San Guzepp ta' Copertino - 400 sena mit-Twelid - 1603-2003
 

◄◄|werrej|►►


San Guzepp ta' Copertino

taghrif dwar hajtu


Kitba ta' Fr. Vincent Vaz, S.D.B.

maqluba ghall-Malti minn Joseph Agius Delicata


Difficli biex issib qaddis iehor li beda l-hajja tieghu b'tant dizabilitajiet daqs Guzeppi Desa, li twieled fis-17 ta' Gunju, 1603, fir-rahal ckejken ta' Copertino, bejn Brindisi u Otranto, fl-Italja.

 

Missieru, mastrudaxxa fqir, kellu tant dejn li kellu jbigh id-dar fejn kienet tghix il-familja biex jifdi d-dejn. Difatti Guzeppi twieled go kamra mwarrba fuq il-parti ta' wara tad-dar fejn ommu kienet qieghda tinheba bil-misthija tal-faqar li waqa' fuqhom. Wara ftit miet missieru. It-tifel ghex hajja mizera, nieqes mis-sustanzi u marradi tant li kien ilaqqat kull marda li tkun ghaddejja u kien fil-pont tal-mewt hafna drabi.

 

FI-iskola kien dejjem l-ahhar tal-klassi u lanqas biss ma kellu l-hila jfisser dak li xtaq jghid. Kien dejjem qisu sturdut u skantat, dejjern halqu miftuh qisu iblah, tant li qalghuhielu "Boccaperta" (=Halq miftuh). Kien sahansitra jinsa jmur jiekol u wara jiskuza ruhu ghax nesa! Kien tant jinhasad mix-xejn li anke jekk b'kumbinazzjoni ddoqq qanpiena ta' knisja huwa u sejjer l-iskola, kienu jaqghulu l-kotba minn idejh. Darba pprova jidhol ma' skarpan biex jitghallem is-sengha imma la rnexxielu jaghmel zarbun u lanqas almenu jsewwi xi wiehed. Tant ma kien tajjeb ghal xejn li anqas ommu stess ma riditu maghha; ghaliha kien toqol u xkiel.

 

Kien hemm zewg hwejjeg favur tieghu: dik li almenu kien jaccetta lilu nnifsu kif kien bin-nuqqasijiet tieghu kollha, tant li hu stess kien isejjah lilu nnifsu "il-hmar", u l-ohra dik li mhux biss kien ihobb jitlob hafna izda kien ukoll devot, verament mill-qalb, ta' Ommna Marija. L-icken haga li kien jilmah kienet bizzejjed biex tfakkru fil-kobor u fl-imhabba t'Alla ghalina. Kull hlejqa kienet bizzejjed biex jiccassa fuqha u titfghu f'estasi ta' mhabba lejn il-Hallieq!

 

Bil-mod il-mod din l-imhabba profonda mmanifestat ruhha mhux biss f'sensiela ta' mumenti ta' estasi imma anke ta' mirakli ta' fejqan u ta' grajjiet sopranaturali li ma nsibuhom imsemmija fil-hajja ta' ebda qaddis iehor.

 

Isib ruhu fit-triq imcercer

Darba, meta Guzeppi kellu 17-il sena, gie patri jitlob il-karità fir-rahal tieghu. Kif rah, Guzeppi hass illi hu wkoll seta' jaghmel dak ix-xoghol, jidhol patri u jaqla' l-hobza ta' kuljum b'dak il-mod. Beda jhabbat il-bibien ta' monasteru wara l-iehor sakemm fl-ahhar gie accettat bhala lajk minn komunità ta' Kapuccini. Imma kien kollu ghal xejn; ma seta' jdahhal xejn f'mohhu. Barra minn hekk, il-patrijiet ma felhux ghal dawk il-mumenti ta' aljenazzjoni li ta' spiss kien jaqa' fihom. Filli kien ikun qed jahdem u filli kien jieqaf cass u skantat, jekk mhux ukoll jaqa' gharkobbtejh ikun fejn ikun. Il-platti jaqghulu minn idejh u jitfarrku ma' l-art. Biex forsi jgeghluh joqghod iktar attent sahansitra rabtulu bicciet tac-caqquf li kisser ma' hwejgu biex izommuh attent. Imma kollox ghal xejn. Fl-ahhar wara tmien xhur, ma felhux izjed u kellhom ikeccuh. Darba qal li l-iktar gurnata iebsa ta' hajtu kienet dik meta kellu jnehhi c-coqqa minn fuqu; hassu qishom qeghdin iqaxxrulu l-gilda minn fuqu!

