Qaddisin u Beati Frangiskani |
|
|
San Kurradu ta' Parzham (1818-1894) 4 ta’ Jannar Konrad Birndorfer twieled fl-1818 u wara li ghadda zghozija qaddisa dahal mal-Frangiskani Kapuccini. Ghamel il-professjoni fl-Ordni fl-1842. Ghal 43 sena shah qeda bhala purtinar fil-kunvent ta’ Altötting, il-Germanja. B’din il-hidma huwa sehhlu jaghti ezempju lil kull min kien jafu ta’ hajja ta’ talb, ta’ mhabba Nisranija, ta’ hegga, hrara u sabar kbir. Ittajjar lejn il-Hallieq fl-1894, u kien il-Papa Piju XI li kitbu mal-qaddisin.
L-Ghaqda ma’ Alla mill-kitbiet tal-Qaddis
Is-silta li gejja ttiehdet minn ittra li kiteb il-qaddis u li fiha jistqarr li hu kien jinsab maghqud ma’ Alla li mhabbtu bla qjies.
Kien bir-rieda ta’ Alla li jien tlaqt dak kollu li kien ghaziz u ta’ pjacir ghalija - lilu rrodd hajr talli sejjahli ghall-hajja religjuza, li fiha sibt daqstant hena u sliem li bhalhom qatt ma kont insib kieku bqajt fid-dinja. Fis-sustanza l-hajja tieghi hi din: inhobb u nbati, nikktuntempla, inqim, u nitghaxxaq bla ma nieqaf bl-imhabba safja li biha Alla jhobb lill-hlejjaq ckejknin tieghu.
L-imhabba ta’ Alla ma tigi qatt nieqsa. Ebda haga ma xxekkilni, u ninsab dejjem maghqud ma’ Alla, li mhabbtu ghalija bla qjies. Anzi aktar ma nkun imhabbat, aktar inhossni maghqud ma’ Alla. Dak il-hin nibda nithaddet ma’ Alla bhal wiehed ta’ gewwa. B’kunfidenza ta’ iben lejn missieru, inkattar it-talb u t-tnehid u nurih b’fiducja ta’ iben f’missieru dak kollu li jkun idejjaqli ruhi. Jekk xi darba nidneb, nitolbu jahfirli b’umilta’ kbira, waqt li nuri x-xewqa li ngib ruhi ta’ iben twajjeb u gwejjed ta’ Missier hekk mahbub, u li nhobbu b’imhabba akbar.
Biex nithajjar inkun gwejjed u umli bizzejjed inhares lejn is-salib - dan hu l-ktieb tieghi. B’harsa wahda biss lejn Gesu’ msallab nitghallem kif ghandi ngib ruhi f’kull cirkustanza.
Taghrif migbur minn Patri Edmund Teuma OFMConv. |
San Kurradu ta' Parzham
|