|
L-Ordni Frangiskan f'Malta |
|
|
Il-Frangiskani Konventwali fi Zmien il-Francizi f'Malta (1798-1800) kitba ta' Fr Arthur Saliba OFMConv Il-Qaghda ta' Malta mal-wasla tal-Francizi Il-kuragg u l-qlubija tal-poplu Malti kontra dawk li riedu jkasbru l-libertà ta' dawn il-gzejjer huma miktubin b'ittri tad-deheb fl-Istorja ta' Malta. Franza kienet qieghda ssir potenza kbira fl-Ewropa. Fil-glieda ma' l-Ingilterra ghall-kontroll tal-Mediterran, iz-zaghzugh General Napuljun Bonaparti kien tefa' ghajnejh fuq Malta. Is-Sibt, 9 ta' Gunju 1798 il-flotta Franciza dehret riesqa lejn il-portijiet ta' Malta. Jumejn wara, il-General minn Corsica li kien fi triqtu lejn l-Egittu, bil-qerq hakem lill-gzejjer Maltin.
Il-Kavallieri ta' San Gwann, li kienu ilhom mitejn u tmienja u sittin sena padruni ta' Malta, offrew ftit rezistenza. Il-Gran Mastru Ferdinand Von Hompesch (1797-98) wera ruhu debboli. Kien imdawwar minn hafna Kavallieri Francizi, li minflok ma taw sehemhom biex jiddefendu kontra l-invazjoni, irrizulta li kienu komplici f'dan l-ingann. Napuljun kecca l-Ordni ta' San Gwann 'il barra minn Malta u fi zmien qasir art twelidna ghaddiet minn hafna taqlib.
Il-Francizi, ghall-ewwel, sabu appogg gmielu minn hafna Maltin. Il-poplu ta' dawn il-gzejjer haseb li sa jibda jgawdi l-helsien ipproklamat fir-Rivoluzzjoni Franciza. Imma tqarraq u malajr induna bl-izball. Ghalkemm il-Gvern Franciz ghamel xi ftit tal-gid, imma l-hafna ligijiet li bdew hergin naffru bil-kbir il-poplu Malti.
Quddiem ghajnejhom il-Maltin bdew jaraw ir-Religjon titkasbar u l-knejjes jinsterqu. Saru taxxi godda u twaqqaf ir-razzjon tal-gamh lill-familji foqra. Kien hawn nuwqas kbir ta' flus fl-idejn u, bil-ligi l-gdida fuq il-qbiela, il-bidwi xamm li ser jehdulu l-art. Il-familji li kellhom l-irgiel taghhom mehuda ghall-gwerra ma kenux qed jithallsu. Ma' kullimkien waqa' ghaks kbir. Il-poplu Malti ma felahx jissaporti iktar u fit-2 ta' Settembru 1798, b'kuragg kbira qam kontra min kien qieghed johnoqlu l-libertà u ta bidu ghal grajja ta' qlubija.
Fi zmien il-wasla tal-Francizi f'Malta, l-Frangiskani Konventwali kellhom tlett kunventi, immexxija mil-Patri Kummissarju li kien jiddependi mill-Provincjal ta' Sqallija. Il-Frangiskani Konventwali huma l-ewwel patrijiet li dahlu Malta u l-ewwel Knisja taghhom hija dik tar-Rabat, imsemmija ghal San Frangisk ta' Assisi. Inbniet fil-bidu tas-seklu erbatax u llum f'dan il-post il-Patrijiet Frangiskani ghandhom is-Santwarju tal-Madonna tas- Sahha. Lejn is-sena 1489 fethu l-kunvent ta' Ghawdex" . fl-1598 bnew dak tal-belt Valletta fit-triq ir-Repubblika ta' llum.
Napuljun u l-Kleru ta' Malta Fit-13 ta' Gunju 1798, Festa ta' Sant'Antnin ta' Padova, is-Superjuri kollha ta' l-Ordnijiet religjuzi f'Malta, flimkien ma' l-Isqof Vincenzo Labini u l-Kappillani tal-parrocci, kellhom laqgha ufficjali ma' Napuljun Bonaparti. Il-laqgha bdiet fid-9 ta' filghodu f'Palazzo Parisio, il-belt Valletta. Il-Kleru kien trattat bla ebda kordjalità u Napuljun wissa li jikkastiga fil-pront lil dawk li ma kinux lesti li jobdu l-ligijiet tal-gvern.
