|
Poezija Frangiskana |
|
|
Il-Mewt ta' Patri Dijonisju Mintoff OFM Il-Mewt riflessjoni poetika dwar il-frazi mit-talba tal-Paci "Meta mmutu nitwieldu ghall-hajja ta' dejjem"
Il-mewt tifridna mill-gisem. U ghalina tibda hajja gdida. Hemm l-imhabba titwettaq. Hemm naraw 'l Alla wicc imb'wicc f'dehra qaddisa.Hemm tibda l-hajja ta' wara l-mewt. Dan il-pass hekk kbir li jitlaq hajja u jibda ohra jbazza' hafna nies. Imma mhux tassew li nibdew hajja ohra dak in-nhar li ruhna tinfired minn gisimna. Dak in-nhar titkornpla l-hajja li nkunu bdejna xi darba qabel. "Meta mmutu" hija xi haga li ga saret. Jew ghad tista' ssir meta ghadna hajjin.
Kristu tkellem mill-hajja biss U ghalhekk ghallimna:
"Jiena t-triq, is-sewwa u l-hajja. Min ighix fija ma jmut qatt" Fi kliem iehor Il-hajja taghna tibda dak in-nhar li nibdew nghixu fih; dak in-nhar li niltaqghu mieghu. Ghalhekk qal ukoll: "Jien gejt fid-dinja biex naghtikom il-hajja U l-hajja fil-milja taghha."
San Frangisk ghanna u ferah bil-"mewt ohtu" dak in-nhar li beda l-hajja. Jew ahjar dak in-nhar li miet. San Frangisk miet hafna qabel ruhu nfirdet minn gismu fit-3 t'Ottubru 1224. Hekk kif gie lura mill-gwerra. Dak in-nhar li nizel minn fuq iz-ziemel f'wahda Mil-moghdijiet hodor ta' l-Umbrja Dak in-nhar li missieru fehem li ibnu warrab il-hsieb li jsir princep. Dak in-nhar San Frangisk miet U twieled ghall-hajja ta' dejjem. Dak in-nhar miet l-ewwel darba. Ta lilu nnifsu kollu kemm hu. Meta naghtu xi haga Naqilghu aktar. Meta nahfru Nigu mahfura. Meta mmutu Nitwieldu. Wara l-ewwel mewt It-tieni mewt ma tbezzaghniex. Dan isahhu San Frangisk Fl-"Ghanja tal-Hlejjaq"; Imbierek Int Mulej ghal ohtna l-mewt tal-gisem, Li minnha hadd ma jista' jahrab, Mishuta dawk li jmutu fi dnub mejjet Imberkin dawk li jkunu marbuta mieghek Ghax it-tieni mewt ma tnikkithomx. Inharsu lejn it-tieni mewt tieghu. Insibu ferh, hena u kant.
F'nofs is-sajf tat-1224 gie mehud Assisi Biex imut hemm. l-ugigh kien kbir U ma jaqtax. Haduh fid-dar ta' l-Isqof. Id-dar kienet imdawra bil-ghases. Kien hemm il-biza' li jigu n-nies minn Perugja U johduh minn hemm. Lejl wiehed S. Frangisk staqsa lit-tabib: "Meta ser immut?" It-tabib wiegeb li bejn l-ahhar ta' Settembru u l-ewwel t'Ottubru. San Frangisk ghajnejh ileqqu bil-ferh ghajjat: "Merhba lil ohti l-mewt tal-gisem!" Sejjah lil Angelo u lil Leone biex joqoghdu qrib tieghu Ikantaw. Gew tnejn ohra U ohrajn Sakemm dahal kulhadd. U minn dak in-nhar Il-kant ma heda qatt. Elija li issa kien il-General ta' l-Ordni, Iddejjaq u waqqafhom. San Frangisk Ghal darba biss m'obdiex. "Ma tistax ma tifrahx Meta int qrib l-gharus fit-tieg" huwa stqarr. X'hin hajtu kienet tnin. shabu daru mieghu, Elija, il-Ministru Generali Fuq in-naha tax-xellug Bernard l-ewwel fost shabu fuq in-naha tal-lemin. Imma San Frangisl ried li b'idejh il-leminija Jbierek lil Elija biex jurih li mhux miksur mieghu. Ghalhekk sallab idejh biex hekk idejh il-leminija tkun tista' tilhaq u tmelles ras Elija. U minn dak in-nhar l-idejn imsallba bit-tmellisa tal-paci baqghu simbolu ta' l-Ordni Frangiskana. Wara dan talab biex imur mid-dar ta' l-Isqof ghall-kunvent tal-Porzjunkola. Fit-triq talabhom idawrulu wiccu lejn Assisi. Ma kien jara xejn. Bierek 'il-belt U 'n-nies taghha. X'hin wasal ried li jgeghduh fuq il-qiegha ta' l-art. Imbaghad talab biex igibulu hobza. Qasamha bicciet zghar U ta bicca lil kulhadd. Kienet l-ahhar ikla ta' l-ahwa flimkien. Imbaghad mghawweg tnejn bl-ugigh kanta wahdu s-Salm mija u tnejn u erbghin. Waqt li kien qed ilissen: "Ohrog ruhi mill-habs tieghek" Ha l-ahhar nifs bit-tbatija U miet.
TAGHLIMA: Kemrn imutu sabih il-qaddisin! It-tieni mewt taghhom hija l-ahhar strofa f'poezija twila. Imma xi hadd jista' jghid li zmien il-qaddisin ghadda u spicca. Dawk kienu zminijiet ohra. Kienu nies ohra. Izda l-Vangelu huwa miktub ghalina wkoll. Kristu qal: "Intom id-dawl tad-dinja." Qal "intom ilkoll" U mhux "huma biss". Xi hadd jista' jghid: "Imma jien midneb u nerga' naqa'" Ma kienx hemm; tnejn fid-dinja li stqarru li huma midinbin kbar daqs San Pietru u San Frangisk.
TALBA: Mulej aghamilni strument tal-paci tieghek. Hallini nxerred l-imhabba. Hallini naghti lili nnifsi lilek u lil ghajri Ghax meta mmutu nergghu nitwieldu Ghall-hajja ta' dejjem. Amen
Patri Dijonisju Mintoff OFM Hal Far: 1976
Riflessjoni Poetika mehuda mill-ktieb ta' Dijonisju Mintoff, Hallini Inxerred il-Ferh, Veritas Press, Zabbar, 1976 Assisi 4.7.2003 |
Poezija ta' Patri Dijonisju Mintoff OFM
|
|