tat-tagħlim u t-tagħrif interessanti.
Prosit tas-site.
Prosit tassew u
grazzi tar-riżorsi għat-tfal.
Prosit ħafna
tal-ġid kbir li qegħdin tagħmlu permzz ta'
din il-website.
Jiena ħadt għalija ġid kbir bit-talb fuq omna Marija
u ta' san Franġisk.
Kuljum qiegħed nidħol fuq din
il.website biex
nitlob u nieħu informazzjoni fuq il-Qaddisin
Franġiskani.
Grazzi u prosit
Joe
Zammit (Birżebbugia)
Jiena Peter
Ellul dak li kont miegħek il-Vatikan
mill-25 ta` Awwissu sat-12 ta`
Settembru. Prosit tas-site u grazzi talli
għidtilna biha.
Prosit
u grazzi għax din il-web-site qed insibha
mezz tajjeb f'ħajti u nsib għajnuna m'Alla li jagħtini n-nifs
ta' kuljum. Il-Paċi
Magħkom.
Antonio Montebello (Ħal
Qormi)
Prosit
tal-website. Veru fiha ħafna informazzjoni.
Il-Mulej
jagħtik is-sliem! Qiegħed nibagħatlek
artiklu żgħir li ktibt għall-okkażjoni tal-festa tat-Trinita,
il-Marsa. Jekk tara li hu tajjeb għal fuq
il-website sabiħissima u interessantissima....ara int.
Ilu ftit fuq il-website sibt tagħrif
dwar iz-ziju tiegħi, li kien
missjunarju iċ-Ċina kif ukoll ritratt
tiegħu. Ma kontx naf dak li issa sirt naf fuqu. Anki ommi ħadet gost meta
għidtilha b'dan it-tagħrif. Keep
it up. Thank
you.Berikni u żommni f'talbek.
Prosit ħafna ta' din
il-web-site li hija d-dawl li jeqred id-dlam tal-ħajja.
Permezz ta' din il-web-site u speċjalment bil-qawwa ta'
l-Ispirtu s-Santu l-bniedem iħoss ferħ li juri d-dawl tal-ħajja li
jagħtina Alla li tant iħobbna li saħansitra bagħtilna l-ibnu Ġesù
biex iwasslilna d-dawl tal-ħajja.
Grazzi Ħafna. Paċi Magħkom.
Antonio Montebello (Ħal
Qormi)
Is-site ta' San Franġisk dħalt fiha.
Ma dħaltx fid-dettall imma tidher interessanti ħafna.
Alfred Frendo Cumbo
(Fgura)
Min irid
jipprofondixxi l-fidi tiegħu f`Alla b`ħafna Mħabba u b`Talb
tassew sabiħ ta San Franġisk, għandu
fis iżur din il-website.
Trid tiftakar li San
Franġisk kien ġej minn famija sinjura iżda,
il-ferħ tiegħu ma sabux fir-rikkezzi jew fil-ħbieb ta din l-art
(N.B. aħna nies moderni u materjalisti) ...iżda
fil-Faqar, fit-Tbatija,
fil-Kreaturi kollha t`Alla u f`Għaqda sħiħa mas-Salib
Mqaddes! Fuq kollox il-Għana u t-Talb kienu
l-isbaħ ħolqa li kellu ma' Alla s-sid
tal-Ħlejjaq kollha.
Nerġa'
ntennilkom: Prosit Tassew ta' dan il-website
tant sabiħ li hu ta' Gwida għalina lkoll!
Maria Daly
(Victoria - Għawdex)
Dħalt għall-ewwel
darba fil-web site tagħkom u għoġbitni ħafna. Tidher li hi
interessanti ħafna, minnha tgħallimt aktar min hu San Franġisk.
Prosit tassew ta dan il-materjal, u bi
ħsiebni nibqa' nsegwiha.
Carmelo Zammit
(Qrendi)
Nixtieq
nifraħ lil min għamel din il-web page. Jiena devot ta Franġisku ta'
Assisi u għadni kemm kont għall-erba tijiem f din il-belt qaddisa.
