Spiritwalita' Frangiskana |
|
L-Umilta' Hsibijiet mill-kitbiet ta' sant'Antnin maqluba ghal Malti minn Patri Edmund Teuma OFMConv L-UMILTÀ
“Min jiccekken jitkabbar” (Lq 14: 11). Kristu cekken lilu nnifsu sal-mewt u dahal fis-sebh tal-qawmien. Nitolbuh jistampa fi qlubna l-Vangelu tieghu ta’ l-umiltà.
Il-Vangelu li xandru Kristu u l-Appostli hu l-umiltà: “Tghallmu minni ghax jien ta’ qalb helwa u umli.” Fejn hemm l-umiltà hemm jinsabu s-serhan tal-mohh u s-salvazzjoni. Il-farizew ma kienx umli u ghalhekk waqa’, u sewwa sew meta ried jghaddi b’tajjeb wera ruhu midneb kbir. Min jiggranfa ma’ l-umiltà jsalva; min ma ghandux minn din, ghalxejn jitlob, ghalxejn jahdem. Permezz ta’ l-umiltà naslu ghall-glorja.
Alla jqassmilna d-doni tieghu, li mhux dejjem jinghataw ghall-mertu persunali, izda skond il-htiega tal-Knisja.
Min ma ghandux umiltà jinsab f’mizerja mill-aktar kbira.
L-Ispirtu ta’ Alla hu umiltà; min ghandu lilu hu tabilhaqq iben ta’ Alla. Ohla mill-ghasel l-ispirtu ta’ l-umiltà, ghax min ghandu lilu jaghmel frott helu.
L-umiltà tal-mohh u l-qalb is-soltu tidher tiddi f’harset il-bniedem. Il-pubblikan tal-parabbola, billi gharaf il-hazen tieghu, waqaf fil-boghod, ghax hass li ma kienx jisthoqqlu jirfes l-ghatba tat-tempju. Int ukoll, ja midneb, aghraf li int indenn, u ghid flimkien ma’ Abraham: “Nitkellem mal-Mulej, ghalkemm jien trab u rmied” (Gen 18: 27).
Sies ta’ kull haga li ssir l-umiltà. Ara kemm hi kbira t-tjieba ta’ Alla u d-dinjità tal-midneb niedem: Dak li jghammar fl-eternità jidhol jghammar fil-qalb umli u niedma. U l-karatteristika ta’ qalb tabilhaqq niedma hi li wiehed jumilja lilu nnifsu f’kull haga, u li jqis li hu ma jiswa xejn.
Bhalma t-torri qieghed hemm biex jiddefendi l-kastell, hekk ukoll l-umiltà tal-qalb tiddefendi s-safa tal-gisem mill-vlegeg tax-xehwa. Aktar ma l-bniedem tajjeb jikber quddiem Alla, aktar ji#kien fl-istima tieghu nnifsu.
Jekk trid tag]hraf dnubietek irid ikollok umiltà doppja: gewwiena u barranija.
Meta l-umiltà ta’ Gesù Kristu tinfed il-qalb tal-midneb fejn tbejjet is-suppervja, din tintrebah u titkecca ’l barra. Ghax l-umiltà hija duwa li xxejjen il-velenu tas-suppervja, u maghha l-vizzji l-ohra kollha, kemm dawk li jidhru u kemm dawk li ma jidhrux. Imbaghad l-umiltà u s-semplicità jfiggu jiddu fil-ghajnejn, il-verità u t-tjieba jinstemghu jidwu fil-fomm, kull kelma li tinghad bil-hjiena jew bl-impusturagni titkecca mill-widnejn, is-safa u l-kompassjoni jitkattru fl-idejn, u r-riglejn jitmexxew fit-triq tal-ghaqal.