Fis-16 ta' Gunju, wara tlett ijiem biss mill-laqgha mal-Kleru, fil-kunvent ta' San Frangisk il-Belt, wasal ordni ffirmat minn Napuljun Bonaparti. Dan l-ordni kien indirizzat lill-kleru kollu ta' Malta u Ghawdex, imma dak li kien jolqot direttament lill-Ordnijiet Religjuzi jghid hekk:
Il-listi u certifikati kellhom jintbaghtu minnufih lill-Kummissjoni tal-Gvern. Ghal kull min jonqos li jaghmel dan, kien hemm piena ta' sitt xhur habs.
L-ordni tal-Gvern Franciz kontra l-Kleru kien bhal sajjetta fil-bnazzi. Hadd ma kien qieghed jistenna din l-imgieba min-naha tal-Gvern il-gdid. Patri Majjistru Bonaventura Chircop (1746-1810), Superjur tat-tliet kunventi tal-Frangiskani f'Malta, ha hsieb javza lill-patrijiet tieghu. Ftit wara, il-kummissjoni tal-Gvern Franciz permezz ta' digriet li jgib id-data tat-23 ta' Lulju 1798, iddecidiet li kellhom jinghalqu l-kunventi ta' San Frangisk tal-belt Valletta u ta' Ghawdex u l-patrijiet Frangiskani jingabru fil-kunvent tar-Rabat. Dan beda jsehh mill-ahhar gimgha ta' Lulju, 1798.
Serq tal-Fided tal-Knejjes It-Tnejn, 18 ta' Gunju 1798, il-Flotta Franciza telqet minn Malta lejn l-Egittu. Napuljun Bonaparti halla t-tmexxijja tal-Gzejjer Maltin f'idejn il-General Claude Henri Belgrand De Vaubois. F'Malta halla forza ta' ftit iktar minn hames t'elef suldat li mitejn minnhom intbaghtu Ghawdex.
Il-General Vaubois mill-ewwel sab ma wiccu hafna problemi. Beda jilmenta li Napuljun Bonaparti kien ha mieghu l-flus kollha li sab fil-Kaxxa ta' Malta. Is-suldati Francizi bdew iggergru li ma inatghux il-pagi. Huma kienu neqsin anki mill-hwejjeg u mill-armamenti ghall-kanuni. Kien hemm bzonn ukoll ta' hafna spejjez ghal manutenzjoni tal-fortifikazzjonijiet. Ghalhekk, il-General Vaubois ta ordni biex l-ispejjez ta' kuljum, jithallsu mill-fided tal-knejjes. Din il-fidda bdiet tiddewweb biex issir muniti tal-flus.
Il-Gvern Franciz mexa hazin mill-iktar mal-Maltin. Ordni iehor kien hareg fil-21 ta' Lulju, biex fakkar lir-religjuzi, li dak kollu li kien jinsab fil-kunventi, l-armar tal-knejjes u l-oggetti tas-sagristija, kellhom jibqghu fil-post. Il-patrijiet kellhom dritt jiehdu biss il-hwejjeg personali taghhom, u s-superjur kellu jaghti rendikont ta' dak kollu li kien jippossiedi l-kunvent. Is-Sagristija kellha tigi ssigillata. Ghal min jikser dan l-ardni kien hemm jistennieh l-eziljul.
Fit-23 ta' Lulju 1798, warq nofs in-nhar, stakkamem suldati, flimkien ma' zewg ufficjali Francizi u c-"cittadino' Caruson, dahlu bi prepotenza fit-kunvent ta' San Frangisk, fi "Rue Nationale" il-Belt. Bla telf ta' zmien ghajtu lis-Superjur u talbuh l-inventarju tal-kunvent Minnufih bdew jigbru l-fidda kollha. Wiehed mill-ufficjalnFrancizi beda jikteb f'registru kull oggett tal-fidda li jasal quddiemu, fil-waqt li xi rgiel tax-xoghol bdew jitfghu l-oggetti tal-fidda f'kaxxa kbira nnumerata 149 mal-genb u fuq il-ghatu. Haddiema ohra garrew ghal fuq il-karrettuni z-zewg ventaltari tal-fidda.
