L-Ordni Frangiskan Sekulari (OFS)

 

◄◄|werrej|►►


Regola ta' l-Ordni Frangiskan Sekulari (OFS)



Dahla

Theggig u Twiddib ta' San Frangisk

lill-Ahwa tal-Penitenza, irgiel u nisa


F'Isem il-Mulej!

             

Dwar dawk li jaghmlu penitenza

 

1. Dawk kollha li jhobbu 'l-Mulej b'qalbhom kollha, b'ruhhom kollha u b'mohhhom kollu, u bis-sahha kollha taghhom (Mk 12:30), u li jhobbu lil ghajrhom bhalhom infushom (Mt 22:39), 2. u joboghdu lil gisimhom bil-vizzji u d-dnubiet, 3. u jircievu il-Gisem u d-Demm ta' Sidna Gesu' Kristu, 4. u jaghmlu frott xierqa ta' penitenza:

 

5. O kemm hienja u mbierka huma l-irgiel u nisa meta jaghmlu dawn l­affarijiet u jikomplu jaghmluhom. 6. Ghax l-Ispirtu tal-Mulej jistrieh fuqhom (Is 11:2), u Hu jwaqqaf daru u jghammar fihom (Gw 14:23). 7. Huma wlied il-Missier tas-smewwiet (Mt 5:45), li jaghmlu l-eghmejjel tieghu, u huma aghrajjes, ahwa u ommijiet tal-Mulej taghna Gesù Kristu (Mt 12:50).

 

8. Ahna aghrajjes, meta r-ruh fidila tinghaqad mal-Mulej taghna Gesù Kristu bl-­Ispirtu s-Santu. 9. Ahna hutu, meta naghmlu r-rieda tal-Missier li qieghed fis-smewwiet (Mt 12:50). 10. Ahna ommijiet, meta ngorruh f'qalbna u f'gisimna (1Kor 6:20) permezz ta' mhabba divina u kuxjenza safja u sinciera u meta nwellduh bl-eghmejjel qaddisa taghna, li ghandhom jiddu quddiem l-ohrajn bhala ezempju (Mt 5:16).

 

11. O kemm hi haga glorjuza, kemm hi qaddisa u kbira li jkollok Missier fis-smewwiet! 12. O kemm hi haga qaddisa, ta’ farag, sabiha u ta' l-ghageb li jkollok Gharus!  13. O kemm hi haga qaddisa u ta' min ihobbha, maghguba, umli, ta’ sliem, helwa, ta' min jghozza u ta' min jixtieqa fuq kollox li ikollok Huk u Iben bhal dan, il-Mulej taghna Gesù Kristu, li ta hajtu ghan-naghag tieghu (Gw 10:15), u talab lill-Missier u qal:

 

14. Missier qaddis, harishom f'ismek (Gw 17:11) lil dawk li inti tajtni fid-dinja; kienu tieghek u inti tajthom lili (Gw 17:6). 15. U l-kliem li int tajt lili, jien tajtu lilhom: u huma laqghuh u emmnu tassew li jiena hrigt minnek u gharfu li inti bghattni (Gw 17:8). 16. Jien ghalihom nitlob, ma nitlobx ghad-dinja (Gw 17:9). 17. Berikhom u qaddishom (Gw 17:17) u jiena minhabba fihom inqaddes lili nnifsi (Gw 17:19). 18. Miniex nitlob ghal dawn biss, imma wkoll ghal dawk li ghad jemmnu fija bis-sahha tal-kelma taghhom (Gw 17:20), biex huma jitqaddsu u jkunu haga wahda (Gw 17:23) kif ahna haga wahda ahna (Gw 17:11). 19. Missier, irrid li huma wkoll inkun fejn inkun jien, biex jaraw il-glorja tieghi (Gw 17:24) fis-saltna tieghek (Mt 20:21). Amen.

