Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


Ghad-dell tal-Porzjunkula


mill-Liturgija tas-Sighat


Ghad-dell tal-Porzjunkula

(Innu)

 

San Frangisk kien ihobb il-Kappella

tas-Sultana ta' l-Angli setghana,

kien izurha sikwit b'ghozza kbira

u bil-hlewwa tas-Sema jistaghna.

 

L-ebda post ma kien eghzez ghal qalbu,

qatta' fih medda sewwa ta' snin,

u fih ghalaq ghajnejh ghal did-dinja,

minnu tar lejn il-Art tal-hajjin.

 

Fil-Kappella heggitu l-Madonna

biex iwaqqaf it-Tliet Ordnijiet;

l-ewwel Shab hemm laqaghhom, u 'l Klara

ikkonsagra lis-Sid tal-qtajjiet.

 

U ghad-dell tal-Kappella qaddisa

San Frangisk gabar l-Ahwa - mijiet ! -

minn hemm baghathom, suldati ta' Kristu,

biex jeqirdu mid-dinja l-htijiet.

 

O Madonna ta' l-Angli, sabiha,

holl idejna m'irbit id-dnubiet,

waqt li nghannu kemm gmiel hemm f'qdusitek,

Int mexxina ghall-ferh tas-Smewwiet!

 

Innu mill-Ufficcju tal-Qari

Festa ta Vergni Marija ta' l-Angli tal-Porzjunkula

2 ta' Awissu

Awtur mhux maghruf

 


Din il-poezija hija innu Frangiskan  mehud mill-Liturgija tas-Sighat - Proprju Frangiskan,  Malta 1980, p 160-161. Innota li t-titlu mhux moghti mill-awtur imma  mill-kompilatur ta' dawn il-pagni ta' Poezijiet Frangiskani.

Assisi 10.8.2003


 

Poezija

mill-

Liturgija

tas-Sighat,

Proprju

Frangiskan.

 

Awtur mhux maghruf