|
Poezija Frangiskana |
|
|
Tweghir is-Sigra ta’ Norbart Ellul Vincenti Tweghir is-Sigra Bidu tas-sena fi sptar
Sigra mhawla jien, xi ftit qerqnija, Nitlob ftuh id-sena ha niftah fergha gdida Mal-bosta l-ohra li ga nsigt F'ghanqbut tweghir is-snin.
Sigra Frangiskana jien, Biex ma toqghodx tistaqsini - ghax halibi naf lil San Frangisk Ta' Hija l-Qamar u Ohti x-Xemx, Huti l-ghasafar u Hija l-Masgar.
Sigra Frangiskana jien jew Frangiskan Sigra.
Is-sigar huti - huti Frangiskani. Ninseg holqien il-ghana, Fraternità ta' mhabba, gheruqi mxettla F'rokna minsija u mwarrba Taht Sptar Boffa, fejn l-umanità tbati Fost hafna mhabba ta' tbatija msallba Fuq salib li jingarr fuq hafna spalel Ta' nies li ma jahmlux li l-bniedem ghandu jbati wahdu minghajr solidarjetà
Nitlob sena gdida u nistenna.
Din il-Poezija dehret fil-Collage Lettaratura, fil-gurnal "il-Mument", il-Hadd, 21 ta' Jannar, 2007, p. 31 Valletta: 23.1.2007 |
poezija ta' Norbert Ellul Vincenti |
|