 

Guzeppi sab ruhu fit-triq imcercer, bi hwejgu mqattghin u ma jafx x'se jaghmel. Qabad it-triq ghal ghand zijuh, li kien negozjant u jaghmilha tajjeb. - Imma kif wasal ghandu, qala' tghajjira kif imiss u rega' sab ruhu fit-triq minghajr centezmu fil-but. Telaq lejn Copertino, ir-rahal tieghu, mar lejn id-dwejra t'ommu, fetah il-bieb u dahal, ra lil ommu u waqa' fl-art quddiemha sturdut u miflug ghall-ahhar tant li ma felahx ilissen kelma. Seta' biss ihares lejn ommu b'ghajnejh mimlijin dmugh jitlobha hniena. Imma anqas ommu ma hennet ghalih.

 

"Keccewk mill-kunvent" qaltlu ommu "waqqajtilna wiccna l-art.  Itlaq minn hawn ma tiswa ghal xejn. Mur il-habs, jekk trid, jew mur fuq il-bahar. Jekk tibqa' hawn tmut bil-guh." Imbaghad ommu marret ghand huha, li kien Frangiskan Konventwali fi Grotella u lmentat kif il-Kapuccini keccew lil binha b'dak il-mod u talbithom ituh xi xoghol iehor, ikun xi jkun, basta jzommuh. Il-Frangiskani accettawh bhala terzjarju u tawh ix-xoghol li jiehu hsieb il-baghal li kellhom fl-istalla. Guzeppi tghidx kemm ferah! Ghalkemm ma setax jilbes ic-coqqa ta' Frangiskan, almenu seta' jkun is-seftur taghhom!

 

Ilqghuh fl-Ordni

L-umiltà, il-pacenzja, il-qdusija u l-ubbidjenza ta' Guzeppi, seftur mal-Frangiskani Konventwali, malajr gibdu l-  ammirazzjoni tal-patrijiet. Qatt ma kien igerger u kien jaccetta kull ma jaghtuh bil-ferh, hwejjeg u ikel; ikun x'ikun. Sahansitra ma kienx jiddejjaq jorqod fuq tavla li kien hemm fl-istalla tal-baghal li kien jiehu hsieb tieghu. Mhux hekk biss imma anke offra li jmur jittallab ghall-bzonnijiet tal-patrijiet, kif kienet id-drawwa ta' dak iz-zmien. Kien dejjem ferhan u jilqa' lil kulhadd bi tbissima. Tant ammirawh li ddecidew li jaccettawh fl-Ordni taghhom u jhalluh ukoll jipprepara ruhu biex jircievi l-Ordni Sagri. Dan kien fis-sena 1625, meta kellu madwar 22 sena.

L-istudju kien haga iebsa hafna ghal Guzeppi; bilkemm irnexxielu jitghallem jaqra u jikteb u qatt ma kellu l-hila jfisser fi kliemu xi passagg mill-Iskrittura hlief, ohrog il-ghageb, wiehed biss! Dan kien Luqa 11:27: "Hieni l-guf li giebek (fid-dinja)..." Meta kien jaqbad jitkellem fuq dak il-vers ma kienx ikun jista' jiegaf ghax taut kien jintilef fl-imhabba li kellu lejn Marija, Omm Alla. Haga li ma titwemminx, imma meta kellu jersaq quddiem l-Isqof biex jezaminah qabel ma seta' jircievi d-Djakonat, l-Isqof talbu spjegazzjoni preciza ta' dik is-silta li tant kien ihobb! Naturalment Guzeppi ma setax imur ahjar.

