|
Poezija Frangiskana |
|
|
Frangisku Mera ta' Kristu ta’ Andrea Diacono Frangisku Mera ta' Kristu
Mal-ghabex ta' jum xitwi, bil-hmura ta' xemx ghajjiena tinseg fuq il-hdura u l-muntanji, ic-ckejken ta' Assisi sab ruhu fuq mitrah, f' xifer il-hajja, jbierek u jitlob ghal beltu mistrieha.
Minnufih hsibijietu grew it-trejqa ta' hajtu fejn zaghzugh dahkan lemah imsejjah minn salib mitluq sabiex jghajjex u jfiq il-knisja midruba u mitlufa, jkun il-kolonna li tassew izzommha wieqfa u soda.
Ghannaq 'l ohtu l-faqar, dar id-dinja mnikkta u mbikkma, xiehed bla heda 'l Kristu msallab, nissel il-paci fit-taqbidiet, sa sawwab l-imhabba fejn xafret il-mibeghda nifdet u rmiet.
Twahhad mal-holqien sielem u sabih, ghannielu ghanja ta' tifhir, mexa u ghex fis-sirda tal-muntanji, fejn inghaqad haga wahda mal-Gholi, sa bata l-gerhat ta' Kristu miflug u maqtul bl-ikbar ghozza u mhabba.
Izda l-mewt ghal gharrieda zaritu, ruhu nheles mill-gisem maghdur u tar maz-ziffa helwa ta' lejla siekta f'dirghajn Dak li tant habb u dejjem xtaq, f'tghanniqa mqanqla li middietu f'serhan dejjiemi, f'berah ta' ghodwa mdawla u mfewha.
Tassew hajtek, Frangisku, tama gdida nisslitielna, tama ta' hajja fqira, hienja u ghanja fil-Mulej, maqtugh mid-dinja, mghannaq ma' niesha, fejn nghixu u nghozzu l-kelma tieghU, u nilqghu b'kuragg kull mard u tigrib, nistennew ohtna l-mewt li twassalna fl-imsebbah ta' dejjem.
Din il-Poezija dehret fir-rivista "il-Frangiskani" Nru. 80 - Ottubru 2006. p.3 Valletta: 1.11.2006 |
poezija ta' Andrea Diacono |
|