Il-ventaltari kienu saru fil-bidu tas-seklu tmintax u kienu jintuzaw fil-festa ta' San Frangisk. Dak ta' l-altar maggur kien sar mill-gbir li kien ghamel Fra Vittorii Vassallo u kien jizen 75 libbra, filwaqt li ta' Sant'Antnin ta' Padova hallas ghalih il-Patri Majjistru Dumink Portelli kien ta' 44 libbra. Dak in-nhar ittiehdet wkoll sassla tal-fidda u l-aspersorju taghha. Is-sassla u l-aspersorju ma tqeghdux fil-kaxxa mal-fidda l-ohra. Kien xoghol mill-iktar sabih ta' l-artigjanat u ttiehdu apparti.
Fis-27 ta' Lulju, il-Francizi daru ghall-kunvent ta' San Frangisk ta' Ghawdex. Min hemm, taht is-sorveljanza tac-"cittatdino" Mallia, ittiehdu zewg kaxxi mimlija fidda li kienu nnumerati bin-numri 101 u 102. Jidher li mill-Knisja ta' San Frangisk tar-Rabat ta' Malta, il-Francizi ma hadu xejn. Dan jistgha jigi konfermat mill-inventarji tal-kunvent.
L-Oggetti kollha twasslu fuq il-karrettuni fi "Strada Zecca", ghand Guzeppi LeBrun, l-istampier tal-gvern. Malli waslet il-fidda, id-direttur taz-zekka minnufih beda jnizzel kollox bil-miktub f'inventarju, u mbaghad wara li wizen il-materjal prezzjuz beda jdewweb il-fidda. LeBrun kellu ordni li minnha jaghmel il-flus. Dawn il-flus intbaghtu lil Henri Poussielgue, il-kaxxiera ta' l-Armata, biex bihom jithallsu s-suldati Francizi.
Il-Frangiskani Konventwali jintbaghtu r-Rabat Il-ligijiet tal-Francizi giebu maghhom hafna tahwid anki diffikultajiet. Ghalkemm kien hareg ordni li l-armar, tal-knejjes kellu jibqa' fil-post, fl-1 ta' Awissu 1798, Gwardjan ta' Ghawdex, Patri Majjistru Mikelang Axisa (1764-1847), talab lill-Kummissjoni tal-Gvern il-permess biex jinghata iktar zmien, sakemm ikun jista' jgorr lejn ir-Rabat ta' Malta xi hwejjeg sagri, fosthom l-istatwa ta' Sant'Antnin, il-kwadri tal-Via Sagra, tliet kwadri tal-Madonna, u l-istatwa artistika ta' San Sidor.
Is-Superjur tal-Frangiskani Konventwali sab ma' wiccu diffikultà kbira. Ma kienx jaf kif sa jagbad igieghed kunvent wiehed 'il-patrijiet kollha. Il-kunvent tar-Rabat kien zghir wisq u ma kellux numru bizzejjed ta' kmarar biex jilqa' fih il-patrijiet kollha. Ghalhekk, Patri Chircop kiteb lill-Kummissjoni tal-Gvern biex jara x'se jaghmel Billi l-patrijiet Agostinjani tar-Rabat kienu digà hargu mill-kunvent taghhom u telqu lejn Ghawdex, il-Gvern Franciz iddecieda li l-Frangiskani jintbaghtu hemm. Ghalhekk, Lawrenz Pullicino, li kien responsabbli mill-municipalità tar-Rabat, ghadda c-cwievet tal-kunvent ta' Santu Wistin lill-patrijiet ta' San Frangisk.
Il-Patrijiet Frangiskani wehidhom fil-Kampanja Kienu madwar erbghin, ir-religjuzi Frangiskani dahlu biex jghammru fil-kunvent ta' Santu Wistin tar-Rabat. Ghaddew 200 sena minn dawn il-grajjiet u patrijiet anzjani ta' San Frangisk t'Assisi jirrakuntaw fil-kunvent ta' l-Agostinjani kien miet patri taghhom. Kien jismu Patri Bonaventura Mifsud u miet fl-20 ta' Novembru 1798. Kellu 29 sena u gie midfun fil-knisja ta' San Mark.
