|
Poezija Frangiskana |
|
|
San Frangisk t'Assisi ta' Frankie Mifsud San Frangisk t'Assisi
Ghal qalbi hu tassew dan l-isem tieghi, Li bih gejt mghammed jien fil-Maghmudija, Ghal San Frangisk t'Assisi gejt imsemmi, Qaddis li tant inhobb w ghaziz ghalija.
Jien qrajt il-hajja tieghu u sahhritni, Frangisku ghex zghozitu fit-tgawdija, Ta' erbgha w ghoxrin sena hass is-sejha, Biex jimxi wara Kristu fil-qdusija.
Hu warrab il-pjaciri ta' did-dinja, U pprova jixbah f kollox lil Gesù, Hu haddan l-umiltà u ghex fil-faqar, W osserva b'reqqa shiha kull virtù.
Il-hegga kbira li tant kellu ghal Kristu, Madwaru ngabru ohrajn li naghqdu mieghu, U waqqaf Ordni religjuz li ghamel Hafna gid, u hekk hu lahaq l-iskop tieghu.
Frangisku u shabu xandru l-Evangelju, F'pajjizi nsara wkoll qalb il-pagani. B'semplicità u kliem ta' konvinzjoni, Tant nies gew mghammda w saru wkoll Kristjani.
Hu ghamel regola sabiex jimxu fuqha, Din giet mill-Papa mbierka w accettata, U ferah San Frangisk b'din l-opra tieghu, Li issa giet maghrufa w approvata.
Frangisku w Klara waqqfu t-tieni ordni, Ukoll it-tielet ordni sekulari, Dawn l-ordnijiet tant ghamlu gid lill-Knisja, U mlew il-qlub tan-nies b'ferh spiritwali.
Frangisku sentejn qabel ma temm hajtu, Ircieva l-pjagi mqaddsa tal-passjoni, U hekk gie jixbah sew lil Kristu msallab, Li lejh hu kellu l-akbar devozzjoni.
X'hin wasal biex ihalli din il-hajja, Hu ried li fl-art jitgqieghed fit-tbatija, U miet bil-patrijiet imdawrln mieghu, Isejjah lill-Mulej b'vuci qawwija.
Sentejn minn mewtu San Frangisk t'Assisi, Gie ddikjarat qaddis universali, Fost entuzjazmu kbir tal-Frangiskanl, U ferh tat-popli kollu generali.
Illum f'daz-zmien ta' glied, mibeghda w dmija, Insejhu lilek San Frangisk, u mieghek Nghidu t-talba helwa li ghallimtna. "Mulej aghmilna int strument tal-paci tieghek".
Frankie Mifsud Il-Belt Valletta 2004
Din il-Poezija waslet ghandna bl-idejn minghand l-awtur innifsu. Valletta: 27.2.2004 |
Poezija ta' Frankie Mifsud
|
|