Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - 1253-2003
 

◄◄|werrej|►►


Santa Klara u l-Papiet ta' zmiena


Kitba ta' Sr Marija Immakulata Bellizzi OSC


 

Il-hajja religjuza ta' Santa Klara ghaddiet bejn zewg "Innocenzi": Innocenz III li ra l-bidu ta' l-Ordni tas-Sorijiet Klarissi fl-1211 u Innocenz IV li approva r-Regola taghna u qaddes il-quddiesa tal-funeral taghha f'Awissu ta' 1253.

 

Papa Innocenz III

Innocenz III (Giovanni Lotario di Conti Segni) twieled  fl-1160 u sar Papa ta' 38 sena, fl-1198. Miet fis-16 ta' Lulju 1216 f'Perugia. Kien Papa kbir. L-istorici jghidu li l-pontifikat tieghu kien wiehed mill-aktar importanti fl-istorja tal-knisja. Fost hafna tatbit, ikkagunat mill-indhil fl-affarijiet ta' l-Imperu, - (il-Papa nehha lill-Imperatur Ottone u ta l-kuruna lil Federiku II li izjed 'il quddiem qam kontra l-Knisja) - l-organizzazzjoni tal-krocjata li falliet, l-ereziji tal-Katarizmu u l-Albigizi. Dan il-Papa kien miftuh ghas-sinjali taz-zminijiet u kellu d-dehen li jaghraf u japprova l-karizma ta' San Duminku u San Frangisk. Laqaghhom bhala doni tas-sema. Kellu xewqa kbira jirriforma l-kleru u jnaqqas il-lussu u dawn iz-zewg fundaturi ghenuh bil-predikazzjoni taghhom. Kien dan il-Papa li ra l-bazilika tal-Lateran tixxengel u se taqa', u ragel imlibbes xoqqa fqajra jigri u jwezinha bi spalltu, u l-bazilka tiddritta. Gharaf lil San Frangisk f'dan. il-bniedem u kellu mhabba specjali ghalih.

 

Fi zmienu sar ir-IV Koncilju tal-Lateran, fejn gie stabbilit li ma jidhux regoli godda, izda dik ta' San Frangisk giet accettata: Santa Klara ghamlet il-hila u talbet fill-Papa l-"privilegium paupertatis" (il-privilegg tal-Faqar), li bih talbet il-libertà li ma tkunx sfurzata minn hadd li taccetta proprjetà. II-Papa "dahak" tghid l-istorja, imma fl-1216 ta lil Klara dak li xtaqet. Santa Klara kellha l-mertu li ddahhaq lil dan il-Papa kbir fost l-intrigi kollha li kellu jhabbat rasu maghhom.

 

Papa Onorju III

Wara Innocenz III, sar Papa Onorju III. Il-konklav sar malajr, go Perugia, u jumejn biss wara l-mewt ta' Innocenz, fit-18 ta' Lulju 1216, bhala Papa gie mahtur Onorju III. Dan kellu mad-90 sena u dam 11-il sena. Huwa ta r-Regola Bullata lil San Frangisk, u lil Santa Klara ta lill-Kardinal Ugolino de Conti Segni bhala Protettur ta' h-Ordni h-gdid. Dan haseb biex jaghti lil Klara u shabha "Kostituzzjonijiet" li gew imsejha Ugolinjani. Imma l-Kardinal ma tax lil Klara dak li riedet fuq kollox: il-faqar radikali u r-rabta ma' l-Ordni tal-Minuri. Zgur li Klara sofriet hafna f'qalbha.

 

Papa Girgor IX

Hekk kif miet Onorju III, il-Kardinali maghquda fil-Konklav go Perugia hatru Papa lill-Kardinal Ugolino, li ha l-isem ta' Girgor IX. Dan kellu sehem kbir fit-II Ordni. Kien in-neputi ta' Innocenz III, u kellu 32 sena meta sar Papa, dam 14-i1 sena. Kif diga ghedna kien il-Kardinal Protettur tat-II Ordni. Kien ihobb bhal missieh lil Klara u s-Sorijiet taghha; ghadhom jezistu zewg ittri miktubin minn idu u mibghuta lis-Sorijiet ta' San Damjanj fejn tidher l-imhabba li kellu lejhom. F1-1228 bhala Papa, ikkonferma t-test tal-Kostituzzjonijiet li kien tahom fl-1218, fuq l-isfond tar-regola ta' San Benedittu  b'zidiet minn tieghu.