Fit-2 ta' Settembru 1798 meta bdiet ir-rewwixta tal-Maltin kontra l-Francizi. Il-Frangiskani Konventwali kienu fil-kampanja, 'il barra mill-Belt. Kien l-uniku Ordni Religjuz prezenti fir-Rabat. L-Agostinjani kienu jinsa Ghawdex; id-Dumnikani, il-Frangiskani Minuri (ta' Giezu), il-Kapuccini u l-Karmelitani kien 'il gewwa mis-swar tal-belt Valletta, filwaqt li t-Terezjani kienu fil-kunvent taghhom ta' Bormla.
Dak in-nhar li beda l-irvell, il-patrijiet Frangiskani Konventwali kienu jinsabu jghammru fil-kunvent ta' Agostinjani fir-Rabat. Kien il-Hadd filghaxija u l-patrijiet Frangiskani nizlu fil-knisja ta' San Mark biex flimkien mal-poplu jiccelebraw l-festa tal-Madonna tac-Cintura. F'hin minnhom dak in-nhar stess, it-truppi Francizi bdew jisparaw minn fuq il-hitan ta' l-Imdina, fid-direzzjoni tal-knisja ta' San Mark. Xi nies li kienu migbura f'dawk l-inhawi, helsuha hafif. Il-faccata u l-bieb tal-knisja, intlaqtu minn hafna tiri. B'xorta tajba hadd ma wegga'.
Sakemm is-suldati Maltin dahlu u rebhu l-Belt il-Qadima, il-bieb principali tal-Knisja ta' San Mark inzamm maghluq. Il-patrijiet ta' San Frangisk segwew mill-grib l-avvenimenti li kienu qeghdin jigru fir-Rabat u l-Imdina. Fost il-patrijiet Frangiskani Konventwali kien hemm minn ta sehem bhala Kappillan Militari fl-organizzazzjoni tal-battaljuni.
Tinfetah mill-gdid il-Knisja ta' San Frangisk tal-Belt Madankollu, il-knisja ta' San Frangisk tal-Belt, ftit wara li telqu l-patrijiet lejn ir-Rabat, kienet regghet infethet ghas-servizz spiritwali tal-pubbliku. Il-permess inghata mill-General Vaubois fis-17 ta' Novembru 1798 u ta lura dak kollu li kien mehtieg ghall-funzjonijiet minbarra l-fidda.
Il-fratelli ta' l-Immakulata Kuncizzjoni hadu hsieb jsir is-servizz liturgiku. L-isqof Labini kien qieghed responsabbli u kuraturi ghall-knisja, lill-fratelli Fortunato Vella u Felic Gambino flimkien ma' Dun Wig Pace. Dak in-nhar tal-ftuh filghodu tkanta t-Te Deum fost ferh kbir tal-poplu. Bdew isiru l-funzjonijiet kollha u l-knisja kienet deljem mimlija bin-nies.
Fl-4 ta' Dicembru, fil-knisja ta' San Frangisk tal-Belt Valletta, kien sar il-funeral u d-difna ta' Mons. Gejtanu Grech li kien vigarju tad-djocesi ta' Malta meta l-isqof Giovanni Pellerano (1770-1780) kien gie obbligat jitlaq lejn Ruma.
Kavallieri u Kapuccini fil-Kunvent tal-Frangiskani Fis-6 ta' Settembru, 1798 il-kunvent ta' San Frangisk tal-Belt Valletta beda jintuza bhala habs. L-ewwel li tqieghdu fil-kmamat ta' dan il-kunvent kienu xi Kavallier ta' l-Ordni ta' San Gwann li kienu ghadhom jghixu f'Malta. Il-bicca l-kbira kienu xjuh u morda. Billi kienet bdiet ir-rewwixta tal-Maltin, il-Francizi kienu qeghdin jibzghu li dawn il-Kavallieri setghu ikunu ta' periklu u jmexxu lill-Maltin kontra taghhom. Huma kienu kontinwament bil-ghassa maghhom u bla ebda libertà.
Fost il-Kavallieri internati fil-kunvent tal-Frangiskani il-Belt kien hemm il-Balliju Clugny li, fi zmien l-Ordni ta' San Gwanri kien l-amministratur tal-Monte di Pietà. Il-Francizi riedu jehilsu minnhom, ghalhekk fit-22 ta' Settembru tefghahom fuq xini u keccewhom minn Malta.