                

Dwar dawk li ma jaghmlux penitenza

 

1. Dawk l-irgiel u n-nisa kollha, li ma jghixux fil-penitenza, 2. u ma jircievux il-Gisem u d-Demm ta' l-Mulej Gesù Kristu, 3. u li jwettqu vizzji u dnubiet, u jimxu wara l-gibda hazina (Kol 3:5) u x-xewqat tal-gisem (Gal 5:16), 4. u ma jharsux dak li weghedu lill-Mulej, 5. u li b’gisimhom jaqdu d-dinja bil-gibdiet zienja taghhom (1Pt 2:11),  u ghat-thabrik tad-dinja u l-hsibijiet ta' din il-hajja: 6. dawn huma mizmumin lsiera mix-xitan, li tieghu huma wlied u jaghmlu l-eghmejjel tieghu (Gw 8:41). 7. Huma ghomja, ghax ma jarawx id-dawl veru, il-Mulej taghna Gesù Kristu. 8. M'ghandhomx ­gherf spiritwali, ghax m'ghandhomx l-Iben ta' Alla li hu l-veru gherf tal-­Missier. 9. Dwar dawn in-nies jinghad: Il-gherf taghhom ma swielhom xejn (Salm 107:27) u mishutin dawk li jitbeghedu mill-kmandamenti tieghek (Salm 118: 21). 10. Jaraw u jagharfu, jafu li qed jaghmlu l-hazin, u jibqghu jaghmluh u b’hekk jitilfu ruhhom.

 

11. Ifthu ghajnejkom, intom ghomja, li intom imqarrqin mill-eghdewwa taghna: il-gisem, id-dinja u x-xitan. Ghax hu helu ghall-gisem li jwettaq id-dnub, imma morr ghalih li jaqdi 'l Alla,  12. ghax kull hazen, il-vizzji u d-dnubiet jigu u johorgu mill-qalb tal-bniedem, kif ighid il-Mulej fil-Vangelu (Mk 7:21). 13. U intom m'ghandkom xejn la f'din id-dinja u lanqas fl-ohra. 14. Intom tahsbu li ghandkom il-frughat ta' din id-dinja ghal ftit ta’ zmien, imma intom imqarrqin, ghax il-jum u s-siegha jaslu fuqkom bla ma tahsbu fihom, u li dwarhom ma tagharfu xejn u m’ghandkom l-ebda hjiel (Mt 25:13).

 

15 Il-gisem jimrad, il-mewt toqrob, u hekk il-bniedem jaghmel mewta harxa. 15. U ma jghoddx fejn jew meta jew kif l-bniedem imut, jekk imut fil-htija tad-dnub bla ndiema u bla tpattija ghal dnubietu kemm-il darba setgha jpatti u ma jpattix - ix-xitan jahtaf lir-ruhu minn go gismu b'tant dieqa u tbatija tant kbira li hadd ma jista' jfissirhom jekk ma jgarrabhomx.  

 

16. U kull talent u qawwa u gherf li jahseb li jkollu (2Kron 1:12), jittiehdulu (Lq 8:18, Mk 4:25). 17. U kull ma jhalli lil qrabatu u hbiebu jahtfulu kollox u jqasmuh bejniethom.  U wara jghidu: “Ha tkun mishuta ruhu! ghax seta' kiseb aktar u hallilna aktar gid milli tana.” 18. U d-dud jieklulu gismu. U b’hekk jitlef gismu u ruhu fi zmien qasir, u jmur dritt fl-infern fejn jigi tturmentat ghal dejjem.

 

19. F'gieh l-imhabba, li hu Alla (1Gw 4:16), nitolbu lil dawk kollha li taslilhom din l-ittra, biex jilqghu bil-qalb u b’imhabba divina, l-kliem ifewwah tal-Mulej taghna Gesù Kristu, miktub  hawn fuq. 20. U dawk li ma jafux jaqraw, jifittxu minn jaqrahomlhom ta' sikwit. 21. U ghaliex huma spirtu u hajja (Gw 6:64), ghandhom iharsuhom flimkien mal-mod qaddis li jahdmu sa l-ahhar ta' hajjithom

 

22. U kull min ma jaghmilx dawn il-hwejjeg hekk, irid jaghti kont f'Jum il-Haqq (Mt 12:36) quddiem it-tribunal tal-Mulej taghna Gesù Kristu (Rum 14:10).