 

Iz-Zmien tal-pontifikat tieghu kien ta' sofferenza mill-akbar ghall-qalb ta' Klara x'hin tara li dak il-Papa li kellha tant qima u mhabba ghalih ma jistax jifimha. Wara l-mewt ta' San Frangisk li kien ghaliha "il-kolonna u l-farag wahdieni wara Alla", Klara sabet ruhha f'solitudni tremend. Bl-umiltà u bl-ispirtu ta' ubbidjenza ta' Kristu zammet l-ekwilibrju bejn l-ubbidjenza lill-Knisja u l-lealtà lejn l-ideal ta' San Frangisk. Trid tkun qaddisa biex tirnexxi fi sforz bhal dan.

 

Fis-16 ta' Lulju 1228, fil-kanonizzazzjoni ta' San Frangisk, Girgor IX kien Perugia u mar fil-kunvent ta' San Damjan. Jirrakkonta Celano: "Il-Papa raga' pprova jipperswadi lil Klara taccetta xi renti. Imma bir-rispett kellu rrifjutat. Il-Papa nsista: "Jekk inhu l-vot tal-faqar li qed izommok, jien nista' nhollok". U hija wiegbet: "Missier l-izjed qaddis, qatt ma jien se nixtieq li nkun mahlula mill-grazzja li nimxi wara Kristu". Il-Papa Girgor IX ma kompliex jinsisti u fis-17 ta' Settembru 1228 wettaq il-"Privilegium Paupertatis" li Innocent III kien taha fl1216.

 

Fl-1230 kellha "kumbatt" ielor mal-Papa, meta ghamel ordni lill-Patrijiet Minuri li ma jmorrux fil-kunventi tas-Sorijiet Klarissi minghajr permess minn ghandu. Kif saret taf b'dan Klara qalet bi tnehida: "Mela ha jnehhi wkoll lil dawk li jghinuna fil-bzonnijiet materjali", u dlonk baghtet lil dawk iz-zewg "ahwa" li kienu jghinuhom. Klara rat fil-projbizzjoni tal-Papa theddida ghall-komunità, li sejra tkun michuda mill-hobz tal-Kelma. Il-Papa sar jaf bil-gest deciz u formali taghha. Ha lura l-kelma tieghu u halla kollox f'idejn il-Provincjal. Ma satax jaghti prova aktar cara u konvincenti kemm kellu stima ghal Santa Klara u kemm kien perswaz li kien l-Ispirtu s-Santu li kien gieghed izomma f'dik il-lealtà lejn l-ispirtu ta' San Frangisk.

 

Dan il-Papa miet fl-1241 ta' 96 sena. Kien ghamel qaddis lil San Frangisk fl-1228, lil Sant'Antnin fl-1232, lil San Duminku fl-1234 u lil Santa Elizabetta ta' l-Ungerija fl-1235. Wara l-mewt ta' Girgor IX kien hemm zmien ikrah ghall-Knisja.

 

Papa Celestinu IV

Ghaddew xahrejn sakemm inghazel il-Papa Celestinu IV, u dam biss 17-il Jum. GHall-ewwei darba sar "konklav" fil-veru sens lal-kelma, il-Kardinali kienu maqfula u s-Senatur Orsini uza vjolenza fuqhom.

 

Fiz-zmien qasir tieghu Papa Celestinu IV ghadda l-iskomunika lis-Senatur Orsini. II-Knisja kellha tistenna sitt xhur sakemm inghazel Papa gdid.

 

Papa Innocenz IV

Dan kien Innocenz IV (Sinibaldo Fieschi di Conti Lavagna). dan il-Papa gie elett fil-25 ta' Gunju 1243. Kellu 48 sena u miet fis-7 ta' Dicembru 1254. Fis-sena 1245, raga' mpona ghas-sorijiet ta' Santa Klara r-Regola tal-Kardinal Ugolino (tat-1218) b'din iz-zieda: "Din ir-Regola tobbliga biss f'dak li ghandu x'jaqsam mat-tliet voti."

 

Fis-sena 1247, kiteb Regola huwa ghas-sorijiet. F'din ir-Regoia, l-isfond huwa ta' San Frangisk u mhux izjed ta' San Benedittu, u dil-haga tat pjacir lil Santa Klara; il-Ministru General tal-Minuri sar il-missier spiritwali tas-Sorijiet; imma l-Papa dahhal punt li weggaghlha qalbha lill-Fundatrici tat-II Ordni, u dan kien li ordna li s-sorijiet jaccettaw renti fissi...

