San Frangisk - ghat-tfal ... u l-kbar

 

<< lura ghall-Werrej ghat-tfal


Il-Hajja ta' San Frangisk - 2

it-tieni parti


storja migbura minn Fr Thomas

Disinji ta' Suor Giustina


... tkompli ma ta' qabel

 

1206 - Sajf

Issa Frangisku intefa' b'ruhu u gismu jsewwi il-knisja ta’ San Damiano kif qallu biex jaghmel il-Kurcifiss. Kif temm intefa'  jsewwi dik ta’ San Pietro u wara dik tal-Porzjunkola. Sadattant kien spiss imur izur il-lebbruzi fl-isptar qrib Assisi.

 

 

24 ta' Frar 1208

Wara l-qari tal-Vangelu fejn Gesù baghat lid-dixxipli tieghu biex ixxandru il-Bxara t-Tajba bla ma jiehdu xejn maghhom, Frangisku gharaf li dak kien dak li ried Alla minnu.  Dak il-hin frangisku ghamel libsa forma ta’ salib, thazzem b’bicca habel u beda jdur u jxandar il-Vangelu tal-Paci. 

 

16 ta' April 1208

F’qasir zmien wara predikazjoni ta’ Frangisku bdew jinghaqdu mieghu l-ewwel ahwa, Bernardo di Quintavalle u Pietro Cattani...

 

... u warajhom inghaqdu mieghu Egidio, Silverstro u ohrajn.  Frangisku bhalma ghamel Gesù, baghathom tnejn tnejn biex ixandru il-Vangelu. Frangisku mar jitpriedka fil-Marca di Ancona Ma’ Egidio.

 

1209

Wara l-ewwel esperienza missjunarja marru jghixu flimkien fil-faqar f’post ‘il barra minn Assisi jismu Rivotorto. Fl-gharix ta’ Rivotorto Frangisku hadem fis-skiet u fi spirtu ta’ talb fuq l-ewwel regola.  

 

1209

Kif lesta l-kitba tar-regola mar ma’ shabu Ruma ghand il-Papa. Il-Papa Innocenz III, li kien ra lil Frangisku fil-holm izomm il-Knisja milli taqa',  mhux biss approva bil-fomm ir-regola ta’ Frangisku, imma tah wkoll il-jedd li jippriedka l-Vangelu f’isem il-Knisja. 

Minn Ruma l-ahwa regghu lura Rivotorto u baqghu jghixu, jahdmu u jitobu fi spirtu ta’ penitenza.

 

18 ta’ Marzu 1212

Fil-lejl ta’ Hadd il-Palm, Klara telqet bil-mohbi mid-dar u nizlet lejn il-Porzjunkola, fejn kien hemm Frangisku jistennieha.  Klara nghatat kollha kemm hi lil Alla.  Dak il-lejl twieled it-Tieni Ordni Frangiskan.

 

Ftit jiem wara

Ohtha Agnese telqet ukoll mid-dar biex tinghaqad ma’ Klara halli tghix il-Vangelu fil-faqar ghal kenn tal-Knisja ta’ San Damiano. Dan il-post sar l-ewwel kunvent tal-Klarissi.

 

1212

Fil-qalb ta' Fringisk kompliet tikber l-imhabba tieghu lejn Alla u lejn il-Holqien kollu.  Darba fost l-ohrajn waqaf biex jipprietka lill-ghasafar.

 

 

1212

Fit-tmien l-istess sena Frangisku bix-xewqa tal-martirju tixghel f’mohhu u qalbu haseb biex imur il-Marokk. Halla l-Italja u mexa lejn Spanja.  Din id-darba kienet marda qalila li reggghetu lura lejn l-Italja.

 

kompli ara t-tielet parti - 3  >>

<< erga' lura ghall-ewwel parti - 1

<< lura ghall-Werrej ghat-tfal


Storja migbura minn Fr Thomas  u d-Disinji huma ta' Suor Giustina

Id-disinji dehru l-ewwel darba fuq ir-rivista San Francesco Patrono d'Italia

Assisi 19.7.2003


Fuq

il-passi

ta'

San Frangisk

ta' Assisi