San Franġisk- għat-tfal |
|
<< lura għall-Werrej għat-tfal Il-Ħajja ta' San Franġisk- 1 l-ewwel parti storja miġbura minn Fr Thomas Disinji ta' Suor Giustina Bidu ta' l-istorja
1181-1182 San Franġisk twieled f’Assisi missieru Pietro di Bernardone u ommu Madonna Pica. Meta l-omm ħadet it-tifel fil-Kattidral ta’ San Rufino biex jitgħammed it-tifel ġie mogħti l-isem Giovanni. L-missier iżda ried li ibnu jissejjaħ Franġisk.
1196 Wara li temm l-iskola mmexxija mill-qassisin tal-parroċċa ta’ San Ġorġ. Franġisk, kien sar ġuvnot ferħan, intelliġenti, iħobb jilbes u xi ftit vanituż. Kien ukoll jħobb il-flus bħal missieru. San Franġisk iżda kien aktar qalbu miftuħa u jaqsam ġidu mal-ħbieb u mal-foqra.
1202 - Novembru San Franġisk ħa sehem fi ġlieda bejn Perugia u Assisi f’Ponte San Giovanni qrib Collestarda mhux wisq ‘il bogħod minn Assisi. Assisi tilfet, ħafna nqabdu pruġunieri, fosthom San Franġisk u li spiċċa maqful fil-ħabs ta’ Perugia għal kważi sena sħiħa.
1203 Saret il-Paċi bejn Perugia u Assisi. Missier San Franġisk sab l-okkażjoni biex ħallas xi flus u ħeles lil San Franġisk mill-ħabs.
1204 Wara żmien marid San Franġisk reġa` ġie f’tiegħu u ta’ ruħu mill-ġdid għax-xalar u l-festi ma’ sħabu. F’dan iż-żmien San Franġisk baqa` joħlom li jsir kavallier u li jikseb l-unur.
1205 San Franġisk usab l-okkażjoni li jmur għal gwerra u b’hekk jikseb dak li xtaq. Issieħeb mal-Kavallier Walter de Brienne u qabad it-triq lejn il-Puglie bil-għan li wara jingħaqad ma’ kroċjata u jmur lejn il-Palestina. Fi Spoleto kellu viżjoni u l-leħen misterjuż qallu biex jerġa` lura Assisi u hemm jurih x’kellu jagħmel.
1205 Meta wasal lura Assisi beda jinqata' għalih waħdu biex jitlob u jara Alla x'ried minnu. Darba minnhom iltaqa' ma' raġel imġiddem, niżel minn fuq iż-żiemel, għamel il-kuraġġ u għanqu miegħu u biesu
1205 - Novembru Kif kien miġbur fil-knisja ta’ San Damiano San Franġisk kellu viżjoni oħra li fiha sema' l-Kurċifiss jistiednu jmur isewwi il-Knisja tiegħu, li kienet qed tiġġarraf. San Franġisk mar fil-belt ta’ Foligno biex ibiegħ ħafna mid-drapp ta’ missieru ħalli jkollu flus biex ikun jista' jsewwi l-knisja.
1206 - Marzu Quddiem l-isqof Gwido ta’ Assisi SanFranġisk neża` ħwejjġu u tahom lura lil missieru. Minn dak in-nhar 'l quddiem San Franġisk ried isejjaħ b’missieru lil Missier tas-smewwiet.
kompli ara t-tieni parti - 2 >> << lura għall-Werrej għat-tfal Storja miġbura minn Fr Thomas u d-Disinji huma ta' Suor Giustina Id-disinji dehru l-ewwel darba fuq ir-rivista San Francesco Patrono d'Italia Assisi 19.7.2003 |
Fuq il-passi ta' San Franġisk ta' Assisi
|
|