Qaddisin u Beati Frangiskani |
|
|
Santa Koleta ta' Corbie (1381-1447) 7 ta’ Frar Koleta twieldet Corbie, fi Franza, fl-1381. Meta sfat iltima qassmet gidha kollu lill-fqar, libset il-libsa tat-Tielet Ordni Frangiskan u ghexet maghluqa u maqtuggha min-nies ghal tliet snin. Imbaghad dahlet mal-Klarissi tat-Tieni Ordni minn fejn hadmet kemm felhet biex iggib lil xi kunventi tat-Tieni u ta’ l-Ewwel Ordni taht dixxiplina aktar regolari u primittiva skond l-ispirtu tal-hajja Frangiskana. Kienet tinsisti hafna biex f’dawn il-kunventi tinghax hajja iebsa l-aktar fejn jidhol il-faqar u t-talb. Ghalhekk fl-istorja Frangiskana isimha tnizzel ma’ tar-riformaturi ta’ l-Ordni. Mietet f’Gand fis-6 ta’ Marzu 1447. Il-Papa Piju VII kitibha mal-qaddisin vergni.
Is-Siwi ta' l-ubbidjenza mill-kitbiet tal-qaddisa
F’din is-silta mit-testment spiritwali taghha Santa Koleta tghid li l-ubbidjenza tiswa hafna quddiem Alla.
Ulied l-aktar mahbubin, ahsbu daqsxejn dwar is-sej]ha taghkom, dwar id-dinjita’ kbira taghkom u dwar il-perfezzjoni li tridu tilhqu. L-injoranza taghmel hsara bla tarf, waqt li l-gherf jaghti frott kotran. Itghallmu aghrfu, mela, fejn tistghu tidhlu, imnebbhin minn Alla u mis-sejha mqaddsa li ghamlilkom.
Il-Feddej l-izjed helu jghidilna: “Hadd ma jimxi warajja, jekk Missieri ma jsejjahlux.” Id-dhul hieni fil-ghalqa ghammiela tal-perfezzjoni evangelika m’huwa xejn hlief ic-ca]hda tal-gibdiet tad-dinja, tax-xenqiet il-hziena u tar-rieda taghna. Dan jghid Gesu’ l-qaddis, li twieled minn Marija Vergni: “Min irid jimxi warajja ghandu jichad lilu nnifsu u jerfa’ salibu” minghajr ma jieqaf jaghmel penitenza bi tpattija ghad-dnubiet li jkun waqa’ fihom. Dan ghandu jsir biex dak li jkun ma jonqosx lill-Mulej u biex izomm hajja go fih il-grazzja ta’ Alla.
Ahsbu ftit, mela, ulied l-aktar mahbubin, kif ghall-grazzja ta’ Alla intom kontu msejhin g]all-ubbidjenza perfetta. Ghalhekk f’dawk il-hwejjeg li ma jweggghux il-Mulej, obdu dejjem - Gesu’ sar ubbidjenti sal-mewt. U mhux bizzejjed li wiehed jobdi ghal xi zmien u f’certi okkazjonijiet biss; wiehed ghandu jobdi dejjem f’dak kollu li ma jmurx kontra r-rieda tal-Mulej, kontra r-ruh, jew kontra r-Regola. Ma ghandna qatt naghzlu li nimxu fuq il-gharfien taghna u inhallu fil-genb dak tas-superjuri.
Min hu tassew gharef joqghod bil-qalb ghar-rieda ta’ Gesu’ u ta’ Ommu. Min tassew jobdi jgib fit-tmiem dak li jkun qed jaghmel, imma biss ghall-imhabba ta’ Alla. Huwa ma jahseb f’xejn aktar hlief li ghandu jobdi b’qima kbira daqslikieku l-amar ta’ l-ubbidjenza jkun hareg minn fomm Gesu’ nnifsu. U dan ghax, skond kif jifhimha l-bniedem, hija aktar haga hafifa li tikkmanda, u quddiem Alla tiswa aktar l-ubbidjenza ghax mid-dizubbidjenza johrog hafna hazen. Tiswa aktar talba wahda ta’ min jobdi minn mija ta’ min ma jobdix. Jekk ahna nobdu minn Alla, Alla jobdi minna.
Wara c-cahda taghna nfusna l-Mulej iridna nerfghu salibna. Dan hu l-vot tal-faqar. Tqil inhossuh is-salib meta ahna nitwebblu ghal xi haga li ma tkunx Dak li refa’ s-salib fuq kitfejh u ried imut ghalina fuqu. Ulied l-aktar mahbubin, hobbu din il-virtu’ fuq l-ezempju ta’ Gesu’ Kristu, ta’ missierna San Frangisk, u ta’ ommna Santa Klara. Ifirhu minkejja dak kollu li jonqoskom, biex b’hekk taslu aktar bil-heffa lejn is-saltna li ghaliha ssejjahtu, minhabba l-faqar li intom bil-liberta’ kollha ghaziltu u weghedtu li tharsu. Fittxu, mela, li tghixu ta’ fqar veri u ibqghu hekk sal-mewt, gheziez uliedi, bhalma ghamel ghalina fuq is-salib il-Feddej ghaziz taghna. U billi ftit huma fid-dinja dawk li jhobbu l-faqar, ghandna aktar u aktar inhobbuh ahna. Wara l-ubbidjenza nirrikmandalkom dil-virtu’.
Ejjew inharsu bir-reqqa kollha dak li weghedna; u jekk minhabba d-dghufija taghna ta’ bnedmin li ahna, nonqsu f’xi haga, ejjew nergghu nqumu bla telf ta’ zmien permezz tal-penitenza, ahna u nithabtu biex inkomplu nghixu hajja tajba u naghmlu mewta qaddisa.
Il-Missier Alla ta’ kull hniena, l-Iben ta’ Alla bil-merti tal-passjoni mqaddsa tieghu, u l-Ispirtu s-Santu, l-ghajn tas-sliem, tal-hlewwa u ta’ l-imhabba, jimlewna lkoll bil-farag tas-sema. Amen.
Taghrif migbur minn Patri Edmund Teuma OFMConv. |
Santa Koleta ta' Corbie
|