Well done u keep it up.
George Grech
(Malta)
Prosit
tassew tal-website. Vera
fiha nformazzjoni
sabiħa u nteressanti tassew.
Ħadt pjaċir naqra ħafna
dik l-istorja
li hemm fuq Patri Feliċ Sammut. Jiena kelli x
xorti li nqatta' ftit taż-żmien
ma' Patri Feliċ.
Charlie Desira
(Melbourne -
Awstralja,
u ex-Buġibba)
Għadni kif rajt
il-website fuq il-PC u veru differenti minn kif tidher fuq il-Mac.
Tidher ħafna ħafna aħjar... u tinstema' aħjar ukoll veru sabiħ dak
il-midi file background music.
Kompli agħmel il-ġid u
xerred il-messaġġ tal-verità b'din l-għodda wkoll.
Godwin Borg (Malta)
Mill-ġdid qed nerġa
nikteb sabiex ngħidlek li din is-site hija bejta ta'
informazzjoni fuq San Franġisk Missierna u fiha ħafna spiritwalita'
li personalment għenitni ħafna. Jien nixtieq ngħid kelma ta' kuraġġ
liż-żgħażagħ li qed iħossu fihom is-sejħa biex jinagħtaw lil Mulej
sabiex jagħmlu kuraġġ u ma jaqtawx qalbhom għaliex jekk jgħidu iva
lil Mulej żgur li jsibu il-vera paċi. Il-festi t-tajba lil kulħadd.
Joseph Formosa
(Siġġiewi - Malta)
Nixtieq nagħti prosit ta' din is-site
għaliex hija verament professjonali u aġġornata.
Permezz ta' din il-web-site qed joktor ħafna
ġid u j' Alla l-Mulej bl-interċessjoni
ta' San Franġisk jibgħat
aktar żagħżagħ
sabiex jaqduh speċjalment fi ħdan
l-Ordni Franġiskan. Mill-ġdid prosit! Joseph Formosa
(Siġġiewi - Malta)
Għadni kif żort
il-Web-site tiegħek, u għarrixt fil-qasam tal-poeżija Franġiskana.
Għandek ġabra sabiħa u mżewqa. Ħadt gost naqra u ntiegħem; uħud għat-tieni darba jew mhux iktar ukoll waqt li oħrajn waqgħu taħt
għajnejja għall-ewwel darba. Rajt ukoll l-oqsma l-oħra
u dehruli ikkurati. Jidher li taħdem bil-qalb u li tħoss dax-xogħol
bħala appostolat. Nixtieqlek ħafna ġid minn qalbi. Ħa tgawdi int ukoll
mal-qarrejja li jfittxu l-ikel u x-xorb. Talb u għożża.
Albert Sammut (Belt tal-Vatikan - Ruma)
Paċi u
Ġid!
Ta' spiss nidħol
nara x'hemm ġdid fuq il-website. Dejjem insibha iżjed interessanti u
attraenti. Żdied il-materjal u anki l-istampi. Il-preżentazzjoni hi
dejjem tal-ġenn. Hemm baħar ta' informazzjoni li jinteressa lil kull
eta`. Tassew riklam tajjeb għal San Franġisk! L-aħħar sezzjoni li
żidt
għat-tfal hi interessanti ferm u l-ewwel waħda tax-xorta tagħha
bil-Malti. Niċċekkja wkoll meta jkun sar l-ahhar aġġornament, u
nistagħġeb kif issib il-ħin biex taġġornaha tassew ta' spiss. L-aħħar li
dħalt, kont għadek kemm aġġornajtha xi jumejn qabel. Stupenda! Ma
jonqosx li meta nidħol fuq sanfranġisk.com ngħid talba għal dawk kollha li
jgħinu u nitlob lil Alla u lil San Franġisk ibierku din il-ħidma tiegħek.
