Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - 1253-2003
 

◄◄|werrej|►►


Ikona ta' Santa Klara


kitba ta' Fr Thomas Moore OFMConv


Santa Klara

- ikona ta' Storja u Spiritwalitą

L-hajja ta' Santa Klara ta' Assisi, ma nsibuhiex biss fil-letteratura - proza u poezija. Fl-arti tal-pittura nsibu ikona jew xbieha ta' Santa Klara - pittura fuq kwadru ta' l-injam. F'din l-ikona lfigura ta' S. Klara tiddomina l-kwadru, imdawra bi tmien kwadri zghar - episodji mill-hajja taghha. Dan il-kwadru nhadem ghallhabta ta' 1-1283 l-tletin sana wara il-mewt tal-Qaddisa.

 

L-Awtur, hekk imsejjah "l-Imghallem ta' Santa Klara" ma halliex ismu. Ta' min jinnota li fiz-zmenijiet tan-nofs kienet haga komuni li l-awturi ma Jnizzilux isimhom fuq xoghol taghhom. Ghax xi artisti kienu jaghtu x-xoghol taghhom mhux bhala nies mikrija jew imqabbdin, imma ghax kellhom stima lejn l-arti taghhom daqs l-aqwa kattedra ta' universitą; kienu jhossu li kellhom jittrazmettu l-fidi u t-taghlim religjuz permezz ta' l-immaginazzjoni u l-pinzell.

 

Bi stil ikonografiku l-Awtur jaghiel episodji li bihom Jiddeskrivi l-ereditą spiritwali li l-Qaddisa rnexxielha tigma' matul hajjitha. Din l-ikona tinsab fil-bazilka ta' Santa Klara gewwa Assisi, fl-Italja.

 

Il-Figura ta' Klara

Il-figura ta' Klara li tiddomina l-kwadru, tkellimna fuq Mara dinjituza; Klara fil-kwadru tidher mghottija b'kappa kbira sa riglejha.  Ghalkemm liebsa bi hwejjeg semplici u mhazzma b'habel, Klara taghti lemha ta' sinjura.  Minn din il-figura l-awtur ried johrog in-nobbiltą, mhux mill-ilbies u l-ghana, imma mill-persuna, fqira iva, imma nobbli fil-qalb, fil-karattru u fil-hajja taghha li offriet ghall-gid ta' hutha bnedmin.

Figura tal-mara fil-veru sens tal-kelma.

B'harsa lejn l-angoli gometrikali ta' din il-pittura, fin-nofs nilmhu s-salib li Klara qed izzomm fuq qalbha fil-waqt li b'idha l-leminija qed tipponta lejh. Huwa s-salib li fil-hajja jrid jorbot kull attivitą kemm biex naghrfu niehdu kollox minn idejn Alla u ngarrbu bis-sabar il-hemm ta' din il-hajja, kif ukoll biex ma nahsbux li dak li jsir huwa biss frott tal-hidma taghna, imma kollox gej minnu. Dan is-salib ta' fuq il-kappa jixbah lil dak tal-krucjati ghall-helsien ta' l-Art Imqaddsa. Klara wkoll hija membru tal-krucjati ghall-helsien ta' l-Art Imqaddsa. Klara wkoll hija membru tal-krucjata ta' Kristu, qellieda qalbenija kontra l-ghadu (mhux izjed il-mislem), id-dnub. U ghax krucjata, Klara ma tiggilidx wehidha; ghandha hafna maghha fil-monasteru, u ohrajn bars li Jghinuhom. L-armi ta' Klara huma t-talb ta' kuljum u l-eghmejjel tajba lill-proxxmu. L-iskop hu wiehed: ingibu rebha kbira lill-Gharus taghna, Kristu.

 

Il-Kwadri zghar

Il-kwadri zghar - erbgha kull naha tal-figura ta' Santa Klara, jirrakkuntaw episodji mportanti tal-hajja taghha. F'din l-ikona l-qari ta' l-episodji ma jibdiex minn fuq ghal isfel, imma mill-ewwel kwadru ta' isfel fuq ix-xellug. F'dawn l-ikoni zghar Santa Klara tidher bhal dik it-tfajla ghaqlija u kuragguza li riedet taghti f'hajjitha xhieda originali bil-hsieb u l-eghmil ta' kif mara tista' tibqa' fid-dinja u tahdem ghad-dinja minghajr ma tkun tad-dinja.

