L-Ordni Frangiskan F'Malta

 

<<|werrej|>>


Patri Manwel Ebejer

L-Appostlu tal-Madonna tas-Sahha

1882-1959


kitba ta' Patri Alessandru Bonnici OFMConv.


It-talenti ta' wiehed ma humiex  bhal ta' l-iehor.  Hawn ghandi f'mohhi dawk il-Maltin li tul iz-zmien urew imhabba kbira lejn il-Madonna. Kien hawn min bhall-Karmelitan Patri Anatasju Cuschieri, sahharna bil-poeziji tieghu fuq il-Madonna.

 

Kien hawn min thabat ghal hafna snin, bhal Dun Karlu Magri, fil-Mellieha, biex titqieghed kuruna tad-deheb fuq ras il-Madonna halli tikber id-devozzjoni lejha. Kien hawn min bhal Franc ta' l-Gharb ghamel minn kollox biex juri lil dawk li hu kien qed ittaffilhom tbatijiethom li hu kellu lill-Madonna ta' Pinu tghinnu u ghalhekk ir-radd ta' hajr kellu jinghata lilha.

 

Imma hawn irrid nikteb fuq Frangiskan Konventwal li qatt ma tela' fuq xi pulptu biex jinseg xi panigierku.  Hu wiehed li qatt ma wera xi gherf kbir b'xi direzzjoni spiritwali ghax ghal dan ma' kienx jinqala'.

 

Imma kien wiehed li jhaddem it-talenti tieghu biex xerred devozzjoni lejn il-Madonna tas-Sahha meqjuma fis-Santwarju taghha tar-Rabat ghax kien konvint li l-Madonna hi omm hanina taghna li tghinna f'kull bzonn kemm tar-ruh kif ukoll tal-gisem.

 

Kien twieled f'Haz-Zebbug fl-1882 u semmewh Teodozju. Dahal fost il-Frangiskani Konventwali u, mill-professjoni solenni nafuh bhala Fra Manwel Ebejer.  Qatt ma kien superjur.  Qatt ma gie moghti xi servizz ta' responsabbiltà.  Ma kienx jinqala' biex jentuzjazma lill-poplu bil-kelma hajja ta' fommu ghax lehnu kien wiehed dghajjef.  B'diffikultà u fil-qrib tieghu biss, kont tifhem sewwa x'irid ighidlek.

 

Jien nnifsi, kif dhalt fil-kunvent, malajr intbaht kemm Patri Manwel kellu f'qalbu fjamma ta' mhabba lejn il-Madonna.  Sirt naf li qabel ma tqieghed ir-Rabat kien ghadda xi zmien fil-komuntajiet tar-Rabat ta' Ghawdex u tal-belt.  Hemm ukoll deher li kellu devozzjoni lejn il-Madonna taht titlu partikulari: dak tal-Madonna tas-Sahha. Hu kabbar xi ftit id-devizzjoni li kien kemm lejha f'dawk il-knejjes. Imbaghad, hu ntbaghat fil-komunità tar-Rabat, u sar l-Appostlu tal-Madonna.

 

Tul l-ewwel snin tas-seklu ghoxrin, Patri Manwel kien qed jintebah li, ghalkemm bdew isiru bosta opri fil-knisja Frangiskana tar-Rabat, id-devozzjoni lejn il-Madonna tas-Sahha kienet tilfet hafna mill-entuzjazmu ta' l-imghoddi: Patri Manwei ma ccaqlaqx izjed mill-komunità tar-Rabat. Imma il-hidma tieghu nfirxet ma' Malta kollha kemm hi.

 

Kienet hidma umli, fis-skiet, imma bla serhan.  Mat-tfal, hu kellu seher specjali. Ma kien jaghmel xejn minn dak li soltu jentuzjazmahom ghax qatt ma kien sportiv jew itajjar in-nar.  Ma kienx jghallimhom xi taghlim profond ghax ma kienx mitfugh hafna fuq l-istudju.

 

Kien jghallimhom jitolbu. Kien jghallimhom ihobbu lill-Madonna. Kien jghallimhom jghinu l-Quddiesa, li f'dak iz-zmien kient bil-Latin.  Ghal zmien twil wara mewtu, bosta rgiel baqghu jsemmu kemm kienu tghallmu minghandu.  Imma kienu jqimuh hafna l-kbar ukoll.