Ghaxra huma t-targiet li jwasslu lejn l-umiltà. L-ewwel: nahsbu fuq kemm kellna bidu umli. It-tieni: niftakru x’konna qabel ma hrigna ghad-dawl. It-tielet: kif gejna fid-dinja gharwenin u nibku. Ir-raba’: kemm hu mizerabbli u ta’ niket dan l-ezilju taghna f’din l-art, mimli bit-tbatijiet, bit-tnehid, bid-dwejjaq u bil-biki. Il-hames: niftakru fil-hazen taghna stess, liema u kemm dnubiet ghamilna u kemm ma ghamilniex gid, u kemm-il darba b’ghazla hielsa taghna nghatajna f’idejn ix-xitan, u kemm konna ingrati lejn Alla. Bl-imrar f’qalbek ghandek iddawwar wiccek lejn il-hajt tal-bekkejja, jigifieri lejn il-hemel ta’ dnubietek, u itlob lill-Mulej isawwab fuqek il-grazzja li tlift, int u tibki biex jahfirlek dnubietek. Is-sitta: niftakru fil-mewt, morra aktar mill-imrar; gisimna lest ghad-dud u ruhna (jekk ma nindmux) ghax-xjaten; dak li nhallu jehduh l-ulied u l-qraba. Is-seba’: niftakru kif l-Iben ta’ Alla heba d-divinità tieghu fil-guf ta’ xbejba fqajra; Dak li jimla s-sema u l-art, u li s-sema u l-art ma jesghuhx, sar ckejken fil-guf ta’ tfajla, imbaghad fisqietu u qeghditu f’maxtura tal-bhejjem; ittiehed lejn l-Egittu biex jahrab mit-theddid ta’ Erodi – Sid id-dinja mkecci mid-dinja! U niftakru wkoll kif fid-dinja kollha ma sabx fejn imidd rasu, jekk mhux fuq il-ghuda tas-salib meta serrah rasu fuq hogor missieru u radd ruhu. It-tmienja: niftakru f’kemm Gesù kien twajjeb u hanin bla qjies mal-midinbin, li kien jigbidhom lejh bil-hlewwa tat-taghlim tieghu, kien jiekol maghhom biex isejhilhom ghall-indiema. Kemm kellu kumpassjoni Gesù li beka fuq il-belt li kellha ssallbu u fuq il-qabar ta’ Lazzru li kien sa jqajmu mill-mewt; kemm kien tajjeb dak li ried joqghod jitkellem mas-Samaritana u li halla lill-midinba tmissu! Id-disa’: niftakru f’Gesù msawwat bis-swat u bil-ponn, wiccu miksi bil-bzieq, inkurunat bix-xewk, misqi l-morr u l-hall, mislub bejn zewg hallelin daqslikieku kien xi kriminal. Il-ghaxar: nahsbu b’dehwa kbira fuq il-qawmien ta’ l-ahhar, meta l-Umli, li kien iggudikat u kkundannat mill-bnedmin jerga’ jigi biex jiggudika lill-bnedmin kollha bil-gustizzja. U l-bnedmin jibdew jghidu lill-gholjiet: “Ordmuna, biex ma narawx il-wicc ta’ dak li qieghed fuq it-tron!”
Dawn l-ghaxar targiet trid titlaghhom u tinzilhom ir-ruh niedma, u aktar ma tinzel ’l isfel, aktar toghla ’l fuq. L-umiltà: dan hu s-sinjal li l-Mulej ikun fejjaq lir-ruh minn kull dnub u li din tkun sa titla’ fit-tempju tas-smewwiet. Hieni min ghandu lilha: hi gherq li minnu johrog il-frott ta’ kull virtù.
Min imaqdar u jitkellem kontra l-mexxejja tal-Knisja jkun qieg]ed jiksi l-wicc ta’ Kristu bil-bzieq. U ghaliex ir-Rghajja tal-Knisja naghrfuhom bhala l-wicc ta’ Kristu? Ghax permezz tat-taghlim taghhom naslu biex naghrfu lil Gesù Kristu.
L-umiltà hija kewkba tiddi aktar minn kull kewkba ohra; hi ddawwal il-lejl u tmexxina lejn il-port. Hija l-kewkba tiddi fuq il-g]har ta’ Betlem, li turi li hemm jinsab is-Sultan tas-slaten, Alla ta’ qalb helwa u umli. Minghajr dil-kewkba int aghma u ma ghandekx hila timxi; il-mirkeb li qieghed fuqu tahkmu t-tempesta u int teghreq fil-bahar imqalleb.
L-umiltà hija l-kewkba tal-bahar. Hija tbiddel il-bahar morr u tal-biza’ ta’ din id-dinja f’ghadira kalma u sabiha. Kemm jinzillu ghasel l-imrar lill-umli! Kemm ihossu hafif l-hemm imgerragh f’isem Gesù! Il-gebel li haggru lil Stiefnu, il-gradilja li xwiet lil Lawrenz, il-faham li haraq lil Vincenz… dawn gerrghuhom bil-hlewwa. Izda biss l-umiltà tal-qalb taf tohroh rebbieha fuq in-niket u l-hemm.
Fil-ward nilmhu s-sbuhija ta’ l-ilwien, il-hlewwa tal-fwieha, it-tama tal-frott. Hekk ukoll fl-umiltà vera hemm is-sbuhija tal-hajja qaddisa, il-hlewwa ta’ isem tajjeb. Bhalma l-warda meta tfewwah ma tithassarx, hekk ukoll min hu tassew umli, ghalkemm imfahhar ghall-hajja tajba tieghu, ma jitkabbarx. Jien u nhares lejn il-fjur nittama li ghad nigbor il-frott, hekk ukoll meta nara bniedem umli nittama li dan ghad ikun qaddis.
Gesù jistedinna nimxu warajh ghax hu jaf it-triq it-tajba mnejn irid imexxina. It-triq ta’ l-umiltà hi l-unika triq tal-gherf; kull triq ohra hi triq il-bluha, ghax hi t-triq tas-suppervja.
Ejjew noqoghdu fl-ahhar post! Fl-ahhar post jigi l-hsieb tal-mewt, u min joqghod jahseb bis-sod ma jkunx irid jitla’ fl-ewwel post. San Glormu jghid: “Min jahseb li ghad imut malajr jistmell kollox.” hija, oqghod bi kwietek fl-ahhar post u mill-boghod sellem lil Gerusalemm tas-sema. Jekk tabilhaqq tinsab konvint li fid-dinja int biss mistieden u barrani u li minn hawn qed itterraq lejn x’imkien iehor, qabel hadd ma tipprova toqghod u tibda tqis lilek innifsek indenn. Imbaghad Gesù jghidlek: “Habib, itla’ aktar ’il fuq; mill-umiltà tieghek gharaft li int habibi.”
|
Sant'Antnin ta' Padova
|