 

L-Ewwel Kwadru

L-ewwel kwadru fuq ix-xellug, n-naha ta' isfel juri it-Twelid gdid ta' Klara. Huwa l-ewwel u l-aktar episodu importanti fil-hajja spiritwali taghha: l-ghazla li titgharras ma' Kristu. Xebba nobbli ta' tmintax-il sena tichad ii-zwieg ma' ragel, il-familja u l-ereditą. Kien Hadd il-Palm tas-sena 1212. L-Isqof Gwido ta' Assisi qed joffri lil Klara fergha taz-zebbug, xebh ta' ftehim u paci bejn tnejn li jridu jghixu flimkien fl-imhabba. Hekk ghamel il-Mulej mal-poplu tieghu (Noe) wara l-gharar. Hekk ghamlet Klara dak inhar: patt bejnha u l-Gharus, halfa li jkunu ta' xulxin. Ir-rebha ta' lHadd il-Palm kellha tkun il-bidu ghall-passjoni ta' hajja iebsa. Ma dahlitx fil-monasteru biex tiskarta d-dinja, imma biex tghannaq id-dinja bit-tbatijiet taghha, tahdem u thobb lil kulhadd. Klara bhal Frangisk u fuq il-passi tieghu, ghazlet timxi wara l-Mulej b'fiducja kbira ghax gharfet li Hu ta' setgha u qawwa bla qies, ghalkemm hadd minnhom ma kien jaf x'kien hemm lest ghalihom. 

 

It-Tieni Kwadru

Dan juri lil Klara tiltaqa' ma' Frangisku. Hija Klara li qed titkellem, u donnha trid tistaqsi lil Frangisk wiehed x'jista' Jaghmel. Kienet tafda fih mhux biss ghax kien il-bniedem t'Alla, imma ghax ghaliha Frangisk kien ir-rapprezentant ta' l-Gharus taghha. Dawn iz-zewgt iqlub ta' spiss kienu jitkellmu fuq l-istess raguni - l-Imhabba mhijiex mahbuba; nahdmu biex l-Gharus jigi milqugh tajjeb. Bhall-vergni ghaqlin tal-Vangelu, Klara u shabha jitkellmu ma' Frangisk u shabu biex jaraw kif se jsebbfiu l-festa tat-tieg ma' l-Gharus meta jigi. Iz-zewg Qaddisin mohhhom kif se jitqaddsu u jqaddsu lill-ohrajn. Harsa fissa mill-qrib, nilmhu statwa ckejkna tal-Madonna 'l fuq minn rashom; bhallikieku dik hija l-infermiera principali ghal kull ma jista' jinqala'. L-gherusija ggib il-ferh, imma ma jonqsux il-problemi ta' kull xorta. Ghandna bzonn l-ghajnuna u l-forza. Marija hija l-izjed mara li tista' tieqaf maghna u tifhimna - l-Omm mimlija bil-grazzja.

 

It-Tielet Kwadru

l-weghda u r-rabta tal-hajja religjuza ma' l-imhabba  Fit-tielet kwadru Klara se tibda l-hajja konsagrata u twieghed xbubitha li tghix fil-faqar u l-ubbidjenza. Thalli lil Frangisk jaqtaghlha xagharha sabih u nnukklat f'riglejn l-altar tal-Porzjunkula. Hija se tiehu t-tmexxija ta' shabha mhux bis-sbuhija, il-qawwa u r-rieda taghha, imma fl-umiltą, fl-ghaqda u l-imhabba; tinza' l-frugha kollha tad-dinja, u tinsatar b'tonka u habel. Hawn ta' min jinnota li Klara bdiet l-ewwel komunitą taghha bil-hegga ta' Frangisk.; u wisq probabbli Frangisk kien minn ta' l-ewwel li waqqaf komunita tan-nisa bhalma ghamel ta' l-irgiel.