 


Kapitlu I

L-Ordni Frangiskan Sekulari (OFS)1.


1. Fost il-familji spiritwali li l-Ispirtu s-Santu qajjem fi hdan il-knisja 2 dik Frangiskana tghaqqad flimkien dawk il-membri kollha tal-Poplu ta' Alla - lajci, religjuzi u sacerdoti – li imsejhin biex jimxu wara Kristu, fuq il-passi ta' San ta' Frangisk ta’ Assisi.3

 

Taht ghamliet u suriet wahda mhux bhal ohra, izda f’ghaqda  bejniethom, dawn iridu jahdmu biex tinhass il-karizma tas-Serafiku Missierhom, komuni ghalihom ilkoll, fil-hajja u tal-Knisja.4

 

2. Fi hdan l-imsemmija familja, l-0rdni Frangiskan Sekular ghandu post ghalih. Dan jitqies bhala ghaqda, wahda u organika, tal-fraternitajiet kattolici mxerrdin mad-dinja. Jiftah dirghajh, u jilqa' fih kull kwalità ta' nsara. L-ahwa, irgiel u nisa li huma mqanqlin mill-Ispirtu s-Santu biex jilhqu l-perfezzjoni ta' l-Imhabba skond l-istat taghhom fid-dinja. U dan, permezz tal-Professjoni li biha jhabirku bier ighixu l-Vangelu fuq l-ezempju ta' San Frangisk u bil-harsien ta' din ir-Regola, imwettqa mill-Knisja.5

 

3. Din ir-Regola, wara l-"Memoriale Propositi" (1221) u wara r-regoli mwettqin mill-Papiet Nikol IV u Ljuni XIII, qieghda l-Ordni Frangiskan Sekular ghall-htigiet u x-xewqat tal-Knisja Mqaddsa, skond iz-zminijiet u t-tibdil li jgibu maghhom.  Imiss lis-Santa Sede li taghti t-tifsir taghha. L-applikazzjoni ssir skond il-Kostuzzjonijiet Generali u skond l-istatuti partikulari.

 


Kaptilu II

Ghamla ta’ Hajja


4. Ir-regola tal-Frangiskani sekulari hi din: li jharsu l-Vangelu ta’ Sidna Gesù billi jimxu fuq l-ezempju ta’ San Frangisk ta’ Assisi, li fl-imgieba ta’ hajtu lejn Alla u lejn il-bnedmin, ghamel lil Kristu l-hsieb u l-qofof ta’ kollox.6

 

Kristu, glorja ta’ l-imhabba tal-Missier, hu t-Triq li twassal ghandu; hu il-Verità li l-Ispirtu s-Santu jdahhalna fiha; hu l-Hajja li Hu gie biex jaghti u jaghtiha bil-kotra.7

 

Barra minn dan, il-Frangiskani sekulari ghandhom jaghmlu hilithom u jaqraw ta’ sikwit il-Vangelu biex hekk ighaddu mill-Vangelu ghall-hajja u mill-hajja ghall-Vangelu.8

 

5. Il-Frangiskani Sekulari, ghalhekk, ghandhom ifittxu l-persuna hajja u attiva ta’ Kristu fl-ahwa, fil-Kotba Mqaddsa, fil-Knisja u fil-liturgija. Jalla l-fidi ta' San Frangisk li qanqlitu jghid dan il-kliem: “F’din id-dinja, bl-ghajnejn tieghi tal-gisem ma narax mill-istess Iben ta’ Alla l-Aktar Gholi hlief il-Gisem u d-demm wisq imqaddes tieghu”, tnebbahhom u taghti xejra ‘l-hajja taghhom ewkaristika.