Francesco Pio
Attard (Victoria - Għawdex)
Nixtieq ngħidlek grazzi
u prosit tal-website tant sabiħa u attrajent li għamilt u li qed tħalli
ħafna ġid. Bħala Franġiskan napprezza ħafna dan il-materjal sabiħ u utli.
Jien nsibu ferm utli fil-ħidma tiegħi li għandi maż-żgħażagħ u tfal
fil-qasam tal-vokazzjonjiet. Ħadt gost ħafna u għalija kienet sorpriża li
għoġbok iġibli l-artiklu tiegħi. Kienet sorpriża għalija. Għandi artikli
oħra li kont diġa ġew ipublikati fuq id-dawl franġiskan jekk jiġu f'idejk
u jkunu jogħġbuk nieħu gost li nkun ta' għajnuna f'dan il-qasam. Jekk ikolli
xi materjal bil-qalb kollha nibgħathomlok.
Dennis Calleja (Kapuċċini - Malta)
Prosit tal-website.
TASSEW PROFESSjONALI!
Joseph Zammit (Marsalforn - Għawdex)
Nifraħlek
tas-site tassew informattiv u ta' kwalita` tassew professjonali.
Pawl
Bugeja
(Victoria - Għawdex)
Dħalt
kemm-il darba fil-website ta' San Franġisk.Tajba
ħafna.
Jason Azzopardi (Raħal Ġdid - Malta)
Prosit
ħafna għas-site tiegħek veru professjonali u fiha veru
nformazzjoni tant tajba fuq qaddisin Franġiskani u talb,
kif ukoll poeżiji. Mill-ġdid
nerġa' ngħidlek PROSIT
James Buhagiar
(San Pawl il-Baħar)
Nixtieq
nirringrazzjak minn qalbi tax-xogħol li il-Mulej għenek tpoġġi f'dawn
il-paġni għal glorja tiegħu.
Jiena din l-informazzjoni ser
ngħaddiha waqt iż-żjara tagħna lejn Assisi u nħeġġeġ oħrajn jidħlu sabiex
jixorbu minn din l-għajn li int kont strument f'idejn il-Mulej sabiex jisqi
l-poplu tiegħu. grazzi u l-Mulej ibierkek.
Nicholas Balzan (Malta)
Dħalt
fuq is-site tagħkom u qgħadt nara ftit x'hemm.
Nibda biex ngħidlek li l-mużika li hemm għoġbitni ħafna. Dik min fejn ħadtha?
Hemm ħafna artikli interessanti.
Patrick Grima (Raħal Ġdid-
Malta)
Veru site tajjeb. Jien
u marti ma niġbgħu qatt inniżżlu materjal minnu. Wara
noqgħod nirranġa għal l-fonts maltin, pero l-ideja tiegħek tajba
u bis-sens li ħallejt il-fonts ingliżi
minħabba dawk li jgħixu
barra minn xtutna.
San Franġisk miegħek u ngħidulek
grazzi għal biċċa xogħol sabiħa, fi ħdan il-familja
Franġiskana.
Leli u Lina
Vella
-
Terzjarji Franġiskani (Kalkara - Malta)
Prosit tal-Web Site! Sabiħa
ħafna u nħossni żgur li san Franġisk kuntent bik u biha! Inħossha kontribut
kbir ieħor lejn familja franġiskana fejn ilkoll aħna aħwa sew jekk il-kulur
tat-tonka huwa iswed/griż, sew jekk kanella...sew jekk il-kapoċċ hu żgħir
jew bil-ponta...sew jekk bil jew bla kuruna...taqbel jew le maż-żarbun jew
il-qorq!
Joe
Buttiġieġ (Trento - Italja)
Grazzi
ferm tal-website. Tal-ġenn!! Vera
sabiħa u ippreżentata tajjeb immens. Hemm fejn timraħ
kemm trid. Minn jaf kemm ħadlek ħin dan il-proġett?!
Insomma well done! Għalissa kemm kemm
ittawwalt għax m'għandix ħin, però żgur li ser insib
ħin biex nidħol aktar
fil-fond fiha. Hija ħaġa li jiena napprezza ferm.