 

Ir-Raba' kwadru

Dan juri l-qawwa u l-Kuragg ta' Klara. Iz-ziju ta' Klara, Monaldo jidhol fil-monasteru flimkien ma' xi nies tieghu biex jattakka lil Klara u johrogha lura lejn id-dar. Klara, flimkien ma' shabha, tiggranfa ma' l-altar. Taqbida bejn ziju mitluf fil-korla u n-neputija deciza fil-weghda tal-hajja taghha. F'dan il-qari ikonografiku nilmhu l-martirju bhal dak ta' l-ewwel insara. Kienu jissieltu, u jgarrbu l-passjoni ta' Kristu minhabba s-setgha ta' nies bla Alla. Wara r-rebha lill-Knisja mill-Imperatur Kostantinu fis-sena 315 a.c., il-martirju ghall-insara kien biss xewqa. Imma deher martirju iehor. Klara ggarrab dan il-martirju intern (bla tixrid ta' demm) u tibqa' shiha f'fehmitha. Ghalkemm tilfet kull wirt familjari (it-telfa tad-dinja), hija rebhet lil Kristu b'wirt veru taghha.

 

Il-Hames Kwadru

Dan il-kwadru, fuq il-lemin fuq nett, jkompli ma dak ta' qablu in-naha l-ohra. Ghat-tieni darba n-nobbli Monaldo, bl-iskuza li kien qed jiehu hsieb il-familja ta' Klara minflok missierhom mejjet, rega' mar jahbat, did-darba, ghal ohtha Anjeze fil-monasteru. Mifxul ghaliex iz-zewg neputijiet cahdu z.-zwieg ma' nies nobbli bhalhom, u b'hekk tilfu ghalihom u ghall-familja izjed ereditą ta' art, ta' flus u ta' unuri, heddidhom li jibqa' jahqarhom sa ma jcedu. Anjeze ggarrab ukoll l-istess martirju bhal ohtha. Iz-ziju Monaldo jitlef il-battalja. Din hija battalja kosmika; iz-ziju Monaldo jippersonifika d-demonju, il-princep tal-hazen, li bil-qerq tieghu jipprova jisserrep sa fid-dezert tal-kjostru (hajja religjuza fil-gabra, talb u penitenza) biex ifittex lil min igarrab. Din l-espressjoni tragika taz-ziju Monaldo u r-rebha ta' Klara u Anjeze nisslu kuragg f'ommhom Ortolana, li ddecidiet thalli kollox u thaddan l-istess komunitą.

 

Is-Sitt Kwadru

Dan is-sitt kwadru, huwa parallel mat-tielet kwadru. It-tkattir tal-hobz, kif ukoll tal-komunitą huma fl-ahhar mill-ahhar frott tal-providenza t'Alla. Klara u shabha fir-refettorju bla hobz, x'jieklu, isibu goffa fuq il-mejda mimlija hobz ghal kulhadd. Meta ahna nittamaw f'Alla u nhobbuh tassew, Alla mhux daqshekk boghod, imma f'nofsna u maghna. il-manteniment taghna ta' kuljum nafuh ukoll lil Alla, li tana lil Ibnu stess biex ikun ikel ghalina, ikun sieheb fil-mixja ta' hajjitna, l-ahhar provizzjon fit-tluq taghna lejn pajjizna, f'dar Missierna. Il-prezenza t'Alla fil-komunitą, fil-familja, fil-poplu hija vera u reali; hekk tghallimna l-Bibbja: Alla jinzel f'nofs il-poplu tieghu. Il-mejda ta' l-altar fil-Porzjunkula (ara t-tielet kwadru) fejn Klara ghamlet il-voti religjuzi, issa nbidlet mhux biss f'mejda ghall-ikel ta' kuljum, imma fiz-zieda ta' l-ahwa sorijiet. Dan jista' jsir biss meta naqsmu u nieklu mill-Mejda tal-Mulej - il-Hobz Haj tas-sema. L-artist medjevali jilghab bl-angoli komplementari. Hu jqieghed lil Klara magenb it-tieqa fir-refettorju mnejn jitqassam l-ikel lill-ahwa. Bhala superjura tal-kunvent, Klara taghzel li taqdi lil hutha, minflok tigi moqdija minnhom: il-pozizzjoni la genba, minflok bil-qeghda fin-nofs. Bhala Badessa Klara rnexxielha tibdel hafna drawwiet u tradizzjonijiet fil-monasteru taghha, li ghamluha izjed omm milli superjura.

