|
L-Ordni Frangiskan f'Malta |
|
|
Frangiskani Maltin - profili kitba ta' Dun Guzepp Grech Cremona Patri Bartilmew Stellini OFMConv 1590-1657 Hi haga xierqa li fost tant ulied kbar ta' San Frangisk, insemmu xi Maltin bhalna. Difatti minn meta gew fostna l-ewwel Frangiskani fil-kunvent ta' San Frangisk tar-Rabat ta' Malta, zgur gabel is-sena 1370, sal-granet taghna il-Frangiskani hadmu kemm felhu sew fil-gzejjer taghna, sew f'artijiet ohra, specjalment fl-artijiet tal-missjoni.
Fost Missjunarji Frangiskani Maltin tal-qedem jispikka Patri Bartilmew Stellini mir-Rabat ta' Malta. Nafu li twieled it-Rabat fis-sena 1590, u dahal mal-Minuri Konventwali tal-kunvent t'hemm. Fil-1621, kien baccillier tal-kunvent ta' San Frangisk tal-belt Valletta. Il-General ta' l-Ordni, Padre Giacamo Montanari tah il-fakulta tal-qrar u ta' predikatur sa mill-1612, u wara sar ukoll predikatur pubbliku. Kien Gwardjan tar-Rabat, u wara tal-Belt Valletta. Kien habib tal-Kardinal Lorenzo Brancati tal-Minuri Konventwali, Fit-1641 gie maghzul Prefett Appostolku tal-missjoni gdida li l-Konventwali fethu fil-Mesopotamja. Hames snin wara, Mons. Stellini kiteb lill-Papa Innocenz X li certu Isqaf tal-Kaldej, jismu Xmun Pietru, li kien nestorjan, xtaq isir Kattolku. Anki dan l-lsgof tal-Kaldej kiteb lil-Papa, u fahhar hafna l-hidma kbira ta' Patri Stellini. Ma' Patri Stellini kien hemm, fl-istess missjoni, patri Malti iehor Patri Anton Harlet, li kien jitkellem tajjeb ferm bit-Tork u bil-Gharbi. FI-1650, P. Stellini mar l-Italja biex jaghti r-rapport tal-hdma tal-missjoni, u jiehu xi decizjonijiet godda. Imma fil-1653 kien mill-gdid fil-Mesopotamja. Fil-1657 kien ghadu hemm zgur. Aktarx li miet fil-Mesopotamja fit-1657 jew ftit wara. L-istorici Maltin ,kollha jfahhru hafna l-hajja qaddisa u l-hidma appostolka ta' Patri Stellini. U anki xi storici stranjieri bhal Patri Benoffi tal-Minuri Koventwali, u Patri Anton minn Venezja tal-Minuri Riformati. Ma' Patri Stellini u ma' Patri Harlet hadem ukoll Patri Pawl Bonnici, li ghalkemm Malti kien tal-Provincja ta' Sqalaija.
Il-missjunarji Frangiskani Maltin, kemm Konventwali kemm Kappuccini u kemm Minuri nistghu nghidu li ma jinghaddux. Insemmu biss li, wara 400 sena li giet soppressa mir-riforma Protestanta l-Provincja Ingliza tal-Minuri Konventwali (1224-1538), regghet ixxettlet daqs mitt sena ilu mill-Malti Patri Bonaventura Sciberras. Insemmu I-hidma kbira tal-Kappuccini Maltin fl-Indja u fl-Abbissinja; insemmu x-xoghol ta' tant missjunarji Minuri Osservanti Maltin fit-Terra Santa u bnadi ohra. Hi haga ghal kollox certa li S. Frangisk jista' jghid li uliedu il-Maltin, patrijiet u sorijiet, hadmu mhux inqas minn uliedu ta' pajjizi ohra fil-kamp qaddis tal-missjonijiet.