Wara t-tluq ta' l-ahhar Kavallieri minn Malta, il- kunvent ta' San Frangisk ta' putirjal ma damx wisq vojt. Billi il-Francizi kienu poggew sitt kanuni u xi busijiet fuq is-sur tal-Kapuccini tal-Furjana, il-patrijiet bdew jibzghu li sa jigi taht il-mira tas-suldati Maltin, akkampati fuq Kordin. Ghalhekk, il-Kapuccini talbu lill-General Vaubois biex jigu evakwati u jmorru f'xi post fejn ikunu ghal kenn u boghod mill-periklu.
Il-General Franciz tahom il-permess mehtieg u fl-10 ta' Ottubru 1798 dahlu jghammru fil-kunvent ta' San Frangisk tal-Belt. Tahom ordni li ma jiehdu xejn maghhom hlief il-hwejjeg personali taghhom. Hemm qaghdu matul l-Imblokk. B'xorti tajba l-kunvent tal-Kapuccuu ma gratlu l-ebda hsara. Wara t-tluq tal-Francizi, kull Ordni Religjuz raga' mar lura fil-kunventi tieghu.
Il-Francizi jarrestaw il-Gwardjan ta' Ghawdex Incident kurjuz gara fl-4 ta' Settembru 1798, jumejn wara li bdiet ir-rewwixxta tal-Maltin. Dak in-nhar, gie arrestat, Patri Mikelang Axisa, Gwardjan ta' San Frangisk ta' Ghawdex. Dan il-patri, li kien internat fil-kunvent tar-Rabat ta' Malta, ghamel il-hsieb li jmur Ghawdex. Jinghad li kellu messagg importanti xi jwassal. Mar bl-iskuza li jara fl'liema stat kien jinsab il-kunvent tieghu li kien thalla abbandunat. Filwaqt li kien qed jaqsam fuq dghajsa lejn Ghawdex, waga' f'idejn is-suldati Francizi, arrestawh, u tqieghed fil-habs.
L-ghada filghodu ngieb il-Belt u ttiehed fil-Kastellanija fi triq il-Merkanti. Dakinhar stess, il-Francizi arrestaw ukoll fratell religjuz ta' San Duminku, li fuqu kellu mohbija dokumenti sigrieti. Id-Dumnikan gie ffucillat fil-misrah tal-palazz il-Belt! Patri Axisa kien imgharbel bis-shih minn kummissjoni militari, izda, billi ma sabulu xejn fuqu li seta' jgib xi suspett, fis-6 ta' Settembru wara twissija, inheles.
L-Agostinjani lura minn Ghawdex Meta bdiet ir-rewwixta tal-Maltin u t-truppi Franciz: ssakru wara s-swar tal-Belt Valletta, il-patrijiet Agostinjani, bir-ragun kollu, gew jigru minn Ghawdex fejn kienu nternati, biex jiehdu lura l-kunvent u l-knisja ta' Sar Mark. Patri Gannbattista Pace minn Hal Luqa, Gwardjan tal-kunvent ta' San Frangisk tar-Rabat tkellem fil-kamra tad-Deputati u spjega li kien difficcli li zewg komunitajiet ta' regola diversa jghix pacifikament flimkien. Hu zied jghid li, billi fil-kunvent tieghu, kienu tqieghdu xi habsin, il-post kien jinsab f'sitwazzjoni mill-iktar hazina u moqziza; hadd ma sata' jghix f'dawk il-kondizzjonijiet.
Sadattant, Patri Pietru Laferla ta' l-Agostinjani, fit-23 ta' Dicembru 1798, ghamel rikors iehor biex jiehu lura kunvent ta' Santu Wistin. Din id-darba, ir-rikors sar quddiem il-Kanonku Mikelang Dimech, Pro Vigarju Delegat ta' l-Isqof Labini. Il-Kanonku Dimech ikkonfenrma dak li gie deciz mid-deputati. Il-prlgunieri li kienu qed jinzammu fil-Kunvent ta' San Frangisk tar-Rabat kellhom jittiehdu f'post iehor, u wara li jitnaddaf il-kunvent u jsir dak li jkun mehtieg, kull Ordni religjuz kellu jirritorna fil-kunvent tieghu. Taw ukoll ordni biex, sakemm jispicca l-imblokk, l-Agostinjani jhallu xi kmamar fejn il-Patrijiet Frangiskani setghu jzommu l-affarijiet tas-sagristija tal-Belt.