 

Il-Madonna bhala rigal

Jekk Patri Manwel kien jaghti xi rigal, zgur li kien b'rabta mal-Madonna tas-Sahha. Uhud li kienu tfal fi zmienu, jirrakkunataw kemm hargu mieghu, daru l-ibiet u l-irhula ta' Malta, u habbtu bieb bieb halli jqassmu xi domni u santi li bhom ixxerred id-devozzjoni lejn il-Madonna tas-Sahha.

 

Patri Manwel kiteb ukoll lil hafna fil-Kongrazzjoni tal-Madonna tas-Sahha.  Kienu jinkitbu billi jaghtu offerta ta' 12-il centezmu u mbaghad ta' 25 centenzmu. Imma f'dak iz-zmien ta' faqar, hafna kienu jhallsu l-offerta bin-nifs.  Hu stampa formoli ghall-Kongregati, u fuqhom kien inizzel id-dattalji kollha b'ittri ckejknin li ma kienux hfief biex jinqraw.  Meta l-Frangiskani raw l-entuzjazmu tieghu, lilu hatruh il-moderatur ta' dik il-Kongregazzjoni.

 

Kongregti fil-Madonna tas-Sahha.

Lin-nies, Patri Manwel kien ikellimhom dwar l-ghajnuniet spiritwali u temporali li ahna nircievu minghand il-Madonna, meta nafdaw fiha u nintelqu f'dejha. Il-Kongregati bdew ikunu bl-eluf.

 

Hu beda jnizzel li kunjomhom jibda bl-ittra "E" hu l-isem tieghu nnifsu. Hemm il-kelmiet: "Ebejer Piscopo P. Emanuele, Filippo, Maria; da Csal Zebbug procuratore  della Salute, Minore Conventuale".  Illum ghall-Kongregati kollha, li jaghtu darba wahda biss l-offerta ta' 50 centezmu, jigu ccelebrati 30 quddiesa fis-sena ghall-bzonnijet taghom.

 

Patri Manwel kellem fuq il-Madonna lil dawk kollha li gew izuru s-santwarju. Imma, sakemm kien f'sahhtu, baqa' jigri ma' Malta kollha. Aktarx li ma kienx johrog minghajr ma jkaxkar mieghu xi tifel. Ma kienx ikollu programm cari f'mohhu. Qatt ma kien jaf fejn kien se jitrejjaq f'nofs in-nhar. Imma ma nafux li qatt fittex xi hanut biex imur jiekol. Kemm-il darba kien iteftef dik ix-xihaga li jiehu ghalih u ghat-tifel li jkollu mieghu.  Kien jilqa' wkoll bil-qalb l-istedina ta' xi familja li b'ferh dahhlitu ghandha biex hu jaqsam maghha l-ikla ta' nofsinhar.

 

Ma jixtieqx mistrieh

Fir-registi tal-komunità isem Patri Manwel ma jidhirx hlief meta kien ikollu f'mohhu li jaghmel xi haga ghall-Madonna tas-Sahha.  Ma kienx jitlob flus ghax, jekk kien isemmi opra, hu kien ikun jaf minn qabel kif kien se jiffinanzjaha.  Bhala Frangiskan, hu kien jitlob biss il-permess mehtieg.  Hu qatt ma talab xejn minghand is-superjuri.  Qatt ma talab lanqas biex jaghtuh ftit hin ta' mistrieh.

 

Ix-xewqa tieghu kienet wahda biss.  Hu kien jitlob lill-Madonna, li kien jahdem hafna ghaliha, biex taghtih is-sahha halli ma jaqtax mill-hidma tieghu.

 

Hu dahal ukoll f'hafna sptarijiet.  Ma tantx kellu x-xorti jara lill-Madonna tas-Sahha nnifisha tohrog minn San Frangisk tar-Rabat u tmur tiltaqa' mal-morda.  Imma kien ta' ferh kbir ghalih meta sieheb lill-Madonna fil-gonna ta' San Anton fejn l-Arcisqof Gonzi, fl-1954, qaddes quddiem il-kwadru tal-Madonna, b'hafna morda imdawrin mieghu.  F'xi knisja, bhalma hi dik ta' San Frangisk tal-Belt, il-Madonna marret fi zmien Patri Manwel ukoll.  Dak li jsir lill-Madonna tas-Sahha, Patri Manwel kien iqisu maghmul lilu nnifsu.