Fi ħsiebi ninforma lil diversi ħbieb tiegħi dwarha.
Grazzi, grazzi, grazzi u l-Mulej ibierkek.
Frank Mifsud (Marsaxlokk - Malta)
Nixtieq
ngħidlek li din id-darba rnexxieli nidħol fis-site. Prosit tassew biċċa
xogħol bomba. Din il-ġimgħa qrajt ittra fuq il-Ġens li faħħret is-site.
Josephine Gatt (Ħal Balzan - Malta)
Nixtieq nifraħlek għal din
il-website ġdida - din ser tkun waħda li żgur ser inżur ta' spiss. Tgħidx
kemm ħadd pjaċir naqra il kummenti li irċevejt u ħassejtni qrib mill ġdid
ta' bosta ħbieb tiegħi... ħadt pjaċir naqra
il-messaġġi tagħhom!! Inselli ħafna għalik u
nawguralek Paċi u Ġid
Tony De Giovanni (Valletta - Malta)
I did
check out your website. I can tell you've put a lot
of work and love into it, even though I couldn't
understand more than a handful of words I appreciated
the links. I wish I could read what you've written in Maltese, but
I understand "it's feeling a void". I was thinking
about how your room is becoming a "Pulpit", and I remembered how St.Paul
spent so much time writing letters while he was
confined to his cell.
Nancy
Singh (Virginia - Amerka)
Prosit tassew tal-website.
Interessanti! Ta' siewi n-numru ta' links li fiha! Keep it up!
Joe Cilia (India)
What a nice Site! We enoyed it,
Congratulation Father.
Daan and Regina Martin (Olanda)
Illum idunajt bil-Web site
ġdida!!!
Għoġbitni u kompli. Ara tiksibx il-karattri maltin
ħalli tkun tgħin
il-kitba sew bil-Malti. Prosit.
Gwido Muscat (Burmarrad
-Malta)
Jiena student ta' 17-il sena minn
Għawdex.
Xtaqt
nawguralek minn qiegħ qalbi tal-ġmiel ta' website li pproduċejt
bl-akbar serjeta' u mħabba dwar san Franġisk ta' Assisi.
Francesco Pio Attard (Victoria
- Għawdex)
PROSIT,
PROSIT, PROSIT u nixtieq nibqa' sejra biha għax tassew
biċċa xogħol sabiħa! Kollox sabiħ, anki l-mużika li għażilt. Kelli
nieqaf għalkemm tani li nkompli nara u nitgħaxxaq u nitgħallem! Imma
nkomplih żgur. Hemm tassew x'tixtarr! Grazzi...
Carmen Borg
(Tagaytay City - Filippini)
Kelmtejn qosra biex nifraħlek
għall-biċċa xogħol li għamilt. Prosit u grazzi. Tabilħaqq hi biċċa xogħol
sabiħa u tajba.
Edmund Teuma (Valletta - Malta)
Prosit biċċa
xogħol sabiħa u interressanti. Dan il-mument qiegħed ix-xogħol imma malli
jmur id-dar nerġa nidħol fiha u nara bil-kwiet. Grazzi mill-qalb.
George Schiro
(Malta)
Prosit tassew u keep it up.... naħseb li l-fantasija
tiegħek tasal biex dejjem iżżid xi hjiel importanti
biex tagħmel il-website dejjem interessanti.
God Bless
Manwel Gatt
(Awstralja)
Il-bieraħ ftaħt il-Website il-ġdida. Kien
hemm ħafna kummenti posittivi fuqha għax fiha ħafna
nformazzjoni utli fuq il-Franġiskaneżmu.
Prosit u keep it up!
Frans Deguara (Valletta -
Malta)
Ma nistax nemmen kif sar dan
ix-xogħol kollu. Enċiklopedija ta' tagħrif, tagħlim u formazzjoni ta'
spiritwalita Franġiskana li twassal għand Ġesu` u Marija. Din is-sit hi
xempju ta` professjonalita u krejattivita'. Ma stajtx nieqaf nitgħallem.