Sa kemm spicca l-imblokk kontra l-Francizi, x'uhud mill-patrijiet ta' San Frangisk baqghu jghammru fil-kunvent ta' l-Agostinjani. Fosthom kien hemm il-kjercu student Fra Frangisk Ellul OFMconv li kien ghadu kif wasal Malta. dan l-istudent kien qieghed jistudja fil-Marche, meta l-Gvern Franciz fl-Italja, kien keccieh u baghtu lejn pajjizu. Il-Kors tat-teologija komplieh fil-kunvent ta' san Frangisk tal-Belt Valletta. Fra Ellul kien ordnat sacerdot fl-1802.
Patri Mikelang Axisa u l-komunità tieghu regghu lura lejn Ghawdex. Patrijiet ohrajn li kienu morda marru joqoghdu ma' nieshom, kif ghamel Patri Mettew Fenech li nizel f'dar hutu f'Hal Balzan.
Il-Hajja fl-inhawi ta' San Frangisk fir-Rabat matul ir-rewwixta Il-patrijiet tar-Rabat irritornaw fil-kunvent ta' San Frangisk fejn l-isptar ta' Santu Spirtu. In-nies ta' maddawra tal-knisja ferhu li regghu raw lura fosthom il- patrijiet Frangiskani. Ghal xi zmien bejn Settembru u Dicembru 1798, il-knisja ta' San Frangisk kienet qieghed tintuza bhala sptar u tqieghdu xi sodod. Mal-wasla tal-patrijiet, il-knisja regghet infethet mill-gdid ghall-pubbliku fost il-ferh ta' kulhadd. Il-kunvent, wara li tbattal mill-habsin, gie mnaddaf, imbajjad, u kien addattat biex jilqa' lura fih il-patrijiet. Minbarra t-tindif tal-kunvent, il-Korp Municipali ta' l-Università ha hsieb jaghmel xi xoghol ta' manutenzjoni fit-triq ta' quddiem il-knisja.
Matul dan iz-zmien difficli, il-kunvent ta' San Frangisk tar-Rabat ma setax imantni u jzomm numru kbir ta' religjuzi. Ghalhekk, fil-11 ta' Dicembru 1798, is-Superjur tal-Frangiskani Konventwali ssellef mitt skud minghand Guzeppi Grima biex ikun jista' jzomm il-patrijiet. Dan is-self gie moghti lura fis-7 ta' Ottubru 1799. Jidher li l-patrijiet accettaw li jzommu maghhom xi qassisin fil-bzonn minn fost il-kleru djocesan. Fis-17 ta' Mejju 1799 miet fil-kunvent ta' San Frangisk tar-Rabat Dun Pawl Schembri min-Naxxar.
Sehem li taw il-Frangiskani matul ir-rewwixta Matul dan iz-zmien li fih il-Maltin kienu qeghdin jithabtu biex ikeccu lill-Francizi 'l barra minn dawn il-gzejjer, Patri Majjistru Guzepp Micallef (1746-1819), Frangiskan Konventwal, kien Kappillan Militari tal-battaljun ta' Birkirkara. Dan il-battaljun, taht it-tmexxija ta' Vincenzo Borg "Brared", kien ta' sehem kbir fid-difiza ta' Malta kontra l-gawwiet ta' Napuljun. Il-battaljun kien kompost minn bdiewa u rahhala. 484 suldat kienu minn Birkirkara u 84 suldat mill-Mosta. L-Infanterija kellha 14-il Ufficjal, 32 surgent, 30 kapural u 325 suldat. Filwaqt li l-Artillerija kellha 8 Ufficjali, 17-il surgent, 14-il kapural u 83 suldati. Dawn is-suldati kienu jghassu fuq il-Fortizza Manoel u Tigne.
