|
Poezija Frangiskana |
|
|
Frangisku ghadmek jiehu l-hajja ta' Fr Thomas Calleja OFMConv. Frangisku ghadmek jiehu l-hajja
Waqghet il-hemda, ghabu l-hsejjes, u jien hawn, migbur fuq qabrek, o Qaddis Frangisku. Fis-skiet, fil-gabra b'ghajnejja fissi jharsu 'l fuq lejn dik il-hagra fejn qed tistrieh marbuta tajjeb b'cinturin ta' l-azzar, bejn zewg gradilji; wahda taht u l-ohra fuq. Gol-vojt tal-hagra, ghalkemm mohbija mill-ghajn, hemm l-urna tal-metal u go fiha kaxxa ohra, trasparenti tal-plexiglas bl-ghadam qaddis tieghek niexef qoxqox mizmum fiha.
Frangisk, Missier, b'ghajnejn tal-gisem m'jien nara xejn. izda, bl-ghajnejn tar-ruh narak. Iva, narak tiehu l-hajja mill-gdid! Bhal dak in-nhar meta id il-Mulej giet fuq il-profeta u haditu f'nofs il-wied mizghud b'ghadam niexef qoxqox, u talbu jhabbar: Ejja rih mill-erbat itruf, Ejja onfoh fuq dan l-ghadam ha jerga' jiehu l-hajja. U r-rih gie! u r-ruh dahlet f'dak l-ghadam, u l-ghadam ha l-hajja mill-gdid!
Hekk qed narak illum, Qaddis Frangisku. Bhal dak l-ghadam gol-wied ghadmek niexef narah jitharrek, bhal donnu, biex jerga' jitlibbes mill-gdid bin-nervi, jimtela' bil-laham, jinkesa bil-gilda ... jerga' jiehu r-ruh! U terga' ghall-hajja mill-gdid! Iva, int issir ruh hajja fija u f'huti: imsejhin biex nimxu fuq il-passi tieghek biex nergghu naghtu r-ruh lir-Regula u l-Hajja u nghixu llum mill-gdid il-Vangelu bla xejn taghna, fis-safa, miftuha biex inwettqu biss dak li jrid Alla fl-ubbidjenza.
O Frangisku, illum ghadmek qed narah jerga' jiehu l-hajja fija u f'huti biex kif ghamilt int inqarrbu 'l Kristu lejn il-bniedem ta' llum, u l-bniedem lejn Alla l-hanin, biex isaltan is-sliem fl-art u fil-qlub, u biex bhalek nixtiequ mill-gdid lill-kull bniedem il-Paci u Gid.
Dak ghadmek illum narah jerga' jiehu il-hajja fija u f'huti biex bhalek nghollu lehinna fit-tifhir lil Dak li hu Qaddis, Qawwi u Kbir; li jaghmel hwejjeg tal-ghageb. Dak, li int Frangisku sejjahtlu: Tjieba, kull Tjieba, kollu kemm hu Tjieba! Biex bi kliemna, b'ghemilna u b'hajjitna nergghu nghannqu lill-imgiddem u nhobbu lil kulhadd u lil Dak li int Frangisku sirt tixbah u mieghu twahhad, Halli nstqarruh ahna wkoll bhala: l-Imhabba, Gherf, Umiltà, Sabar, Sbuhija u Gmiel, Hena, Ferh u Sliem. Difensur, Qawwa bla bidu u bla tmiem.
Dak ghadmek illum narah jiehu mill-gdid ir-ruh fija u f'huti: biex nergghu niskopru l-ilwien fil-holqien u d-dinja ta' madwarna; biex nergghu nibdew naraw is-sbuhija u l-gmiel li halaq il-Hallieq, biex mieghek nghannu l-Ghanja flimkien ma' hutna x-Xemx u l-Qamar, mal-Kwiekeb, ir-Rih, l-Ilma, in-Nar, ma' ommna u ohtna l-Art li ttina l-ghejxien. Biex bhalek, o Frangisku nimmansaw l-ilpup feroci ta' zmienna u nharsu l-hrief safja u gwejdin u nghannu mal-ghasafar li jtiru henjin!
Dak ghadmek illum narah jiehu mill-gdid il-hajja fija u f'huti: biex insiru ahna kif kont int Ghodda tal-Paci! Biex inheggu l-imhabba fejn hemm il-mibgheda u l-firda; biex inferrxu l-mahfra fejn hemm il-htija u d-dnub; biex indahhalu il-fidi; fejn hemm id-dubju, Biex fejn hemm il-qtigh il-qalb, nqawwu t-tama; u fejn hemm id-dlam tal-hazen, l-injoranza nixeghlu d-dawl; u nxerredu l-ferh fejn hemm in-niket. U biex ma nifittxux izjed li nkunu mfarrga, mifhuma jew mahbuba imma li nfarrgu, nifhmu, inhobbu lil haddiehor ahna, ghaziz Frangisk kif ghamilt int bl-ghemil mill-qalb u nghozzuhom ilkoll fit-talb.
Frangisku, id-dinja illum ghandha bzonn ghodda bhal dawn! Ejja, Rih ta' Alla mill-erbat itruf! Onfoh bil-qawwa fuq dan l-ghadam mizmum b'tant ghozza minna, ulied Frangisku.
Onfoh, Ruh Qaddis, Mulej. li taghti l-hajja biex dan l-ghadam illum jiehu mill-gdid il-hajja fija u f'huti tal-familja Frangiskana: halli n-nies tara fija u f'huti dak li rat fi Frangisk halli taghraf li ahna tassew Ahwa Zghar mhux tant ghax nilbzu coqqa griza, jew kannella, skur jew car, mhux ghax inrabbtu habel bl-ghoqod ma' hziemna jew ghax bil-qorq f'riglejna... imma ghax tara u temmen li ghandna fina r-ruh tieghek, Qaddis Missier! Ghax tarana ninhabbu bejnietna, u nghozzu lil xulxin kif xtqatna int! Ghax tarana nghixu bil-ferh u bit-tbissima dak li weghedna! Ghax nghixu l-Vangelu ferhana u bhal Kristu iehor tarana.
O qaddis Frangisku wasalt biex inhalli lil qabrek ghax qed jaghmel il-hin. Dak li l-lejla rajt f'dil-hemda u f'das-skiet mhux le holma sabiha lanqas thammim tal-mohh. Imma ghadmek tabilhaqq qed jiehu r-ruh fil-hajja tieghi u ta' huti biex tkompli tghix fina f'kull waqt u f'kull hin illum.
Fr Thomas Calleja Assisi - 30 ta' Lulju 2003
Assisi 7.8.2003 |
Poezija ta' Fr Thomas Calleja OFMConv
|
|