Prosit mill-ġdid u l-Mulej ikompli jbierek dan ix-xogħol sabiħ. Fuq kollox
grazzi tal-ħin tiegħek.
Vincienne, Joseph, Luke u Joanna Incorvaja
(Balzan - Malta)
Prosit tassew għal darb'oħra għalkemm diġa awgurajtlek...imma issa x-xogħol
huwa komplut. Tassew li għad iservi ta' ġid. Forsi lanqas int stess ma taf
kemm jista' jkun ta' ġid. Il-Mulej jibqa' jagħfulek żgur...
Mario Sant (Osimo -Italja)
F’inqas minn 12-il siegħa diġa ftaħt il-web-site ġdida darbtejn! Għamilt
biċċa xogħol tajba ħafna. Barra li fiha preżentazzjoni tajba ħafna, nemmen
li l-kontenut tagħha ser ikun għajn ta’ informazzjoni, tagħlim u formazzjoni
Franġiskana u spiritwali għal ħafna. Grazzi u Prosit tassew!
Robert Agius
(Canterbury - Ingilterra)
Prosit u prosit ħafna!!!!!
Ivan Grech (San Pawl il-Baħar - Malta)
Prosit tassew
tal-website...x'biċċa xogħol kellek...Jalla jsir ħafna ġid permezz tagħha u
jkunu ħafna dawk li jintlaqtu fil-qalb permezz ta' xi ħsieb,
rakkont....eċċ... li jistgħu isibu. Prosit mill-ġdid.
Doreen Mifsud
(Gżira - Malta)
Well done għall-website.
Il-veru
ħadt gost naraha. Tassew tajba. Keep it up. Sliem.
Paul
Darmanin (B'Kara - Malta)
Prosit:
tajt titwila lis-site u bqajt mpressjonat. Ċert li l-kitbiet ta’ San
Franġisk se nżurhom spiss biex anki nieħu ideat għal omeliji.
Saħħa u sliem.
Ivan Sciberras
(Amerka)
Prosit u
prosit tassew. Website li fiha minjiera ta' tagħrif u tagħlim fuq il-ħajja
u spiritwalita' Franġiskana.
Veru għamilt proġett
sabiħ. It-tqassim huwa first class u hija user friendly ħafna. Dan ser ikun
il-Messal tiegħi ta' kuljum u mhux talli għamiltha bookmark iżda ser nimxi
magħha jum wara jum.
Jiena ċert
li minn din il-web site ser joħroġ ħafna u ħafna ġid spiritwali. Jiena ser
nirrakkomandha lill-ħbiebi u lil kull min naf li għandu l-internet. Fr
Thomas dan il-proġett li ilek taħdem ħafna fuqu jiswa mitqlu deheb.
Mill-ġdid PROSIT. Il-Bambin biss jista' jħallsek. Dan huwa pastorali modern
li hemm bżonn li nagħmlu użu minnu.
Mario Saliba (Nadur
- Għawdex)
Nifraħlek ta
din il-biċċa xogħol li għamiilt għoġbitni ħafna anke għax interessanti.
Claudio Mangion (Ruma)
Ma stajtx ma niktiblekx u ngħidlek prosit tal-website
veru interessanti u nformattiv. Issa nibda nżurha għax żgur se tkun xi ħaġa
ħajja.
William Bartolo
(Valletta - Malta)
Well done! Prosit for
www.sanfrangisk.com. Keep
it up!!!!! God bless!
Ino Bonello (Paola -
Malta)
Min jixtieq jagħti xi suġġerimenti jew
kummenti
jew inkella jixtieq jibgħat xi artiklu,
poeżija
jew xi tagħrif dwar San Franġisk,
MERĦBA BIH.
Jista' jinqeda b'dan e-mail:
info@sanfrangisk.com
Daħla|Ħajja|Artikli|Kitbiet|Talb|Santwarji|Ordni|Kultura|Qaddisin
Devozzjoni|Spiritwalità|Poeżija|il-pont|Links|Ktieb
taż-Żjajjar|
|