Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


 Fuq l-Alvernja


sunett ta' F. S. Caruana


Fuq l-Alvernja

- sunett -

 

Kien lest biex jati 'l hajtu mhux biss darba

Imma l-eluf, biex jifrex it-Twemmin:

W ghalhekk ried Alla fih il-pjagi mgarrba

Dawk stess li garrab Hu ghal midinbin;

 

Ghax hu lil hajtu jzommha ried imqarrba

Lejn hajjiet Kristu: hajja tac-ckejknin,

Fis-sawm u t-talb: fix-xogh'l; dejjem imharrba

Mill-ghass tad-dinja: mill-frughat kburin.

 

Kien fuq l-Alvernja msawwen erbghin jum,

Kif kien jiftakar fit-tbatija, t'Alla,

Ghal fuqu jigi, msalleb, Serafin:

 

U ragg ta' mhabba jitfa' bla ma jdum

Ghal fuq Frangisku: ragg illi 'l dan halla

B'idejh, b'riglejh u sidru minfudin!

 

F. S. Caruana

Malta: 10 ta' Awwissu 1923

 


Dehret f' il-Habbâr ta’ S. Antnin ta' Padova, XIII-il sena, no. 9 Settembru, 1923. p.193

Assisi 17.6.2003


 

Sunett

ta'

F. S. Caruana