L-Ordni Frangiskan Sekulari (OFS)

 

<<|werrej|>>


L-Ittra tal-Papa Gwann Pawlu II

lill-Ordni Frangiskan Sekulari (OFS)

fl-okkazjoni tal-Kapitlu Generali

f'Novembru 2002


Gheziez Huti!

 

1. Nilqaghkom ilkoll bil-ferh u naghti l-merhba lil kull wiehed u wahda minnkom: lill-membri tal-Presidenza tal-Kunsill Internazzjonali ta’ l-Ordni Frangiskan Sekular, kemm lill-godda u kemm lil dawk ta’ qabel, lil dawk kollha li qed jiehdu sehem fil-Ghaxar Kapitlu Generali, u permezz taghkom lill-Frangiskani Sekulari kollha u lill-membri taz-Zghazagh Frangiskani mxerrdin mad-dinja.

 

F’dan il-Kapitlu Generali gibtu fi tmiemu l-aggornament tal-ligijiet fundamentali taghkom. Issa f’idejkom ghandkom ir-Regola, li wettaqha l-predecessur tieghi Pawlu VI, fl-24 ta’ Gunju 1978; ir-Ritwal, imwettaq f’Marzu 1984; il-Kostituzzjonijiet Generali, imwettqin b’mod definit fit-8 ta’ Dicembru 2000; u l-Istatut Internazzjonali, li wettqu dan il-Kapitlu. Issa jehtieg li tharsu ’l quddiem u timirhu fil-wisa’: Duc in altum!

 

Il-Knisja tistenna mill-Ordni Frangiskan Sekular, wiehed u uniku, servizz kbir favur is-Saltna ta’ Alla fid-dinja tallum. Hi tixtieq li l-Ordni taghkom ikun mudell ta’ ghaqda organika, strutturali u karizmatika f’kull livell, biex b’hekk jidher quddiem id-dinja bhala “komunità ta’ mhabba” (Regola OFS 26). Il-Knisja tistenna minnkom, Frangiskani Sekulari, xhieda qalbiena u koerenti ta’ hajja Nisranija u Frangiskana, li lesta tibni dinja msejsa aktar fuq l-ghaqda bejn l-ahwa u fuq il-Vangelu biex issehh fostna s-Saltna ta’ Alla.

 

2. Ir-riflessjoni li saret f’dan il-Kapitlu fuq “l-Ghaqda vitali u reciproka fil-Familja Frangiskana” ghandha theggigkom biex timpenjaw ruhkom dejjem aktar fit-tkattir tal-ghaqda u l-ftehim l-ewwel u qabel xejn fil-gewwieni ta’ l-Ordni taghkom, imbaghad fost l-ahwa Frangiskani l-ohra, u fl-ahhar nett, b’herqa kbira, kif ried San Frangisk, fir-rapport ma’ l-awtorità gerarkika tal-Knisja.

 

Il-ligijiet taghkom imgeddin huma strumenti mill-aqwa biex tingieb u titfisser bis-shih l-ghaqda ta’ l-Ordni taghkom u r-rabtiet f’waqthom li ghandkom mal-Familja Frangiskana. Hemm l-ewwel nett is-servizz ta’ l-animazzjoni u t-tmexxija tal-Fraternitajiet, “ikkoordinati u maghqudin flimkien skond ir-Regola u l-Kostituzzjonijiet”; dan is-servizz huwa indispensabbli ghall-ghaqda bejn il-Fraternitajiet, ghall-hidma flimkien ordnata li ssir bejniethom u ghall-ghaqda ta’ l-Ordni Frangiskan Sekular (ara Kostituzzjonijiet Generali OFS 29.1). Imbaghad hija importanti “l-ghajnuna spiritwali bhala element fundamentali tal-ghaqda”, li ghandha tinghata b’mod kolleggjali fuq il-livell regjonali, nazzjonali u internazzjonali (Kostituzzjonijiet Generali OFS 90.3). Ghandu mbaghad rilevanza deciziva s-servizz kolleggjali ta’ l-altius moderamen, “imholli mill-Knisja f’idejn l-Ewwel Ordni Frangiskan u t-Terz Ordni Regolari”, li maghhom minn dejjem kienet marbuta l-Fraternità Sekulari (ara Kostituzzjonijiet Generali OFS 85.2;87.1).

 

Nittama b’qalbi kollha li l-Presidenza l-gdida tal-Kunsill Internazzjonali ta’ l-OFS (KIOFS) tissokta t-triq li qabad il-kunsill ta’ qabel lejn il-ghan tal-ghaqda shiha u vera, u dan b’sens ta’ fedeltà lejn il-karizma mghotija minn San Frangisk u lejn il-linji fundamentali tal-ligijiet il-godda ta’ l-Ordni taghkom.

 

3. Fil-laqgha li kelli aktar minn ghoxrin sena ilu, fis-27 ta’ Settembru 1982, ma’ dawk li kienu hadu sehem fil-Laqgha Generali tal-Kunsill Internazzjonali taghkom, jien kont heggigtkom: “Studjaw, hobbu, ghixu r-Regola ta’ l-Ordni Frangiskan Sekular, li wettaq ghalikom il-predecessur tieghi Pawlu VI. Hi tabilhaqq tezor f’idejkom, taqbel ma’ l-ispirtu tal-Koncilju Vatikan II u twiegeb ghal dak li l-Knisja tistenna minnkom” (Insegnamenti, V/3, 1982, p.613). Ghandi pjacir li llum nista’ nghidilkom kliem li jixbah lil dan: studjaw, hobbu, ghixu l-Kostituzzjonijiet Generali taghkom! Huma jheggukom tilqghu l-ghajnuna li, biex taghmlu r-rieda tal-Missier, qed tasal ghandkom permezz tal-Knisja, minghand dawk li fi hdanha jsawru l-awtorità, u minghand l-ahwa.