Fra Diegu Bonanno OFM 1831-1902 Anki fost il-Frangiskani Maltin insibu diversi ajkijiet qaddisin - ghad li m'humiex kanonizzati - li ghamlu gid kbir bil-hajja ezemplari u karitattiva taghhom. Fosthom xtaqt insemmi tnejn biss, wiehed minn Malta u l-iehor minn Ghawdex, jigifieri lil Fra Diegu Bonanno, tal-Fragiskani Minuri u Fra Baskal minn Ghawdex tal-Kappuccini.
Fra Diegu kien jismu Gakkinu u twieled il-belt Valletta fil-21 ta' Marzu 1831. Imma kienu jsejhulu Guliermu - li kien it-tielet isem tal-maghmudija. Kien devot tal-Madonna tal-Karmnu u ta' San Frangisk u fil-1852 sar Terzjarju Frangiskan fil-Knisja ta' Giezu tal-Belt. Sa dan it-tant kien lavrant ma' wiehed hajjat fil-Belt imma fl-1856 dahal ajk frangiskan fl-istess knisja ta' Giezu tal-Belt. Ghall-ewwel ismu ma bidluhulux, imma wara semmewh Fra Diegu ghall-qaddis ajk frangiskan spanjol, San Diegu ta' Alcala. Mibghut mis-superjuri ghall-gbir, irnexxielu jaghmel kuntatt mal-poplu. L-ewwel ma hadem kien biex iregga' lura ghat triq it-tajba certi xebbiet li kienu qabdu hajja hazina. Ghal dawn akkwista dar f'Bormla, imbagbad Rahal Gdid u wara Hal Balzan. Iktar tard kera dar kbira f'Birkirkara, u fl-ahharnett il-Hamrun. Ghenitu hafna ohtu Giovanna u zewgha Pawlu Marmara; dawn flimkien ma' xi ltiema ta' l-istitut saru terzjarji Frangiskani fil-Kappella. FI-Istitut tieghu, Fra Diegu kellu ghadd kbir ta' tfal foqra u ltiema minn kull rokna ta' Malta. Imma anki din id-dar sfat ckejkna ghall-ghadd tat-tfal. Kienet it-tjieba u l-generozità kbira tal-Markiz Guzepp Scicluna li bniet l-istitut kbir u sabieh ta' llum. Ix-xoghol beda fil-1899, fuq pjanta tal-Perit Lupi u ntemm fit-1905 - wara il-mewt ta' Fra Diegu.
Bniedem ta' hidma kbira, Fra Diegu kien ukoll bniedem ta' umiltà, ta' ubbidjenza, ta' cahda, ta' skiet u fuq kollox ta' talb. U kien verament il-mahbub t'Alla u tal-bniedem, imfahhar mis-superjuri, mill-General ta' l-Ordni, u mill-Papa Ljun XIII innifsu, hu kien ukoll stmat hafna mill-awtoritajiet civili, bhall-Gvernaturi Fremantle u Grenfell, u sahansitra mid-Duka ta' Edinburgh u mill-Princep ta' Wales, li wara sar Re ta' l-Ingilterra: ir-Re Gorg V.
Fra Diegu miet ta' 71 sena fil-14 ta' Mejju 1902, fl-istitut tal-Hamrun, u wara li sarulu funerali mill-aqwa fil-Belt gie midfun fil-Knisja ta' Giezu tar-Rabat, Il-monument tieghu fil-Hamrun sar fil-1932.
Fra Baskal minn Ghawdex OFMCap 1862-1937 Kien jismu Salvu Farrugia u twieled iz-zebbug ta' Ghawdex fil-10 ta' Frar 1862. Kien ir-raba' minn 13 ahwa. Huh Frangisk ukoll sar ajk Kappuccin bl-isem ta' Fra Dumink. Baskal libes ic-coqqa ta' Kappuccin fil-24 ta' Dicembru 1890, fil-kunvent ta' Ghawdex. Wara xi zmien fil-kunvent ta' Santa Liberata fil-Kalkara, baghtuh mill-gdid Ghawdex fejn tista' tghid baqa' hajtu kollha. Biss mill-1921 sal-1924 kien fil-kunvent tal-Furjana jiehu hsieb il-Kappella tal-Madonna ta' Lourdes. Barra milli qeda bl-ikbar reqqa id-dmirijiet ta' nfermier u ta' sagristan, Fra Baskal kien ukoll ajk tal-qbir.