Il-Battaljun ta' Birkirkara: Kmandant tal-Battaljun - Vincenzo Borg (Brared). Vici Kmandant - Leopold Bernard Maggur tal-Kamp - Francesco Borg Adjutant - Francesco Pace L-Ewwel Ufficjal - Vincenzo Calleja It-Tieni Ufficjal - Giovanni Maria Pace L-ewwel Skrivan - Giuseppe Onofrio It-Tieni Skrivan - Fortunato Micallef Tabib - Vincenzo Casha Kappillan Militari - P Giuseppe Micallef OFMConv.
Fid-9 ta' Frar 1799, il-Kaptan Alexander Ball gie mahtur President ta' l-Asseblea Nazzjonali. Minn dak in-nhar kull rahal kellu rapprezentant u kienu jissejhu membri tal-Kungress li bdew imexxi l-gzejjer Maltin. Fuq xewqa ta' Alexander Ball, dak li qabel kien l-Assemblea Nazzjonali issa bedt jissejjah il-Kungress Nazzjonali. Il-laqghat kienu jsiru fil-Palazz ta' San Anton.
Matul l-Lmblokk kontra l-Francizi, kien hemm ukoll mumenti difficcli u ta' qtigh il-qalb. Il-pjan erojku ta' Dun Mikiel Xerti u Guglielmo Lorenzi biex jahsdu l-Francizi u jifthu l-Bleb tal-Belt biex jidhlu s-suldati Maltin, kien falla. Ghal Vincenzo Borg il-pjan kien spicca fi tracedja billi kien tielef hafna suldati mill-battaljun tieghu. Wara l-mewt ta' hafna minn shabhom, il-moral tas-suldati Maltin kien baxx.
Patri Majjistru Guzepp Micallef OFMConv. kien dejjem vicin ta' Vincenzo Borg biex jaghmillu kuragg u jqawwi l-moral tat-truppi Maltin. Il-kwartier generali tal-kamp kien ir-razzett Ta' Xindi fuq il-gholja ta' Gharghar, bejn Birkirkara u San Giljan, fil-limita ta' l-Imsierah. Il-post hu dak li llum insejhulu San Gwann. Fuq dan il-kwartier, fis-17 ta' Frar 1799, perpret ghall-ewwel darba l-bandiera Ingliza. Dan sar kollu b'inizjativa ta' Vincenzo Borg.
Frangiskan iehor, Patri Majjistru Gannbattista Pace (1755-1832) kien attiv fil-laqghat importanti li kienu qeghdin isiru biex Malta tigi mehlusa darba ghal dejjem mill-hakma tal-Francizi. F'Ghawdex Patri Reginald Speranza OFMConv. (1750-1818), ghal xi zmien wera simpatija lejn il-Kavallieri ta' San Gwann biex dawn jirritornaw Malta. Hu kien fost dawk li ha sehem fil-laqghat ta' Ghawdex.
Matul zmien l-imblokk, il-patrijiet Frangiskani Konventwali taw servizz spiritwali fl-isptarijiet. Malta kienet ghaddejja minn tbatija kbira ta' guh u mard. Hafna kienu l-Maltin li kienu fi stat mill-aktar mizeru, specjaòment ir-refugjati li kienu hargu mill-Belt. Ghalhekk, twaqqfu hafna sptarijiet ta' emergenza mxerrdin mal-gzira. Billi hafna mill-morda kienu rikoverati fil-kunvent ta' san Duminku tar-Rabat l-Ordnijiet religjuzi gew mitluba joffru servizz fit-tmiem ta' kull gimgha, mis-Sibt sal-Hadd, kienu jassistu fill-morda spiritwalment.
Rebha tal-poplu Malti bi prezz gholi L-imblokk tal-Francizi fil-belt Valletta dam sentejn. Il-General Kmandant Claude-Henri Vaubois u l-qawwiet Francizi raw li ma kellhomx triq ohra ghajr li jaccettaw il-kondizzjonijiet tal-kapitulazzjoni. Wara li cedew, telqu minn Malta fit-8 ta' Settembru 1800, jum il-Vittorja u l-Festa ta' Marija Bambina. Din id-data ghal darb'ohra intrabtet ma' l-istorja ta' Malta. Alexander Ball u l-Maltin dahlu rebbieha fil-Belt Kapitali u dak in-nhar stess l-isqof Labini intona t-Te Deum tar-rebha fil-Konkatidral ta' San Gwann.