 

U hawn Klara ddecidiet li tikteb hi r-Regola taghha. Imma sadattant il-Papa offra r-Regola li kiteb lill-monasteri li kienu jezistu. U sab hafna resistenza! Tant illi fis-sena 1250, jikteb bulla "Inter personas" li fiha jiddikjara li s-Sorijiet m'ghandhomx obbligu li jharsu din ir-Regola gdida.

 

Kemm sofriet Klara ghal din il-"Forma ta' Hajja"! U sofriet mill-Knisja! Li dejjem thobbha, tqim il-Vigarju ta' Kristu u ddur lejha biex tapprovahielha.

 

Mela wasal il-moment li fih Klara kitbet din ir-Regola Klara hadet hafna mir-Regola Bullata ta' San Frangisk (1223), mill-Kostituzzjonijet tal-Kardinal Ugolino, u xi hagh minh San Benedittu.

 

Il-Protettur ta' l-Ordni issa huwa l-Kardinal Rinaldu. Dan japprova r-Regola fl-1252. Klara, marida sewwa, thoss it-tmiem riesaq. Trid l-oghla approvazzjoni tal-Knisja. Fil-bidu ta' Awissu 1253, il-Papa Innocenz IV mar izurha f'dak id-dormitorju ta' San Damjan fejn kienet mixhuta fuq sodda fqajra. U gabret l-ahhar forzi taghha bier titolbu jaghtiha dak li stinkat ghalih ma' tul it-42 sena ta' hajja religjuza: ir-Regola taghha.

 

Nafu li fl-10 ta' Awissu 1253 messaggier imur jigri fejn il-monateru ta' San Damjan u jgib mieghu r-Regola bullata mill-Papa bid-data tad-9 ta' Awissu. Nafu li Klara haditha f'idejha u bisitha. L-ghada mietet. Setghet tghid dawk l-ahhar kelmiet: "Mur fil-paci, ruh tieghi mbierka, ghax ghandek mexxej tajjeb ghat-triq. Dak li t~algek, gaddsek, u t~abbek b'imhabba hanina bhal Omm lic-ckejken taghha. Mulej, imbierek int li hlaqtni!"

 

Il-Papa Innocent IV ippresieda l-quddiesa tal-funeral ta' Klara fil-kappella ta' San Damjan. Hekk kif il-Patrijiet bdew ikantaw il-quddiesa tal-mejtin, il-Papa waqqathom u qallhom biex jiehdu minnflok il-proprju tal-Vergni "donnu biex jibda l-unuri tal-kanonizzazzjoni" jghid Celano. Izda l-Kardinal Rinaldo ta' Ostia, protettur tas-"Sinjuri fqar" ta' San Damjan, bil-qima kollha, fakkar il-Papa li ahjar ma jkunx hemm ghaggla f'haga ta' importanza bhal din. Il-Papa cieda, imma 3 xhur wara sar il-Process tal-Kanonizzazzjoni ta' Klara.

 

Papa Alessandru IV

Kien il-Kardinal Rinaldo stess, li hallaq Papa bl-isem ta' Alessandru IV li ddikjara lil Klara qaddisa fit-15 ta' Awissu 1255, fil-katedral ta' Anagni.

 

Papa Piju XII

L-ahhar ahhar Papa li ta gieh lil Santa Klara kien Piju XII, li fl-1958 iddikjaraha Patruna tat-television. Dan ifisser li din il-gaddisa, mara ta' komunjoni u komunikazzjoni li dejjem semghet il-Kelma ta' Alla, tinsab prezenti bit-talba taghha fid-dinja tat-teknika audio-vizwali u dan minhabba miraklu li sar fil-lejl tal-Milied ta' 1252, l-ahhar Milied qabel ma mietet, meta Klara rat u semghet mis-sodda taghha fejn kienet marida, il-quddiesa ta' nofs il-lejl iccelebrata fil-Knisja ta' San Frangisk, li hi xi zewg kilometri l-boghod.

◄◄|werrej|►►


It-test huwa mehud Santa Klara u l-Papiet, fi Spirtu u Hajja, Rivista ta' Kultura Frangiskana, nru 26, Ottubru 1992.

Assisi - 2.4.2003 


 

Santa Klara

ta' Assisi

750 Sena mill-Mewt 1253-2003

 

Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh

minn

Hadd il-Palm

(13 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar

ta' missierha

u weghdet ubbidjenza

lil Frangisku quddiem

Santa Marija

ta' Angli

u ngibuh

ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar

il-Festa ta'

Santa Klara

fil-11 ta' Awissu 2004.

 

mill-ittra tal-

Ministri Generali