Bniedem ta' fidi kbira, bhall-qaddis protettur tieghu San Baskal Baylon ajk Frangiskan huwa wkoll. Fra Baskal kien il-veru devot ta' Gesu Sagramentat. Kien ghadu sekular meta kien jisma il-quddies ta' kuljum, u bhala religjuz din id-devozzjoni kibret hafna fih, tant li kien jisma' quddies kemm jista'. U kien attent, biex ma nghidux fitt, li l-lampa quddiem Gesu Sagramentat ma tintefa' qatt, u gieli nizel bil-lejl jara hix tixghel. Fiz-zmien liberu tieghu kollu kien jghaddih quddiem it-tabernaklu. Kien ukoll bniedem ta' tama, fil-faqar u fit-tbatijiet kollha, u ottimismu ghall-ahhor. Ghaliex? Ghax hsiebu ma kienx hawn f'din l-art imma fis-sema.
Kien fuq kollox bniedem ta' karità: jigifieri mhabba bla tarf lejn Alla l-ewwel, imbaghad fejn il-proxxmu, l-iktar lejn il-foqra u lejn il-morda. U lill-foqra kien ighinhom kemm jista' jkun, u gieli tahom hwejgu stess u baqa' nieqes hu. Kien bniedem mortifikat hafna, specjalment fl-ikel u x-xorb. U kien mortifikat f'kollox. Accetta bl-ikbar rassenjazzjoni l-mewt ta' missieru, t'ommu, u ta' huh Fra Dumink. Anzi ferah li kienu marru jgawdu 'l Alla. U kien bniedem ta' ubbidjenza l-aktar rigoruza. Qatt ma nafu li naqas mir-regola jew mill-ubbidjenza lejn xi ordni tas-superjuri. U kien mudell haj tal -virtù tal-faqar lfqar milli ghex ma setax ighix.
Fl-ahharnett ma nhallux barra d-devozzjovi lejn l-Madonna: li fis-Santwarju taghha ghal tant- snin ghex u hadem. Kien kwazi l-hin kollu jitlob u jghid Ruzarju, u meta jitkellem, malajr kliemu jaqa' fuq il-Madonna li tant kien ihobb.
Fra Baskal minn Ghawdex miet fit-18 ta' Mejju 1937, f'jum il-festa ta' San Felic minn Kantalice, ajk Kappuccin bhalu: tlett gimghat biss wara huh Fra Dumink, meta kellu 75 sena. Fil-funeral tieghu kien akkumpanjat mini folla kbira ta' nies. Il-fdal tieghu jinsab fil-Kripta taht il-Knisja tat-Kappuccini t'Ghawdex, fejn fis-6 t'April 1953 saret ir-rikonjizzjoni tal-gisem tieghu, quddiem l-Isqof Guzeppi Pace ta' Ghawdex u l-Provincjal tal-Kapuccini. li-Knisja tgharrfu ufficjalment blala "Qaddej t'Alla". |werrej|►►Taghrif migbur minn Dun Guzepp Grech Cremona, Frangiskani li qatt ma jintesew f’Kittieba Diversi, L-Ordni Frangiskan fid-dinja u f’Malta, Religjon u Hajja, Storja 6, Malta 1976. |
Patri Bartilmew Stellini OFMConv 1590-1657
Fra Diego Bonanno OFM 1831-1902
Fra Baskal Farrugia OFMCap 1862-1937
|
|