Qaddisin u Beati Frangiskani                         

 

 

◄◄|werrej|►►

Specjali -750 sena mill-Mewt

 


Santa Klara ta' Assisi

(1194-1253)

11 ta’ Awwissu


Klara twieldet fil-belt ta’ Assisi fis-sena 1194 fi hdan familja nobbli.  Daqsxejn ta’ tfajla, xtaqet tkun kollha kemm hi ta’ Kristu, u waqt li bdiet miexja fuq il-pariri ta’ San Frangisk, halliet id-dinja biex itterraq wara l-ideal tal-Vangelu.  Kien San Frangisk innifsu li libbisha libsa tax-xkora u lesthielha post fejn tghammar qrib il-knisja ta’ San Damjan, fejn ma damitx ma marret ohtha wkoll, Santa Anjeze.  Hekk twieled it-Tieni Ordni Frangiskan, li ghall-ewwel kien jissejjah l-Ordni tan-Nisa Fqar ta’ San Damjan, imbaghad beda jissejjah, kif ghadu sallum, l-Ordni ta’ Santa Klara.  Il-qaddisa ghexet il-bqija ta’ hajjitha bhala religjuza f’San Damjan.  Kienet tghix f’faqar perfett u fil-kontemplazzjoni, waqt li kienet iddur bi shabha s-sorijiet b’imhabba ta’ omm.  Mietet fl-1253 u ghaddha mal-qaddisin il-Papa Alessandru IV fl-1255.  Gisem il-qaddisa jistrieh fil-Bazilka taghha fil-belt ta’ Assisi.  Il-Papa Piju XII fl-1958 hatar lil Santa Klara patruna tax-xandir bit-televizjoni.

 


Ezempju tajjeb lill-ohrajn

mill-kitbiet tal-qaddisa


 

Mit-Testment tal-qaddisa ntghazlet is-silta li gejja; fiha jinghad li “jekk nghixu skond din il-ghamla ta’ hajja ahna naghtu ezempju tajjeb lill-ohrajn.”

 

L-Iben ta’ Alla sar triq ghalina, u din urihielna u ghallimhielna bil-kelma u bl-ezempju l-qaddis Frangisk missierna, li habbu u imitah tabilhaqq.

 

Ghalhekk, huti mahbubin, ghandna nimmeditaw dwar il-gid bla tarf li bih Alla mliena, l-aktarnett dak li hu ghamel fostna permezz tal-qaddej mahbub tieghu, il-qaddis Frangisk missierna.  U mhux biss wara l-konverzjoni taghna imma sa minn meta konna ghadna fil-frughat tad-dinja.

 

Ghax meta l-istess qaddis kien ghadu bla patrijiet u bla shab, sewwa sew wara l-konverzjoni tieghu, hu beda x-xoghol ta’ tiswija fil-knisja ta’ San Damjan, fejn il-Mulej zaru u fawru bil-farag tas-sema.  Hemm hu hass li kellu jhalli d-dinja darba ghal dejjem, u mimli b’ferh qaddis u bid-dawl ta’ l-Ispirtu s-Santu, hu habbar minn qabel dak kollu li mbaghad il-Mulej ghamel maghna.

 

Minn fuq il-bejt ta’ dik il-knisja hekk beda jghajjat b’hiltu kollha bil-Franciz lil xi fqajrin li kienu fil-qrib: “Ejjew ghinuni fil-bini tal-kunvent ta’ San Damjan, ghax minn hawn u ftit iehor gejjin joqoghdu fih xi nisa, li ghall-qdusija ta’ hajjithom sa tinghata glorja lil Missierna tas-sema fil-Knisja mqaddsa kollha tieghu.”

 

F’dan nistghu ghalhekk naraw it-tjieba kbira ta’ Alla ghalina.  Fil-hniena u l-imhabba tieghu bla qjies, huwa ried inebbah lill-Qaddis tieghu b’dan il-kliem dwar is-sejha u l-hatra taghna.  Izda missierna l-aktar qaddis ma habbarx dawn il-hwejjeg fuqna biss, imma fuq dawk kollha li j]ossu u jghixu dis-sejha, li ghaliha l-Mulej sejhilna.

 

B’liema hegga u disponibbilta’ fir-ruh u fil-gisem ghandna mela nharsu l-kmandmenti ta’ Alla u ta’ missierna San Frangisk, biex, bil-ghajnuna ta’ Alla, inkunu nistghu naghtuh lura mkattrin it-talenti li tana!

 

Il-Mulej qeghedna bhala mudelli, ezempji u mirja mhux biss ghall-bnedmin l-ohra, imma anki ghall-hutna, dawk li l-Mulej stess sejhilhom biex jghixu din is-sejha, biex huma wkoll isiru mirja u ezempju ghal dawk kollha li jghixu fid-dinja.  Hu lilna ghazilna ghal hidma daqshekk gholja biex fina jaraw lilhom infushom dawk kollha li hu sejjah biex isiru mirja u ezempji ghall-ohrajn.  Ghalhekk ahna ninsabu marbutin li nbierku u nfahhru lill-Mulej u li nikbru kull jum fit-tjieba.  Mela jekk nghixu skond din il-ghamla ta’ hajja ahna naghtu ezempju tajjeb lill-ohrajn, u wara ftit tat-tbatija, niksbu l-premju tal-hena ta’ dejjem.

 


Taghrif migbur minn Patri Edmund Teuma OFMConv.


Santa Klara

ta' Assisi