 

Kien baqa' ghadma ohra ghax is-sena ta' wara kellu jaghmel l-ezami qabel jircievi s-Sacerdozju. Imma x'gara? L-Isqof tant kien impressjonat bir-risposti tajbin li tawh l-ewwel grupp ta' kandidati li ddecieda li jaccetta anke lil dawk li kien ghad baqa' minghajr ma jezaminahom; u Guzeppi kien wiehed minnhom. Tassew li riditu l-Madonna! Guzeppi issa kellu 25 sena meta beda jqaddes. Imma baqa' umli bhal qabel. Kien imur jahsel il-platti fil-kcina, jahsel l-art, igorr il-bricks u t-tajn u jaghmel ix-xoghol kollu li l-ohrajn ma kinux iridu jaghmlu.

 

Issa, pero, bdew jidhru fih fenomeni ta' l-ghageb li forsi ma dehru f'ebda qaddis iehor. Waqt il-hin tat-talb, kien ta' spiss jintilef (estasi ta' mhabba ghall-Mulej u jdum hekk ghal sighat shah. Hutu l-patrijiet gieli kienu jniggzuh u anke jmissuh bil-gmamar biex forsi jqajmuh mill-estasi. Kollu ghalxejn. Kien jigi f'siktu biss meta kien jordnalu ssuperjur tieghu u dak il-hin ta' estasi divina ta' l-imhabba t'Alla hu stess kien isejjahlu "sturdament!" Bl-intercessjoni tieghu saru ghadd kbir ta' mirakli; kien imiss lghajnejn ta' nies ghomja u jigu jaraw, jerfa' tarbija mifluga f'dirghajh u din tfiq fil-pront; kien jikteb il-barkiet ta' San Frangisk fuq karta u hafna minn dawk li kienet tigi f`idejhom, mar-rahal kollu, kienu jfiqu. Kien jaqra l-qlub. Bilkemm kien jaf jaqra u jikteb u b'danakollu kellu gherf divin tant li kien isolvi problemi dottrinali l-izjed difficli. In-nies kienu jmorru bi hgarhom biex iqerru ghandu, u meta kien imur jittallab ta' spiss kienu jaqtghulu xi bicca mic-coqqa biex izommuha b'devozzjoni.

 

l-Qaddis li jtir

San Guzepp ta' Copertino hu maghruf bhala "l-Qaddis li jtir" minhabba d-don li kellu li jinqata' mill-art. Ta' spiss, waqt il-quddies kien jinqata' u joghla. Anke xi drabi, meta kien jiccassa fejn xi pittura tal-Madonna fis-saqaf tal-knisja u jidhol f'meditazzjoni profonda, kien mhux biss jinqata' mill-art imma joghla sa hdejn il-pittura fis-saqaf! Anke waqt l-ikel, gieli kien jidhol f'estasi u joghla 'l fuq bil-platt f'idejh. Meta kien ikun fil-kampanja, mhux l-ewwel darba li kien itir ghal f'xi sigra u joqghod hemm mitluf fil-meditazzjoni. Dawn il-fenomeni kienu jarawhom mijiet ta' nies u xi whud minnhom huma rrekordjati ufficjalment.

 

Darba wahda - u dan il-fatt hu wiehed - minn dawk maghrufin ufficjalment - xi haddiema kienu qeghdin isibu diffikultà biex iwahhlu salib kbir, twil 36 pied, fil-hofra tieghu, bejn zewg slaleb ohra. Guzeppi rahom, inqata' mill-art u ghola 'l fuq, qabad is-salib, gisu xi tibna, u nizlu fil-hofra tieghu. Minhabba dawn il-fenomeni straordinarji, matul il-35 sena tas-sacerdozju tieghu, Guzeppi kien sospiz ghal hafna zmien milli jqaddes fil-knisja; seta' biss iqaddes f'kappella privata, ma setax jiekol fir-refettorju, ma setax jirrecta l-Ufficcju Divin mal-Komunità u lanqas ma seta' jiehu parti f'xi processjoni.

