|
Poezija Frangiskana |
|
|
Hawn quddiemek Awtur mhux maghruf Hawn quddiemek (Kurunella)
Hawn quddiemek, O Mulejja, Gharkobbtejna mixhutin, Nadurawk mill-qiegh ta' qalbna, W talb noffrulek fl-istess hin.
Ilqa' l-gerha minn tar-rigel Ta' Frangisku, qaddej tieghek, Li t-tbatija tal-passjoni B'din il-gerha qasam mieghek.
Bit-tifkira ta' wegghatek, Nitolbuk, Mulej, taghtina Li nitbieghdu minn hzunitna, Ma nibqghux fit-triq hazina. Glorja.
Hawn quddiemek, O Mulejja...
Hekk ukoll, Mulej noffrulek Gerhat siequ l-leminija, Illi sofra bl-akbar sabar Bla tgemgim u bla kburija.
Nitolbuk, Mulej tal-hniena, Tul it-triq ibqa' mexxina, sakemm lilna f'darek twassal, Fejn bi gmielek int thennina. Glorja.
Hawn quddiemek, O Mulejja...
O Mulej, ahna noffrulek Gerha harxa tnixxi d-dmija, Li Frangisk batieha mieghek - Gerhet idu x-xellugija.
Nitoblok, aghtina l-grazzja Li fit-tieni migja tieghek Fuq lemintek ahna nkunu Biex il-genna nidhlu mieghek. Glorja.
Hawn quddiemek, O Mulejja...
Minn qiegh qalbna wkoll noffrulek Gerhet idu leminija, Li int lilu ghogbok taghti, Biex issiehbu fit-tbatija.
Aghmel int, o Alla taghna, Li x-xitan qatt ma jirbahna, U fil-glorja minn tal-genna, Naraw wiccek, u sserrahna. Glorja.
Hawn quddiemek, O Mulejja...
Fl-ahharnett, Mulej, noffrulek Ta' Frangisk gerhet il-qalb, Li hu rcieva fuq l-Alvernja, Meta kien mgharghar fit-talb.
Nitolbuk, Mulej, li qalbna B'wiccek biss tkompli tithenna U mbaghad nigu nbierku lilek f'sebh bla tmiem, f'saltnet il-genna. Glorja.
Awtur mhux maghruf.
It-test huwa mehud mir-Ritwal Frangiskan, Frangiskani Konventwali, Malta 2002 Assisi 6.10.2003 |
Poezija ta' Awtur mhux maghruf
Kurunella f'gieh il-pjagi ta' San Frangisk
|
|