L-Ordni Frangiskan f'Malta

 

<<|werrej|>>


Missjunarju Malti fl-Ingilterra

Patri Bonaventura Sciberras OFMConv

1876-1948


Kitba ta' P. Arthur Joseph Saliba OFMConv.


Il-Provincja tal-Frangiskani fl-Ingilterra twaqqfet wara l-Kapitlu Generali ta' l-1223. San Frangisk innifsu baghat il-patrijiet mad-dinja kollha biex jippritkaw il-Vangelu. L-ewwel Patrijiet Minuri (GreyFriars) waslu l-Ingilterra fl-10 ta' Settembru 1224. Fra Agnello minn Pisa flimkien ma' tmien patrijiet shabu waslu Dover u waqqfu l-ewwel Kunvent f'Canterbury.

 

Fl-1538 fiz-zmien it-Re Enriku VIII, il-kunventi kollha fl-Ingilterra gew soppressi u ghalhekk kienu maghluqa u sfaw abbondunati. Il-Provincja Frangiskana Ingliza f'dak iz-zmien kollha madwar 60 kunvent. Hafna patrijiet harbu u marru fl-Ewropa, ohrajn baqghu jahdmu bil-mohbi qalb in-nies. Kien hemm hafna li spiccaw fil-habs jew mietu martri.

 

Kellhom jghaddu kwazi erba' mitt sena biex il-Frangiskani Konventwali regghu lura fl-Ingilterra. Bhall-ewwel Frangiskani, Patri Bonaventura Sciberras mimli entuzjazmu u mhabba lejn l-Ordni, wasal Dover f'Marzu 1906 u sena wara waqqaf il-kunvent ta' Portishead. B'hekk witta t-triq biex il-Provincja Ingliza tal-Beatu Agnello minn Pisa tigi restawrata.

 

Patri Bonaventura Sciberras

Patri Bonaventura Sciberras twieled il-Belt Valletta fit-22 ta' Mejju 1876. Iben Guzeppi u Anna Mariani li tlitt ijiem wara fil-maghmudija li saret fil-Knisja ta' San Pawl il-Belt semmewh Vincenz. Kien ghadu zaghzugh meta dahal mal-Patrijiet ta' San Frangisk ta' Putirjal u fit-3 ta' Ottubru 1890 libes it-tonka Frangiskana. Studja l-filosofija u t-teologija f'Bagnoregio l-Italja u mbaghad fil-belt ta' Genova fejn kien ordnat sacerdot fit-8 ta' Dicembru 1898.

 

F'Marzu tas-sena 1906 il-Ministru General Padre Maestro Domenico Reuter tah il-permess biex imur l-Ingilterra u jwaqqaf mill-gdid il-Provincja Frangiskana Ingliza. Wara li wasal Dover, mar Londra u qaghad sena fid-dar ta' Colonel Sedley, Marquis of Taflia. F'dik is-sena l-Markiz u tifla tieghu Miss Ethel dahlu fil-Knisja Kattolika.

 

Sena wara, fl-okkazjoni tal-Kungress tal-Kattolici fl'Londra, Patri Bonaventura Sciberras iltaqa' ma' Mons. George Ambrosio Burton. L-Isqof wera interess li l-Frangiskani (Grey Friars) jergghu jidhlu l-Ingilterra u offra fill-Patri Sciberras il-Parrocca ta' St Joseph, Portishead. B'hekk l-Ordni tal-Frangiskani Konventwali rega' dahal l-Ingilterra wara kwazi erba' mitt sena. Patri Sciberras kien l-ewwel Superjur u Kappillan. Kien iddekorat bhala Kappillan Militari mill-Ezerctu Ingliz u mahtur ukoll Kavalier tal-Kuruna Taljana. Kien benefattur kbir tal-kunventi Frangiskani ta' Malta.

 

L-ahhar snin ta' hajtu ghaddiehom fil-komunità ta' Liverpool. Miet fit-3 ta' Ottubru 1948 fl-Isptar St. Camillo, fil-Belt ta' Suiburn Castle, Barrasford (Northumberland) fil-ghomor ta' 72 sena.

 

L-isbah tifkira ghal dak li wettaq Patri Bonaventura Sciberras insibuh f'silta li giet ippubblikata fil-famuz gurnal kattoliku "The Universe": "Ever since Fr. Bonaventure came to Rye, nearly twenty years ago and opened a Friary in a private house, things have changed. The small Catholic forces have grown, converts have come in, and Fr. Bonaventure has become a Leader of all good works in Rye and has brought the Catholic community with him into general esteem in the life of the ancient and famous little town". (The Universe, 5th July 1929).

 

: Patri minn Kartolina tad-"Daily Mail - Post Card War Picures". Fir-ritratt "The King at the Front" jidher Patri Bonaventura Sciberras (bin-nuccali) meta kien qieghed iservi bhala Kappillan Militari fi Franza matul l-Ewwel Gwerra Dinjija (1914-1918). Milqut minn bomba tal-gass, baqa' jbati hajtu kollha l-konsegwenzi. Kien dekorat b'midalja tad-deheb mill-Ezerctu Ingliz.

<<|werrej|>>


Mehud mir-Rivista Il-Habbâr ta' Sant'Antnin, nru. 7 - Gunju 2002, 9-10

Assisi 14.7.2003


Patri Bonaventura Sciberras

OFMConv 1876-1948

Patri Bonaventura  meta kien Kappillan Militari matul

l-Ewwel Gwerra Dinija.