Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


O Frangisku Patrijarka


Awtur mhux maghruf


O Frangisku Patrijarka

(Kurunella)

 

O Frangisku Patrijarka

Minn t'Assisi l-akbar gmiel,

Bosta qima l-Knisja kollha

Lilek taghti bhal missier.

   Ghalhekk ahna lkoll madwarek

   Gejna l-lum biex inqimuk,

   Sabiex turi dejjem 'l Alla,

   L'inti thobbna u nhobbuk.              

Glorja.

 

Kif go stalla fit-tbatija

Ghalkemm ghani, int twelidt,

Ma domtx wisq biex minn did-dinja

Ghala dejjem qalbek fridt.

   Bit-talb tieghek fittex hollna

   Int mid-dinja li ssahharna,

   La thallix li bil-qerq taghha

   Jirnexxilha li tjassarna.                  

Glorja

 

Il-wirt kollu ta' missierek

Bl-akbar cahda rrifjutajt,

U sal-libsa wkoll minn fugek

Biex tajthielu dlonk inzajt.

   Ahna lilek xejn ma nixbhu,

   B'gid id-dinja moghmijin;

   Int ghallimna kif fid-dinja

   Kollox frugha, xejn m'hu bnin.       

Glorja.

 

 

Lil Missierek, Alla wahdu,

Habbejt dejjem sa kemm ghext;

Tezor kbir hejjejt ghall-genna

Billi lilu qatt ma r'ghext.

   Aghmel inti li b'Missierna

   'l Alla bhalek ahna nfittxu,      

   Biex jaghnina bil-wirt tieghu,

   U jurina l-gmiel ta' wiccu.        

Glorja.

 

Ghadu dejjem tal-fohrija,

Kont titghaxxaq bit-tmaqdir,

Xewqa tieghek din biss kienet:

Li tixxandar midneb kbir.

   Il-maqlub li kont int taghmel

   Aktarx jidher f’bosta minna:

   Nidhru rridu fuq haddiehor,

   Ma nahmlux min icekkinna.      

Glorja.

 

Li tinhagar u titbiccer

B'penitenzi qatt ma nsejt;

Gawhra safja l-gisem tieghek

Mit-twelid sal-mewt ghozzejt.

   Kif qed tara, ahna dghajfa

   U r-ruh taghna tebbajnieha,

   Nitolbuk ghalhekk tghallimna

   Ma nhallux id-dnub jifniha.      

Glorja.     

 

 

Ghalkemm kbar garrabt irwiefen,

Wasalt fl-ahhar fis-Surija:

Hemm tal-paci tajt il-bxara,

Hdimt ghall-Fidi Nisranija.

   Kif kull hazen int xejjintu

   Bin-nirien minn tal-qalb tieghek;

   Issa narek fina kebbes

   Biex ghal Alla nahdmu mieghek.

Glorja.

 

Bhal Gesu mislub ghalina

Nizel darbek Serafin;

Juri dan kemm Alla habbek

Fost l-eluf tal-Qaddisin.

   Int fil-pjagi fis fakkarna

   Ta' Gesù, li b'demmu fdiena,

   Biex b'imhabbtu dlonk ninxteghlu,

   U nedmin insibu hniena.           

Glorja.

 

Awtur mhux maghruf.

 


It-test huwa mehud mir-Ritwal Frangiskan, Frangiskani Konventwali, Malta 2002

Assisi 6.10.2003


 

Poezija

ta'

Awtur mhux maghruf

 

Kurunella

ta'

San Frangisk