 

6. Midfunin u mqajmin ma’ Kristu fil-Maghmudija li taghmilhom membri hajjin tal-Knisja u marbutin b'akbar ghozza maghha bil-Professjoni, ghandhom ikunu xhieda u ghodda taghha fost il-bnedmin, billi jhabbru ‘l Kristu bl-ghemil u bil-kelma taghhom.

 

Imnebbhin minn San Frangisk u msejhin mieghu ghat-tigdid tal-Knisja, jaghmlu  hilithom biex ighixu l-ghaqda shiha mal-Papa, ma’ l-isqfijiet u mas-Sacerdoti billi jifthu djalogu sincier u mimli tama ta’ apostolat bnin li jrodd il-frott.9

 

7. Bhala “ahwa tal-penitenza, irgiel u nisa”. Bis-sahha tal-vokazzjoni taghhom, u mkaxkrin mill-qawwa tfur tal-hajja tal-Vangelu, ghandhom iqabblu l-hsieb u l-eghmil taghhom mal-hsieb u l-eghmil ta’ Kristu.10 Dan isir bis-sahha ta’ bidla mill-qieghnett li ssehh fir-ruh, li l-Vangelu jsejjah bl-isem ta’ “konversjoni”, li, minhabba li l-bniedem hu dghajjef, trid issir kuljum.11

 

F’din il-mixja ta’ tigdid, is-sagrament tar-Rikonciljazzjoni huwa sinjal  l-aktar bnin tal-hniena tal-Missier u ghajn ta’ grazzja.12

 

8. Bhalma Gesù kien il-veru adoratur tal-Missier, hekk ghandhom jaghmlu mit-talb u mill-kontemplazzjoni l-qofol tal-hajja u tal-hidma taghhom.13

 

Ghandhom jiehdu sehem fil-hajja sacramentali tal-knisja, l-aktar l-Ewkaristija, jinghaqdu fit-talb litugiku, f’xi wahda mill-ghamliet li trid il-knisja. B’hekk ighixu l-misteri tal-hajja ta’ Kristu.

 

9. Il-Vergni Marija, il-qaddejja umli tal-Mulej, dejjem lesta ghall-kelma u s-sejhat tieghu kollha, kienet meqjuma minn Frangisku b’imhabba liema bhala u mahtura minnu bhala l-Protettrici u l-Avukata tal-Familja tieghu14.  Il-Frangiskani sekulari ghandhom jaghtu xhieda ta’ imhabbithom lejha billi jixbhuha fl-ubbidjenza shiha taghha u fil-hegga tat-talb taghha – talb ta’ gharfien u tama15.

 

10. Maghqudin ma’ ubbidjenza fejjieda ta’ Gesù, li halla r-rieda tieghu f’idejn il-Missier, ghandhom iharsu bil-fedeltà kollha d-dmirijiet taghhom skond il-qaghda ta’ kull wiehed u c-cirkustanzi tal-hajja16.  Jimxu wara Kristu, fqir u msallab, billi jistqarruh ukoll fis-siegha ta’ ghawg u l-persekuzzjonijiet17.

 

11. Kristu, li kellu tama bla tarf fil-Missier, ghazel ghalih u ghal Ommu, hajja fqira u umli18 ghalkemm kien jaf iqis is-siwi tal-holqien ta’ madwaru b’ attenzioni u mhabba.  Hekk ukoll il-Frangiskani sekulari,meta jigu biex jinqdew bil-hwejjeg tad-dinja jew iccahdu minnhom, ghandhom ikollhom sens ta’ ghalza gusta, billi ma jkunux marbuta wisq mal-htigiet materjali.  Imbaghad, ghandhom igibu quddiem ghajnejhom li, kif  ighallem il-Vangelu, huma amministraturi tal-gid li rcevew b’rizq ulied ta’ Alla.

 

Hekk, fl-ispirtu tal-“beatitudini” jaghmlu hilithom kollha biex iharsu qalbhom minn kull gibda u rebgha ta’ proprietà u hakma.  U dan jaghmluh bhala “pellegrini u barranin” fi triqhom lejn Dar il-Missier19.

