![]() |
San Guzepp ta' Copertino - 400 sena mit-Twelid - 1603-2003 | |
Stedina mill-Genna liz-Zghazagh minghand San Guzepp ta' Copertino mhejjija minn Patri Edmund Teuma ofmconv
Kultant tigini x-xewqa li ninzel naghmel erba’ passi fid-dinja, niltaqa’ ma’ xi hadd u naghmel diskursata mieghu…
Nitlob il-permess lil Alla Alla l-Missier, imma dejjem jghidli li ahjar le… ma ghandniex ilbies tal-moda, xi trid taghmel? U ghandu ragun! It-tonka tieghi hi daqsxejn imkaghbra u tilfet lewnha… hawn fuq nghozzuh wisq il-faqar… u biex nghid is-sew, mindu wasalt hawn ma tkaghbritx izjed, qatt ma tqattghet, lanqas ma thammget, u ghalhekk ma kelli ebda htiega li nibdilha… imma ejja nkomplu.
Dan l-ahhar ergajt tlabtu permess u rega’ ma tahulix, ghalhekk ghidtlu: “Nista’ mela nikteb kelmtejn u nibghathom hemm isfel… mhux f’nifs jaslu?!” Qalli li dan nista’ naghmlu basta ma nuzax il-kompjuter u l-email tieghu, ghax hu jrid jahdem bih. Tinsewx… dan il-Missier Etern! Ghalhekk qbadt il-karti u l-pinna u bdejt niktbilkom… imma intom min intom?
Issa nwarrab ftit mis-shab b’idejja, u l-ewwel nies li nilmah nibag]htilhom din l-ittra. Ha nara… iva, qed nilmah grupp ta’ xebbiet u guvintur, insomma llum dawn iriduha ta’ zghazagh. Iva… mela ha nkellem lilhom. Forsi l-ewwel irrid nibda billi nipprezenta ruhi.
Jien Guzeppi ta’ Copertino! Tafuni? Ghandkom mnejn, ghax lili kienu hatruni protettur ta’ l-istudenti. Anki jekk ikolli nghid li fl-iskola ma kontx xi ziemel! Kont nixtieq nistudja, kont nipprova hafna, imma mbaghad kont ninsa kollox f’nifs. L-unici hwejjeg li kienu jibqghu stampati f’mohhi kienu l-kelmiet tal-Vangelu ta’ Sidna Gesù Kristu. Dawk iva, kont nibqa’ niftakarhom bid-dettalji! U nghidilkom li sehhli nsir sacerdot bis-sahha ta’ serbut ta’ qaddisin li lkoll tawni daqqa t’id sewwa.
Ghandi wkoll kunjom “veru” li hu tieghi. Jisimni Guzeppi Desa u twelidt Copertino, issa ghadda ftit taz-zmien, fis-17 ta’ Gunju 1603. Trabbejt fi hdan familja “normali” – ghallanqas hekk kienet tidher – fis-sens li dik li rabbietni u hadet hsiebi kienet ommi. Missieri kien dejjem nieqes mid-dar. Le! Ma kinux iddivorzjati… dak iz-zmien hadd ma kien jaqaghlu f’mohhu jaghmel hekk. Imma missieri kien iffirma karta li biha kien rahan dak kollu li kellna, u billi ahna konna fqar ghall-ahhar ma sabu xejn x’jehdulna, ghalhekk bdew ifittxuh biex jixhtuh fil-habs. Ghaldaqstant hu kien dejjem jigri ’l hawn u ’l hinn mahrub u jistahba minn dwiefer il-gustizzja.
Ommi, ghalhekk, kellha taghmilha ta’ missier ukoll mieghi, u nista’ nghidilkom li xi kultant ma tantx kienet iggib ruhha ta’ mara! Izda rabbietni tajjeb. U kbirt b’sahhti, ghalkemm bhala tifel kont marid b’dik il-marda li llum minghalija qed issejhulha tumur… u kellha tkun il-Madonna tas-santwarju ta’ Galatone biex tfejjaqni.
Kont ubbidjenti; b’ommi ma stajtx inkun mod iehor. Izda kultant, anki ghal hwejjeg zghar, kienet taqbizli c-cinga u kont irrid infarrak kulma nsib quddiemi. Imbaghad bil-mod il-mod kont nikkalma u noqghod. Imma fil-qiegh nett kien hemm haga li ma kienet sejra tajjeb xejn. L-iskola ma kinitx ghalija, ippruvajt nitghallem sengha izda ma stajt nitghallem xejn, kont inhossni differenti mit-tfal u z-zghazagh l-ohra ta’ mpari, jew ahjar kont inhoss li huma kienu jqisuni xi bniedem inkapaci… m’jien tajjeb ghal xejn.
Fil-qalba ta’ qalbi, izda, kont inhoss xewqa ghal hajja differenti minn ta’ l-ohrajn, xi haga akbar, li tnissel il-paci. Imbaghad kien hemm dik il-haga go fija li biha, meta tigi fuqi, kont qisni nidhol f’dinja ohra. Naf li llum xi whud jippruvaw jidhlu ghal ftit f’“dinja ohra” billi jiehdu certi sustanzi, li bihom jghidu li jhossuhom tajjeb. Imma jien ma kont niehu xejn! B’danakollu kultant kont inhoss lil min “jaqbadni” u jehodni f’dinja mimlija bid-dawl, bi hsejjes sbieh, b’kant mill-aqwa… u jien kont niehu gost!
