|
Poezija Frangiskana |
|
|
San Frangisk t'Assisi Habib tal-Holqien ta' Patri Mattew Sultana OFMCap. San Frangisk t'Assisi Habib tal-Holqien
Hbieb ’il kulhadd!… l-imhabba ghamlet bik sewwa, Habbejt llil-hlejjaq kollha, ngibdu lejk, Il-lupu neza’ l-qilla minghajr dnewwa, Libes il-hlewwa w gwejjed resaq hdejk.
Drawk il-hamiem, gharfuk b’habib ta’ gewwa; Kemm tjur w ghasafar tlebbtu fuq spallejk! Sa l-flieles ckejkna resqu kollhom hlewwa Minn bejn il-qorq inaqqru truf difrejk.
Il-hmar u l-baqra hbieb sa minn twelidek; Habbek il-kelb ghax lilu qatt ma hqart, In-naghag u l-hrief kielu l-haxix minn idek.
’Ma hadd ma ngibed lejk bhall-Haruf t’Alla Li daqskemm habbek ghamlek tixbhu fl-art X'hin l-eqdes Griehi Tieghu lilek halla.
Patri Mattew Sultana OFMCap
Din il-poezija dehret fil-ktieb ta' Patri Mattew Sultana Kapuccin, Hsieb u Hajja, Malta p. 131. Innota li din il-Poezija ta' Patri Mattew dehret darb'ohra bit-titlu San Frangisk il-Habib ta' Kulhadd. Ghalkemm fil-kontenut huma l-istess jidher li l-awtur ghamel xi rtokki 'l hawn u 'l hinn. Din il-Poezija gie imwassla lil dan is-site permezz ta' Patri Albert Sammut OFMConv nhar 6 ta' Awwissi 2003 waqt zjara li ghamiltu fil-Panitenzjeri tal-Vatikan f'Ruma. Assisi 7.8.2003 |
Poezija ta' Patri Mattew Sultana OFMCap.
|
|