 

12. Xhieda ta’ gid li ghad irid jigi, u mhabba l-vokazzjoni li haddnu, fid-dmir li jikbsu s-safa tal-qalb, ghandhom b’hekk jirrendu ruhhom hielsa ghall-imhabba ta’ Alla u ta’ l-Ahwa20.

 

13.  Bhalma l-Missier jara f’kull bniedem is-sura xbieha ta’  Ibnu il-kbir fost l-ahwa21, hekk il-Frangiskani sekulari ghandhom jilqghu ‘l bnedmin kollha b’qalb helwa u umli, bhala glorja tal-Mulej22 u xbieha ta’ Kristu23.

 

Is-sens ta’ Fraternità jaghmilhom hienja u lesti biex jithalltu minghajr kburija mal-bnedmin kollha, l-aktar maz-zghar nett, li ghalihom jaghmlu hilithom kollha biex joholqulhom kundizzjonijiet ta' hajja li tixtraq lill-hlejjaq mifdija minn Kristu.

 

14. Imsejhin, flimkien mal-bnedmin kollha ta' rieda tajba biex jibnu dinja aktar fraterna u evangelika, Halli b'hekk issehh is-saltna ta' Alla; ukoll, waqt li kull min jimxi wara Kristu, il-bniedem perfett, isir hu wkoll bniedem aktar shih, jaghmlu dmirijiethom sewwa fi spirtu nisrani ta' qadi24.

 

15. Ghandhom ikunu prezenti bix-xbieha ta' hajjithom bhala bnedmin u wkoll b'inizjattivi kuragguzi sew individwali u sew komunitarji. U dan, biex il-gustizzja tikber u timxi 'l quddiem l-aktar fll-qasam tal-hajja pubblika. Jaghmlu hilithom ghalhekk li l-ghazla taghhom tkun konkreta u taqbel mat-twemmin religjuz taghhom25.

 

16. Iqisu x-xoghol bhala don u bhala sehem mill-Holqien, mill-fidwa u mill-qadi tal-komunita tal-bnedmin26.

 

17. Fi hdan il-familja, ghandhom ighixu l-ispirtu Frangiskan ta' paci, fedeltà u rispett ghall-hajja. B'hekk ikunu qed ihabirku biex jaghmlu mill-familji taghhom sinjali u xhieda ta' dinja ga mgedda fi Kristu27.

 

L-aktar imbaghad il-mizzewgin, waqt li jkunu jghixu l-grazzja taz-zwieg, ghandhom jaghtu xhieda fid-dinja ta' l-imhabba ta' Kristu ghall-Knisja tieghu. Bi trobbija nisranija, semplici u ghaqlija, b'ghajnejn miftuha fuq il-vokazzjoni ta' kull membru tal-famjlja, dawn il-mizzewgin jimxu ferhanin ma' wliedhom il-vjagg uman u spiritwali taghhom28.

 

18. Juru rispett, ukoll lejn il-hlejjaq kollha, sew dawk tar-ruh u sew dawk bla ruh, ghaliex "ix-xbieha ta' l-Aktar Gholi naraw fihom"29. U jaghmlu hilithom biex jaharbu t-tentazzjoni ta’ l-isfruttament billi jrawmu fihom il-hsieb Frangiskan li l-bnedmin tad-dinja huma lkoll ahwa.

 

19. Bhala dawk li jwasslu l-paci u li ghandhom quddiem ghajnejhom li dil-paci trid tibqa' tinbena bla tieqaf, huma fid-dmir li jfittxu t-toroq ta' l-ghaqda u tal-ftehim fratern. Dan isehh permezz tad-djalogu, b'qalbhom qawwija li fil-bniedem hemm ix-xrara ta' Alla u li l-imhabba u l-mahfra ghandhom il-qawwa li jgeddu kollox30.

 

Bhala habbâra ta' l-oghla ferh, ghandhom ifittxu, f‘kull cirkustanza  tal-hajja, li jwasslu 'l-ohrajn il-ferh u t-tama31.