Kien jum ta' rebha kbira ghal Malta. Issa kien imiss li kollox jerga jigi ghan-normal. Ma kenitx haga facli. Il-fagar u l-mizerja kienu jidhru kullimkien. Minhabba l- gwerra, il-mard tal-malarja u t-tifu, l-ghaks u l-guh, fil-gzejjer Maltin kienu mietu madwar ghoxrin elf ruh minn popolazzjoni ta' mitt elf. Dan jidher ukoll mill-imwiet li garrbet il-familja Maltija tal-Frangiskani. Matul l-imblokk, minhabba l-mard li jittiehed, il-faqar, l-ghaks u l-guh li kien hawn, il-Frangiskani Konventwali tilfu tmien patrijiet.
Matul l-imblokk kontra l-Francizi, Patri Gannbattista Pace, Gwardjan ta' San Frangisk tar-Rabat, telaq lejn Sqallija biex jaghmel vizta ta' malajr lill-Ministru Provincjal. Malli wasal Naro, spjega lis-superjuri tieghu, s-sitwazzjoni kerha li fiha kienu jinsabu l-kunventi ta' Malta. Fl-ahhar xhur kienu mietu erba' patrijiet mill-komunita tieghu tar-Rabat. Il-Ministru Provincjal ta' Sqallija, Patri Antonio Re OFMConv., wara li sama' b'gurament kif kienet is-sitwazzjoni, ta' permess specjali lil Patri Pace biex, minbarra li jkun Superjur tal-Kunvent, jiehu hsieb ukoll l-amministrazzjoni tal-prokura. Dan gie irregistrat fil-kunvent ta' Naro, fl-4 ta' Mejju 1799.
Il-patrjiet ta' San Frangisk irritornaw fil-kunvent tal-belt Valletta fil-bidu ta' Settembru 1800 fost il-ferh ta' dawk kollha li kienu midhla tal-Frangiskani. Meta l-hajja komunitarija tal-patrijiet regghet giet ghan-normal, il-Ministru Provincjal ta' Sqallija baghat ittra lill-Patrijiet Frangiskani Maltin biex jurihom d-dritt ta' Superjur li kellu fuq il-kunventi ta' Malta.
Mill-banda l-ohra l-Kummissarju Rjali Ingliz, Charles Cameron, biex iserrah ras il-kleru u l-poplu, li l-Ingilterra kienet se tirrispetta l-awtorita Ekklesjastika ta' Ruma u ta' Malta, baghat lill-patrijiet ta' dawn il-gzejjer, kopja ta' l-ittra mibghutha lill-Isqof Vincenzo Labini.
Bhala wirja ta' fidi u ringrazzjament lil Alla tar-rebha glorjuza li kisbet Malta, il-Frangiskani Konventwali u l-Fratellanza talbu biex jaghmlu purcissjoni nazzjonali nhar it-8 ta' Dicembru 1800, festa ta' l-Immakulata. L-Isqof Labini approva mill-ewwel dan il-hsieb qaddis b'digriet mill-Kurja tat-28 ta' Novembru 1800. Dak in-nhar il-poplu Malti mar bi hgaru lejn il-Belt biex juri il-qima li kellu lejn il-Madonna. Il-purcissjoni harget mill-knisja ta' San Frangisk tal-belt Valletta u baqghet sejra sal-knisja ta' Sarria, il-Furjana. Fiha hadu sehem l-Ordnijiet religjuzi kollha flimkien mal-Fratellanzi kollha tal-Belt. Ghal darb'ohra, il-poplu Malti bis-sahha tal-fidi hareg rebbieh fuq dawk li riedu johonqu l-libertà religjuza.
Mehud mill-ktieb ta' Patri Arthur Saliba, Zmien il-Francizi f'Malta u l-Frangiskani Konventwali (1798-1800), Religjon u Hajja, Storja 29, Malta 2002. Assisi 8.5.2003 |
Zmien
il-Francizi f'Malta u
l-Frangiskani Konventwali
1798-1800
Patri Bonaventura Chircop Kien Superjur tal-Frangiskani Konventwali fiz-zmien il-wasla tal-Francizi f'Malta
Napuljun halla t-tmexxijja tal-Gzejjer Maltin f'idejn il-General Claude Henri Belgrand De Vaubois
|
|