 

Jilhaq Maltin u Barranin

Lil Malta, Patri Manwel fawwarha bi kwantità ta' santi u kartolini.  Imma dan ghalih kien ftit wisq.  Ried jilhaq lill-barranin ukoll.  It-talbiet stampati fuq is-santi, minbarra li narawhom bil-Malti, gew stampati bl-Ingliz, bit-Taljan u bil-Franciz ukoll.

 

Thabat ma' agenti ta' oggetti religjuzi halli jiehdu hsieb jistampawlu santi kbar ukoll halli jitqieghdu f'xi gwarnic. Kien jorganizza, xi lotterija; lir-rebbieh kien jinghatalu kwadru sabih tal-Madonna tas-Sahha.  Inbdew ukoll kuntatti ma' agenti barranin, halli jakkwista domni, kwadri, kalamiti u kull haga ohra li biha seta' jxerred id-devozzjoni lejn il-Madonna.  Imma gie li hallas tajjeb ghal xi opra li pregju taghha ma kienx kbir.

 

Patri Manwel kellu xewqa kbira li jara titqieghed kuruna tad-deheb fuq ras il-Madonna b'digriet tal-Vatikan.  Fl-1947, l-inkoronazzjoni tal-Madonna tas-Sahha kienet mixtieqa minn kulhadd.  Saret proposta lis-Santa Sede fi zmien il-papa Piju XII.

 

Lil Patri Ebejer inghatalu fil-Kapitlu Provincjali tal-Frangiskani Konventwali li tlaqqa' f'dik is-sena t-titlu onorifiku ta' Definitur Perpetwu.  Il-mottiv kien: "Hu patri ta' natural tajjeb, ta' hajja qaddisa u ezemplari.  Ghandu hafna merti ohrajn li l-patrijiet tal-provincja jafu bihom."  Imma l-unika haga li minhabba fiha Patri Manwel kien gie bi proposta kienet l-imhabba kbira tieghu lejn il-Madonna tas-Sahha, ghal giehha, hu haddem it-talenti kollha tieghu.

 

L-Inkonorazzjoni: Holma li sehhet.

Il-holma ta' Patri Manwel kienet qed issehh.  Id-Digriet ghall-inkoronazzjoni hareg mill-Vatikian fit-3 ta' Frar 1948.  Il-gurnata ta' l-inkoronazzjoni kienet l-4 ta' April ta' l-istess sena. Inkurunaha l-Arcisqof, bl-assistenza ta' Mons Guzeppi Pace, Isqof ta' Ghawdex u Mons Emanuel Galea, Isqof titulari ta' Tralles.

 

Jiena personalment kelli x-xorti li niltaqa' ma' Patri Manwel dakinhar stess li dhalt bhala postulant fil-kunvent tar-Rabat, fl-14 ta' Ottubru 1952.  Jiena u shabi malajr smajna l-bieb ihabbat.  Morna nifthu u ltqajna, x'uhud kienet ghall-ewwel darba, ma' patri xwejjah.

 

Qabel ma kellimna, hu beda jqassmilna ruxxamata ta' oggetti li kollha kienu juru fuqhom lill-Madonna tas-Sahha.  Ma tantx  fhimna dak li ried jghidilna.  Imma ghajnejh kienu jixeghlu bl-imhabba, meta beda jghidilna: "Specjalment intom hobbu lill-Madonna tas-Sahha, izjed minn ohrajn ghaliex sejrin tibdew tghixu fis-Santwarju taghha.  Itolbuha dak li jkollkom bzonn u fuq kollox ghallmu lill-ohrajn biex ihobbuha huma ukoll."

 

Patri Manwel ghamel il-mewta tat-twajbin fil-21 ta' Awwissu, 1959, meta ghalaq 77 sena.  F'gheluq ix-xahar, il-komunità tar-Rabat fakkret lil dan il-Frangiskan.  Fuq is-santi li tqassmu nkiteb: "Patri Manwel Ebejer...religjuz, osservanti, sacerdot ezemplari, appostlu zelanti tal-Madonna tas-Sahha.  Fit-tixrid tal-qima tagha, ghadda hajtu kollha."

 

<<|werrej|>>


Din il-kitba dehret fil-gurnal IL-GENS illum, is-Sibt 24 ta' Lulju 2004, pagna 18 bhala parti mill-gabra bl-isem: Gojjelli tal-Knisja Maltija.

Valletta: 7.9. 2004


Patri Manwel Ebejer OFMConv.

1882-1959

 

Ix-Xbieha tal-Madonna tas-Sahha