 

Imberkin ma' Kristu fil-Qawmien glorjuz tieghu, li jaghti tifsira shiha lil Ohtna l-Mewt, iharsu bis-sliem lejn l-ahhar jum meta jiltaqghu mal-Missier32.

 


Kapitlu III

Il-Hajja ta’ l-Ahwa


20. L-0rdni Frangiskani Sekular jinqasam  fraternitajiet ta' diversi liveli: lokali, regjonali, nazzjonali, u internazzjonali. Kull wahda minnhom ghandha l-personalità morali taghha fil­Knisja.33 Dawn il-fraternitajiet ta' livell differenti minn xulxin huma marbutin u maghqudin bejniethom skond ir-Regola u l-Kostituzzjonijiet34.

 

21. Ikun xi jkun il-livell taghha, kull fraternità hi mharsa b'hegga u mmexxija minn Kunsill u minn Ministru (President). Dawn jintghazlu mill-Professi, kif jitolbu l-Kostituzzjonijiet.

 

Is-servizz taghhom, li jintemm wara zmien, hu xoghol siewi ta' responsabbilità li jrid juri li huma dejjem lesti jaqdu 'l kull wiehed mill-ahwa jew 'l-ahwa flimkien.

 

Il-fraternitajiet, fil-qalba tal-formazzjoni taghhom, jitfasslu kif jitolbu l-Kostituzzjonijiet b'modi differenti skond il-htigiet ta' l-imsehbin u tal-postijiet fejn ikunu, dejjem taht it-tmexxija tal-Kunsill taghhom.

 

22. Il-fraternità lokali ghandha titwaqqaf skond il-ligijiet tal-Knisja; b'hekk issir l-ewwel xrara hajja ta' l-0rdni kollu u sinjal li jidher tal-Knisja, komunità ta' mhabba. Din il-fraternità ghandha tkun il-post privileggjat fejn jikbru u jitkattru s-sens ekklezjali u l-vokazzjoni Frangiskana, u fejn titheggeg il-hajja apostolika fl-imsehbin kollha35.

 

23. It-talbiet ghad-dhul fl-Ordni Frangiskan Sekular isiru lil wahda mill-fraternitajiet lokali, li l-Kunsill taghha jaqtaghha jekk jilqax ahwa godda36.

 

Id-dhul u s-shubija jsehhu billi jkun hemm zmien ta' bidu, zmien ta' formazzjoni li jtul ta' l-anqas sena, u l-Professjoni tar-Regola37. Il-fraternità hi marbuta biex thares fuq dawn it-tliet izmna, ukoll fil-mod taghha kif tghix. Dwar l-età mehtiega ghall-Professjoni, u jekk hemmx sinjali cari ta' vokazzjoni Frangiskana, wiehed irid jimxi skond l-Istatuti38.

 

Minnha nnifisha, il-Professjoni hi dmir ghal dejjem39. L-imsehbin li jhabbtu wicchom ma' xi tweghir, jistghu jitkellmu dwar dawn il-problemi taghhom mal-Kunsill. U dan isir fi djalogu bejn l-ahwa. Il-hrug jew it-tkeccija ghal kollox mill­Ordni, jekk tabilhagq ikun mehtieg, imissu 'l-Kunsill tal-fraternità, skond il-Kostituzzjonijiet.40

 

24. Biex titkattar l-ghaqda bejn l-imsehbin, il-Kunsill ghandu jorganizza laqghat mina zmien ghal zmien, u laqghat ohra ta' sikwit, ukoll ma' gruppi Frangiskani ohrajn, l-aktar taz-zghazagh. F'dawn il-lagghat iridu jintghazlu mezzi l-aktar siewja biex ikabbru l-hajja Frangiskana u ekklezjali, billi jheggu lil kull imsieheb ghall-hajja ta' l-ahwa41. Din l-ghaqda tissokta wkoll ma' l-ahwa mejtin bl-offerta ta' suffragi ghal ruhhom42.