 

Intom imsejhin biex taghtu l-kontribut taghkom, imnebbah mill-persuna u l-messagg ta’ San Frangisk ta’ Assisi, biex tithaffef il-migja ta’ civiltà li fiha d-dinjità tal-persuna umana, il-korresponsabbiltà u l-imhabba jkunu realtajiet hajja (ara Gaudium et Spes 31ss). Jehtieg li tidhlu fil-fond tat-tifsira tal-fraternità universali u toholqu kullimkien spirtu ta’ akkoljenza u atmosfera ta’ fratellanza. Impenjaw ruhhom bis-sod kontra kull ghamla ta’ sfruttament, diskriminazzjoni u emarginazzjoni u kontra kull atteggament ta’ bruda lejn l-ohrajn.

 

4. Intom, Frangiskani Sekulari, tghixu b’vokazzjoni l-appartenenza taghhom lill-Knisja u lis-socjetà bhala realtajiet li ma jinfirdux. Ghalhekk l-ewwel nett qed tintalbilkom ix-xhieda personali fl-ambjent fejn tghixu: “quddiem il-bnedmin; fil-hajja tal-familja; fuq ix-xoghol; fil-ferh u fit-tbatija; fil-laqghat mal-bnedmin, li huma lkoll ahwa fl-istess Missier; fis-sehem li tiehdu fil-hajja socjali; fir-rapport fratern mal-hlejjaq kollha” (Kostituzzjonijiet Generali OFS 12.1). Ghandu mnejn li mhux sa jintalab minnkom il-martirju tad-demm, izda zgur li qieghda tintalab minnkom ix-xhieda ta’ koerenza u ta’ sodezza fit-twettiq tal-weghdiet tal-Maghmudija u tal-Grizma, li kienu mgeddin u mwettqin bil-Professjoni ta’ l-Ordni Frangiskan Sekular. Bis-sahha ta’ dil-Professjoni, ir-Regola u l-Kostituzzjonijiet Generali ghandhom ikunu, ghal kull wiehed u wahda minnkom, punt ta’ riferminent fl-esperjenza ta’ kull jum, fil-ghajxien ta’ vokazzjoni specifika u fil-kisba ta’ identità preciza (ara Promulazione delle Costituzioni Generali dell’OFS). Jekk tassew intom imheggin mill-Ispirtu biex tilhqu l-perfezzjoni ta’ l-imhabba fil-qaghda taghkom ta’ sekulari, “ikun kontrasens jekk tikkuntantaw b’hajja religjuza superficjali” (Novo Millennio ineunte 31). Jehtieg li timpenjaw ruhkom b’konvinzjoni f’dak “il-qjies gholi ta’ hajja Nasranija ordinarja” li ghaliha stedint lill-fidili fi tmiem il-Gublew il-Kbir tas-sena 2000.

 

5. Ma rridx intemm dan il-messagg minghajr ma nirrikmandalkom li tqisu l-familja taghkom bhala l-ewwel ambitu li fih tridu tghixu l-impenn Nisrani u l-vokazzjoni Frangiskana, filwaqt li fiha taghtu aktar hin lit-talb, lill-Kelma ta’ Alla u lit-taghlim Nisrani, u tahdmu favur ir-rispett lejn kull hajja f’kull qaghda mill-koncepiment sal-mewt. Jehtieg li ggibu ruhkom b’mod li l-familji taghkom “jaghtu ezempju konvincenti ta’ zwieg li jista’ jinghax ghal kollox fi qbil shih mal-pjan ta’ Alla u mal-htigijiet veri tal-persuna umana: kemm tal-mizzewgin izda fuq kollox ta’ dik aktar dghajfa ta’ l-ulied” (Novo Milliennio ineunte 47).

 

Ghalhekk jiena nheggigkom taqbdu f’idejkom il-kuruna tar-Ruzarju Mqaddes, li bi tradizzjoni antika “hi talba specjali li fiha l-familja ssib il-ghaqda. Il-membri kollha tal-familja, huma u jixhtu harsithom fuq Gesù, jergghu jsibu l-hila li jharsu mill-gdid f’ghajnejn xulxin, biex jikkomunikaw, biex jissahhu, biex jahfru lil xulxin, biex jergghu jibdew b’rabta ta’ mhabba mgedda mill-Ispirtu ta’ Alla” (Rosarium Virginis Mariae 41). Dan aghmluh b’harsitkom lejn il-Vergni Marija, qaddejja ckejkna tal-Mulej, li laqghet il-Kelma u s-sejhat kollha tieghu, li San Frangisk haddanha b’imhabba bla tarf u hatarha Harriesa u Avukata tal-Familja Frangiskana. Uruha l-imhabba herqana taghkom imsiehba bl-imitazzjoni tad-disponibbiltà shiha taghha u b’talb mimli gharfien u fiducja (ara Regola OFS 9).

 

B’dawn ix-xewqat minn qalbi nixhet fuqkom, Frangiskani Sekulari, u fuqkom, membri taz-|ghazagh Frangiskani, Barka Appostolika specjali.

 

 

Mill-Vatikan, 22 ta’ Novembru 2002

 

Joannes Paulus II

 

<<|werrej|>>


Traduzzjoni ta' Patri Edmund Tewma OFMConv.

Valletta: 15.11. 2003