|
Poezija Frangiskana |
|
|
Twajjeb Mulej, Int l-ghola mill-Liturgija tas-Sighat Twajjeb Mulej, Int l-ghola (Innu)
Twajjeb Mulej, Int l-oghla, tista' kollox, ghalik il-barka, s-sebh, tifhir u gieh; jixirqu lilek biss, u l-ebda bniedem ma jlissen b'hila l-gmiel t'ismek sabih.
Hallihom ifahhruk il-hlejjaq kollha, u l-aktar id-dawl sfiq ta' Ohtna x-Xemx li twelled il-jum gdid, u bl-isfa dija turi, Mulej, li oghla minnek m'hemmx.
Mulejja, tkun imfahhar f'Huna l-Qamar, fil-kwiekeb sbieh go sema kbir, leqqien; u f'Huna r-Rih, fis-shab, f'taqlib, fi bnazzi li bihom tghajjex, b'seher, il-holqien.
Mulej, ha tkun imfahhar f'Huna l-Ilma, irzin u safi wisq, mehtieg qatigh; u f'Huna n-Nar li jaghti d-dawl fl-iljieli, sbejjah u kollu hajja, qawwi, shih
U f'Ohtna h-Art, Mulej, ha tkun imfahhiar; ahna nqisuha wkoll b'Ommna hanina la hi minn hdanha trodd, biex ahna nghixu, hxejjex, ilwien ta' ward, u l-frotta bnina.
Mulej, ha tkun imfahhar f'dawk li jahfru u f'dawk li jgarrbu l-mard u kull tbatija bla jgemgmu xejn, u dejjem ghal imhabbtek; taghtihom Int kuruna ta' tgawdija.
Ha tkun imfahhar f'Ohtna l-Mewt tal-gisem li jahrab minnha qatt ma jista' l-bniedem; hazin ghal dak li jmut fid-dnub il-mejjet, imbierek min imut fis-sliem u niedem.
Imbierek min il-Mewt issibu jaghmel ir-rieda mqaddsa Tieghek bl-akbar hrara, ghax jigi go Saltnatek; il-mewt l-ohra titwarrab minnu bla taghmillu hsara.
Ejjew infahhru lill-Mulej u Sidna u nizzuh hajr, ghal dejjem inberkuh; bla xejn kburija f'qalbna, b'qima kbira ninxtehtu lkoll f'riglejh sabiex naqduh.
Innu tat-Tifhir ta' Sbih il-Jum Festa ta San Frangisk t'Assisi 4 ta' Ottubru Awtur mhux maghruf
Din il-poezija hija innu Frangiskan mehud mill-Liturgija tas-Sighat - Proprju Frangiskan, Malta 1980, p 239-240. Innota li t-titlu mhux moghti mill-awtur imma mill-kompilatur ta' dawn il-pagni ta' Poezijiet Frangiskani. Assisi 10.8.2003 |
Poezija mill- Liturgija tas-Sighat, Proprju Frangiskan.
Awtur mhux maghruf
|
|