 

Ghall-ispejjez mehtiega, sew ghat-tmexxija tal-fraternità, sew ghal dawk mehtiega ghall-kult u ghall-apostolat ta' karità, l-ahwa kollha, irgiel u nisa, ghandhom jaghtu s-sehem taghhom skond kemm wiehed jista'. Il-fraternitajiet lokali mbaghad, jiehdu ssieb li jaghtu s-sehem taghhom ghall-ispejjez tal-Kunsilli tal-fraternità ta' grad akbar minnhom43.

 

26. B'sinjal li jixhed tabilhaqq ghaqda u korresponsabbilità l­Kunsilli kollha ta' liema livell huma, skond il-Kostituzzjonijiet, ghandhom jitolbu lis-Superjuri ta' l-erba' Familji Religjuzi Frangiskani, li maghhom ilha marbuta ghal mijiet ta' snin shah il-Fraternità Sekulari, Religjuzi xierqa u mhejjija tajjeb biex ikunulhom ta' ghajnuna spiritwali.

 

Biex iheggeg il-fedeltà lejn il-karizma u l-harsien tar-Regola, u biex ikollu ghajnuniet akbar fil-hajja tal-fraternità, il-ministru jew il president, bi ftehim shih mal-Kunsill, ghandu jhabrek li, minn zmien ghal iehor, jitlob lis-Superjuri Relijuzi kompetenti jaghmlu vizta pastorali44; jitlob ukoll vizta fraterna li ssir minn dawk li, billi huma mqieghda fi grad gholi, imiss lilhom li jaghmluha skond il-Kostituzzjonijiet.

 

“U Kull min ihares dan kollu, ikun mimli bil-barka tal-Missier l-aktar Gholi, u fuq l-art ikun mimli bil-barka ta’ l-Iben Mahbub tieghu flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu Paraklitu…”

 


Noti


 1. Imsejjah wkoll:"Fraternità Frangiskana Sekulari" jew Terz'Ordni Frangiskan (TOF).

 2. Vat II,LG, 43

 3. Piju XI Diskors lit-Terjarji, fl-1 ta' Lulju 1956.

 4.Vat II, AA, 4.

 5. Drittu Kanoniku, 702,1.

 6. 1 Celano,18.

 7. Gw 3:16, 14:6.

 8. AA, 30b.

 9. Pawlu VI, Diskors lit-Terzjarji tad-19 ta' Mejju 1971.

10. I Reg. TOF.

11 Vat II, LG 8, UR 4.

12. Vat II, PO 18b.

13. AA, 4abc.

14. II Celano 198.

15. LG 678, AA 4.

16. LG 41.

17. LG 42.

18. I Ittra lil Fidili, 5.

19. Rum 8:17, LG 7,4

20. Twissijiet XVI, I Ittra 70.

21. Rum 8.29.

22. II Cel. 85, I Ittra 26, Rnb 7,13.

23. Rnb 9,3, Mt 25:40.

24. LG 31, VatII GS 93.

25. AA 14.

26. GS 67,2, RnB 7,4, Rb 5,1.

27. Reg Ljun XIII, II,8.

28. LG 41, AA 30bc.

29. I Celano 80.

30. Reg. Ljun XIII, II,9 Leg. 3 Comp. 14, 58.

31. Twissijiet XXI; Rnb 7,15.

32. GS 78,1-2.

33. Drittu Kan. 687.

34. Drittu Kan. 697.

35. Piju XII, Diskors, 3.

36. Kan. 694.

37. I Reg TOF 29-30.

38. I Cel. 22.

39. I Reg. TOF, 31.

40. Kan. 696.

41. Kan. 697

42. I Reg.TOF, 23.

43. I Reg TOF, 20.

44. II Reg TOF, XVI.

◄◄|werrej|►►


Id-Dahla hija maqluba ghal Maltin minn Fr Thomas Calleja ofmconv. Ir-Regola hija mehud minn Regola u Kostituzzjoni Generali ta' l-Ordni Frangiskana Sekulari, Malta 1992.

Assisi 6.4.2003