Qaddisin u Beati Frangiskani |
|
|
San Leonardu ta' Porto Maurizio (1676-1751) 6 ta’ Novembru Leonardu twieled Porto Maurizio qrib Imperia, mhux ’il boghod minn Genova, fl-1676, u ta’ ghoxrin sena dahal mal-Frangiskani Riformati fil-kunvent ta’ San Bonaventura f’Ruma. Meta ordna sacerdot intefa’ b’hegga appostolika li ma bhalha fil-ministeru tal-predikazzjoni. Gera ma’ l-Italja kollha jxandar il-Kelma ta’ Alla. Baqghu msemmija l-missjonijiet tieghu fost il-poplu, il-prietki tar-Randan u l-ezercizzi spiritwali li kien imexxi. Xerred kemm felah id-devozzjoni tal-Via Crucis li minnha waqqaf mas-600 madwar l-Italja kollha, fosthom dik tal-Colosseo f’Ruma. Kiteb bosta opri dwar il-pedikazzjoni u l-hajja spiritwali, li fihom tidher l-ispiritwalità Frangiskana fl-aqwa taggha. Miet Ruma fis-26 ta’ Novembru 1751. Il-Papa Piju IX kitbu fl-album tal-qaddisin fl-1867. Huwa l-qaddis patrun tal-missjonijiet popolari.
Min jimmedita l-Passjoni ta’ Kristu jasal ghall-indiema mill-qalb mill-kitba tal-qaddis
Mid-diskorsi tal-qaddis hadna s-silta li gejja li fiha San Leonardu jghid li min jimmedita l-passjoni ta’ Kristu jasal ghall-indiema mill-qalb.
Il-hazen jigi mill-fatt li hadd ma jahseb fir-realtajiet li ghandna dejjem nimmeditaw dwarhom. Ghalhekk ma ghandux ghalfejn wiehed jistaghgeb meta jara dizordni morali shiha. L-ewwelnett, insejna l-veritajiet eskatologici; imbaghad hadd ma jahseb la dwar il-hwejjeg ta’ Alla u lanqas dwar il-passjoni doloruza li ghadda minnha Gesu’ Kristu ghalina. L-impenji u d-dmirijiet taghna jsiru bla qalb, u m’ahniex naharbu kif imiss mill-perikli spiritwali li jinsabu kullimkien. Waqt li d-dinja tinsab f’qaghda morali mwieghra hafna, jinstemghu f’waqthom il-kelmiet ta’ Geremija: “Il-pajjiz jinsab kollu mharbat u hadd ma jaghti kas.” Hemm xi rimedju ghal dal-hazen? Bl-umilta’ kollha, nixtehet gharkobbtejja quddiem il-prelati, il-kappillani, il-qassisin u l-ministri kollha ta’ Alla biex nurihom li d-duwa tant mixtieqa jista’ jilhaqha kulhadd: it-tahrig imqaddes tal-Via Crucis.
Jekk bil-hegga u l-hidma tal-kleru dat-tahrig qaddis jibda jsir fil-parrocci u fil-knejjes kollha, huwa jsir difiza f’waqtha u qawwija kontra t-tixrid tal-vizzju u jrodd beneficcji kbar lil kull min jibda jimmedita ta’ sikwit fuq it-tbatijiet u l-imhabba ta’ Kristu l-Mulej. Il-meditazzjoni ta’ sikwit fuq il-passjoni ta’ Kristu ddawwal il-mohh, theggeg ir-rieda, u ggib indiema sinciera fil-qalb. Jien ta’ kull jum innutajt, u qisni messejt b’idejja, li t-titjib fid-drawwiet ta’ l-Insara jistrieh fuq it-tahrig imqaddes tal-Via Crucis.
Dan it-tahrig huwa duwa kontra l-vizzji, waqfa kontra l-passjonijiet, tehgig f’waqtu ghal hajja qaddisa u virtuza. Jekk il-passjoni harxa ta’ Kristu nzommuha hajja quddiem ghajnejna, daqslikieku mnaqqxa fil-ghuda, imdawlin b’dawl hekk qawwi, ahna ma nkunux nistghu ma noboghdux il-ghajb u d-dghufija ta’ hajjitna. Nibdew inhossu go fina li ghandna nwiegbu b’imgabba kbira ghall-imhabba ta’ Kristu u li ghandna nilqghu bil-ferh it-toqol ta’ dil-hajja li minnu ma nistghux naharbu.
Taghrif migbur minn Patri Edmund Teuma OFMConv. |
San Leonardu ta' Porto Maurizio
|