Spiritwalita' Frangiskana |
|
Talb lit-Trinita' Qaddisa Talb mis Sermones ta' sant'Antnin maqlub ghal Malti minn Patri Edmund Teuma OFMConv
1. Nitolbuk, Mulej Alla Wiehed u Tlieta, li r-ruh li inti hlaqt tasal ghandek qawwija u shiha f’dak l-ahhar jum ta’ hemm u ta’ nar, xhin jinqasam il-habel fiddien. Ilqaghha, biex hielsa min-nases tal-hazen, tigi ghandek bil-helsien u l-glorja ta’ wlied Alla, bil-ghajnuna tieghek stess, Alla Wiehed u Tlieta, li int imbierek ghal dejjem. Amen.
(Sermones II/47)
2. O Alla, bl-umiltà nitolbuk tahfrilna d-dnubiet li ghamilna. Aghmel li ma nergghux nersqu lejn il-hazen, u aghtina l-ghajnuna biex nahfru minn qalbna lil hutna, u niksbu l-premju tas-sebh fejn int tghammar. Int jisthoqqlok it-tifhir ghal dejjem. Amen. Hallelujah!
(Sermones II/398)
3. Mulej, quddiemek ma nistax inqieghed ghall-gudizzju hajja mehlusa mid-dnub, izda tghoddulix dan id-dejn tieghi, Alla twajjeb. Iva, Mulej, skond il-gudizzji tieghek, jien haqqni nkun ikkundannat u m`cahhad mill-ghajxien, ghax it-tezor ta’ qalbi u ta’ hajti li int hallejt fi hsiebi, jien ma haristux.
(Sermones II/295)
4. O Alla, ghajn ta’ kull tjieba, ghinna biex naghmlu l-gid, u nkunu nistghu noffru l-ghemil taghna lilek, li inti kollok tajjeb, u nittamaw li niehdu premju xieraq. Ha titla’ din l-offerta taghna sa ghandek minn idejn l-angli kustodji, u tinzel fuqna l-grazzja tieghek biex fl-ahhar ahna naslu fis-sebh tieg]ek, li int imbierek ghal dejjem. Amen.
(Sermones II/175)
|
Sant'Antnin ta' Padova
|