 

Is-Seba' Kwadru

Dan il-kwadru fih zewg episodji. Il-vergni Marija tiddomina x-xena kollha. Fil-parti ta' fuq Marija tidher imdawra bl-angli li donnhom l-istess sorijiet tal-monasteru. Klara kienet tara lil Marija f'kull wahda mis-sorijiet hutha. B'hekk Marija fil-monasteru ma kenitx xi fantazma, idea jew xi barranija; kienet ohra bhalhom u maghhom. Fit-tieni parti ta' isfel Marija tidher tmil bi tbissima lejn Klara, imdawra mill-angli (sorijiet). Donnha qed tindokra, tfarrag u timmedika lil Klara li, issa marida, ghandha bzonn lil xi hadd jiehu hsiebha. Din hija l-imhabba ta' l-ahwa, punt kardinali fil-hajja frangiskana. Iz-zewg xbiehat ta' Marija fl-istess kwadru juruna li l-hajja hija mixja ta' fidi bhal ta' Marija. Din l-Omm li nafuha dejjem 'l fuq (l-ewwel parti tal-kwadru), issa tinzel (it-tieni parti) fl-art biex tghin lil Klara fis-siegha ta' l-agunija taghha. It-tnejn jidhru mkebbin f'mantell li jaghtina t-tifsira ta' zewg Sinjuri (Dami) mhejjijin ghall-festa tat-tieg f'Gerusalemm il-gdida. Klara, wara li ghaddiet hajjitha bhala religjuza fil-kontemplazzJoni, imsahha bit-talb ta' kuljum, tistenna bis-sabar u l-kuragg it-twelid gdid taghna, bhal dik l-omm ferhana, ghalkemm fit-tbatija, ghax se twelled il-frott gdid taghna.

 

It-Tmien kwadru

F'dan il-kwadru nara t-tislima tal-knisja lil Santa Klara.  Kif intemmu l-girja taghna, naslu ghall-hlas; niehdu maghna dak biss li nkunu ghamilna - l-eghmejjel taghna. L-Gharus jigi jilgaghna (il-Knisja), jaghtina li weghedna: "Kont fidil fil-ftit (hdejn dak li l-Gharus ikun ghamel ghalina); issa naghmlek fidil fil-hafna; idhol fis-sala tat-tieg mieghi ghal dejjem". Klara batiet fizikament tul hajjitha; hija wettqet il-weghda taghna ma' l-Gharus, u bhalu garret is-salib ta' kuljum. Il-palazzi li jidhru fl-ikoni kollha juru li Klara hadmet ghall-gid ta' kulhadd - maghluqa fil-komunitą tal-monasteru, kienet tahseb u titlob ghall-komunitajiet ta' barra.

 

L-ewwel u t-tmien episodju huma marbutin flimkien: Klara mhux biss semghet ir-rakkont tal-Passjoni f'Hadd ilPalm, imma ghexet ma' Kristu batut sa waslet fuq il-quccata tal-kalvarju fil-monasteru, u temmet hajjitha bhal Kristu. Setghet tghid: "Kollox hu mitmum", ghax dak li kellha taghmel wettqitu b'fedeltą. Il-Papa Innocenz IV mar flimkien ma' ghadd ta' isqfijiet ghall-funeral, u incensa l-fdalijiet tal-Qaddisa bhala l-mudell ta' hajja nisranija u religjuza.

 

Dawn l-episodji fl-ikona ta' Santa Klara jfakkruna li ahna wkoll nghixu mumenti difficli, specjalment fl-ghazliet ta' valuri nsara, u f'decizjonijiet ta' kuljum imqabblin mal Vangelu u l-ligi t'Alla. Bhalma dawn il-kwadri zghar Jiffurmaw il-kuruna tar-rebha madwar il-kuruna ta' Santa Klara, hekk ukoll il-kwadri zghar tal-hajja taghna ta' kuljum, ghad ikunu l-kuruna tal-fedeltą taghna lejn l-Gharus taghna, Kristu.

◄◄|werrej|►►


It-testi mehuda mill-kibrett ta' Fr Thomas Moore OFMConv., Santa Klara ta' Assisi, ikona ta' storja u spirtwalitą, Valletta - Malta 1994

Assisi - 2.4.2003 


 

Santa Klara

ta' Assisi

750 Sena mill-Mewt 1253-2003

 

Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh

minn

Hadd il-Palm

(13 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar

ta' missierha

u weghdet ubbidjenza

lil Frangisku quddiem

Santa Marija

ta' Angli

u ngibuh

ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar

il-Festa ta'

Santa Klara

fil-11 ta' Awissu 2004.

 

mill-ittra tal-

Ministri Generali