Sakemm fl-ahhar fhimt li dik id-“dinja” ma kienet hadd hlief il-Mulej. Kien hu li ried jidhol f’hajti. Kien qed idewwaqni dan kollu ghax riedni nimxi warajh, riedni nghammar fid-dar tieghu. U hekk kien: sirt Frangiskan Konventwal. Lil San Frangisk ta’ Assisi minn dejjem kont inhobbu… kieku llum intom tghidu li hu kien l-“idolu” tieghi u jien kont “fan” tieghu.
U mhux billi dhalt patri, il-qaghda ta’ hajti ma nbidlitx ghall-ahjar… f’ghajnejn kulhadd bqajt l-“intamat”, dak li m’hu tajjeb ghal xejn. Imma minn hewwa kont inhoss ferh kbir, kont inhossni mimli bl-imhabba, b’Gesù Kristu. Sakemm jum minnhom bdew jihruli certi stramberiji: waqt li qalbi kienet mgharghra fid-dawl tal-Mulej, fl-Imhabba tieghu, hassejtni ninqata’ mill-art… bdejt tiela’, u minn gewwa bdejt inhoss nar jaqbad ta’ mhabba, bhal min jibda jinnamra u mohhu jibda jtanbarlu l-hin kollu fuq min ihobb u jibda johlom li qieghed il-hin kollu maghha jew mieghu. Hekk kien grali. Biss jien bdejt ninqata’ mill-art. Tistghu tahsbu x’ghagha qajmu dawn l-istramberiji fost huti l-patrijiet. Ma taghtihomx htija: fil-kunvent kellhom patri jtir! Ghalhekk biex ma jhallunix niehu l-fama ta’ “qaddis”, hbewni. Imma n-nies xorta kienu jikxfu fejn kont u baqghu jigu jfittxuni. Imbaghad bdiet tigrili stramberija ohra: beda jsehhli naqra l-qlub ta’ dawk li jkolli quddiemi… hwejjeg li ma jitwemmnux! Izda jekk toqghod tahseb tasal li temminhom, ghax jekk wiehed jghix maghqud ma’ Alla u jitrejjaq bil-Kelma tieghu, jara kollox car, jintebah mill-ewwel bl-izbalji tieghu u ta’ haddiehor.
U hekk ghaddew is-snin u jien qattajt hajti nigri minn kunvent ghal iehor ta’ l-Italja: Copertino, Assisi, Pietrarubbia, Fossombrone, sakemm fl-ahhar wasalt fil-kunvent ta’ Osimo, li fih hallejt ’il gismi u rgajt ghand il-Missier, li minn dejjem kien qieghed jistennieni.
Imma intom zgur li f’qalbkom qeghdin tghidu: “Kemm sa jdum jghid dan? Xi jrid minna?”
Ghandkom ragun, ghax kont insejt… xtaqt nistedinkom tinghaqdu mieghi biex flimkien niccelebraw gheluq snini! Hekk hu! Fis-17 ta’ Gunju 2003 jiena naghlaq 400 sena!
Kif itir iz-zmien! Imma ghadni tajjeb, anki jekk qatt ma kont xi koloss jew xi ragel ta’ gmiel. Alla ma jharisx lejn il-wicc imma lejn il-qalb, hekk tghid l-Iskrittura.
Fl-ahhar nett nixtieq nistedinkom tigu zuruni. Jien noqghod Osimo, qrib il-belt ta’ Ancona, li hi l-kapitali tal-Marche, fl-Italja tan-nofs. Hemm fis-santwarju ssibu l-gisem tieghi fil-kripta. Issibuni wkoll fir-rahal ckejken ta’ Copertino, qrib il-belt ta’ Lecce, fil-Puglie, fl-Italja ta’ isfel. Izda min ma jridx imur daqshekk ’il boghod jista’ jasal wasla sa xi knisja tal-Frangiskani Konventwali f’pajjizkom stess.
F’Malta hemm knejjes u parrocci immexxija minn huti patrijiet Konventwali: Fil-Belt, B’Kara, r-Rabat, Burmarrad, San Pawl il-Bahar, il-Qawra u r-Rabat ta’ Ghawdex. Hemm dejjem issib xi pittura jew statwa tieghi u hafna minnhom ikunu mixghulin u bil-fjuri quddiemhom… ghax jien ninsab f’qalb l-istudenti. Barra minn hekk, fic-centri taghna ssibu bosta patrijiet li jistghu jghinukom tkunu henjin, bil-paci b’qalbkom, imma fuq kollox biex taghrfu l-kobor tal-laqgha taghkom mal-Mulej, taghrfu l-hlewwa ta’ mhabbtu li timla l-qalb u taqta’ x-xewqa li ghandna fina ghall-hajja ta’ dejjem.
Filwaqt li nselli ghalikom, nibqa’ dejjem taghkom,
San Guzepp ta’ Copertino.
mihejjija minn Fr Edmund Teuma ofmconv |
![]() San Guzepp ta' Copertino 400 Sena mit-Twelid 1603-2003
Kelma tal-Papa "Din is-Sena Centinarja taghti opportunità providenzjali lill-komunità nisranija kollha kemm hi, biex trodd hajr lill-Mulej ghall-frott abundanti ta’ qdusija u gherf uman moghti lil dan il-Qaddis umli u docli ta’ Kristu."
Dwar il-Qaddis ara wkoll ■ Guzepp |
|
![]() |