 

Kien hemm sahansitra min beda jissuspetta hazin fih u li kien qed jaghmel dak kollu biex jitkessah, li ried jaqla' l-inkwiet, u akkuzawh quddiem il-Vigarju Generali. Minhabba f'hekk Guzeppi kellu jidher quddiem l-Inkwizituri ta' Napli, imma dawn ma sabu ebda htija fih. Baghtuh quddiem il-Ministru Generali ta' l-Ordni f'Ruma. Dan baqa' impressjonat bl-umiltà ta' Guzeppi. Fl-ahhar kellu jidher quddiem il-Papa Urbanu VIII. Kif sab ruhu quddiem il-Papa, Guzeppi waqa' f'estasi u nqata' mill-art b'ghageb ta' kulhadd,

 

Mewtu

Fis-sena 1653, l-Inkwizituri ta' Perugia gew ordnati li jibaghtu lil Guieppi lura lill-Kapuccini u li jinzamm f'xi kunvent `il boghod, maqtugh min-nies. Meta n-nies saru jafu fejn kien u bdew imorru jfittxuh hemm, lil Guzeppi haduh f' kunvent iehor, imbaghad f'iehor u iehor. Dan baga' sejjer hekk ghal erba' snin shah. Fis-sena 1657 baghtuh lura lill-Ordni tal-Konventwali, fil-Kunvent ta' Osimo, fejn qeghduh f'cella zghira b'kappella privata maghha. L-unici nies li setghu jarawh kienu dawk biss maghzula minn fost il-kleru. Issa kien waqa' tista tghid f'estasi kontinwa. Issa li gie maqtugh minn man-nies, Guzeppi hassu mahbub minn Alla aktar minn qatt qabel!

 

Guzeppi kellu l-ordni li qatt ma jitlaq minn Osimo. FI-10 ta' Awissu, 1663, f'daqqa wahda qabdu attakk ta' deni li ma riedx ihallih. Guzeppi xorta baqa' jqaddes sa ma waslet il-festa ta' l-Assunzjoni. Minn dak inhar ma felahx izjed u kellu jibqa' fis-sodda. Imma qatt ma tilef tqarbina. FI-ahhar, meta wasal fi stat hazin hafna, ircieva lGriima tal-Morda u fit-18 ta' Settembru, 1663, halla dal-wied tad-dmugh waqt li bi tbissima fuq wiccu tenna l-kliem ta' San Pawl: "Ix-xewqa tieghi hi li mmur u ninghaqad ma' Kristu." (Fil 1:23). Il-Papa Klement XIII ikkanonizzah fis-sena 1767.

 

Fi zmien San Guzepp hadd ma kien isemmi titjir bl-ajru; kien ghadu kmieni wisq, imma meta vvintaw l-ajruplani, fis-seklu ghoxrin, San Guzepp ta' Copertino gie maghzul bhala l-Patrun ta' l-ivvjaggar bl-ajru u tal-Piloti. Illum ukoll huma hafna dawk l-istudenti li jitolbu lil San Guzepp ta' Copertino biex jintercedi ghalihom halli jghaddu mill-ezamijiet.

 


Dan l-artiklu deher f'zewg partijiet fuq il-Lehen is-Sewwa tas-Sibt 12 u 19 ta' April, 2003.

Assisi 30.7.2003 


 

San Guzepp ta' Copertino

400 Sena mit-Twelid 1603-2003

 

Kelma

tal-Papa

"Din is-Sena Centinarja taghti opportunità providenzjali lill-komunità nisranija kollha kemm hi, biex

trodd hajr

lill-Mulej ghall-frott abundanti

ta’ qdusija

u gherf

uman

moghti lil

dan

il-Qaddis umli u docli ta’ Kristu."

 

Dwar

il-Qaddis

ara wkoll

Guzepp

ta’ Copertino