Qaddisin u Beati Frangiskani |
|
|
San Guzepp ta' Leonessa (1556-1612) 4 ta’ Frar Guzeppi Desideri twieled Leonessa qrib il-belt ta’ Rieti, l-Italja tan-nofs, fl-1556. Dahal mal-Frangiskani Kapuccini u maghhom ghadda hajja ta’ penitenza harxa. Kellu wkoll hegga kbira ghax-xoghol appostoliku. Kien missjunarju f’Kostantinopli fejn farrag kemm felah lill-ilsiera Nsara, u ghamel minn kollox biex jgharraf sahansitra lis-sultan bi Kristu. Ghal ftit ma mietx martri. Meta rega’ lejn pajjizu baqa’ jahdem bil-hegga ta’ qabel bhala missjunarju u appostlu. Miet Amatrice nhar l-4 ta’ Frar 1612. Il-Papa Beneditt XIV ghaddu mal-qaddisin tal-Knisja.
In-Nisrani ktieb haj tat-taghlim tal-Vangelu. mill-kitbiet tal-Qaddis
Minn wahda mill-prietki tal-qaddis hadna din is-silta li turi li n-Nisrani ghandu jkun bhal ktieb haj tat-taghlim tal-Vangelu.
Il-Vangelu u l-bxara t-tajba tal-migja tal-Mulej fid-dinja mill-Vergni ma ghandux jinkiteb biss fuq il-karti, imma qabel xejn ghandu jinkiteb f’qalbna. Tant hu hekk, li bejn il-ligi ta’ Mose’ u l-ligi tal-grazzja hemm differenza: dik kienet minquxa fil-gebel, waqt li din tissejjah ligi tal-grazzja ghax hi titnaqqax fi qlub il-bnedmin bil-grazzja ta’ l-Ispirtu s-Santu.
Hekk kien wieghed Alla b’fomm il-profeta Geremija: “Naghmel maghkom il-patt tieghi, mhux bhal dak li ghamilt ma’ missirijietkom.” Ghalhekk kull Nisrani ghandu jkun bhal ktieb haj li fih wiehed ikun jista’ jaqra t-taghlim tal-Vangelu. Hekk qal San Pawl lill-Korintin: “Intom l-ittra taghna miktuba mhux bil-linka, imma bl-Ispirtu ta’ Alla l-haj permezz tal-ministeru taghna; mhux fuq twavel tal-gebel, imma fuq twavel tal-laham.”
Il-folja hi qalbna, fuqha jikteb l-Ispirtu s-Santu permezz tal-ministeru tieghi ghax “ilsieni pinna ta’ kittieb hafif.” U jalla lsien il-pedikatur, imharrek mill-Ispirtu s-Santru, imxappap f’Demm il-Haruf bla tebgha, isehhlu jikteb illum bil-heffa fi qlubkom. Imma kif jista’ wiehed jikteb fuq folja ha miktuba? Jekk ma jithassarx dak li jkun inkiteb qabel ma jistax wiehed jerga’ jikteb mill-gdid.
Fi qlubkom hemm miktubin ir-reghba, is-suppervja, il-gibdiet il-hziena, u l-vizzji l-ohra. Kif nistghu niktbu fihom l-umilta’, l-onesta’, u l-virtujiet l-ohra, jekk ma nhassrux minn fuqhom il-vizzji l-qodma? Jekk il-bnedmin igorru fihom kitbiet ta’ dix-xorta jkunu bhal ktieb qaddis u bl-imgiba taghhom ikunu jistghu jghallmu lill-ohrajn. Ghalhekk San Pawl, ma’ dak li qalilna qabel, izid: “Intom ittra li kulhadd jista’ jaqra u jifhem.”
Taghrif migbur minn Patri Edmund Teuma OFMConv. |
San Guzepp ta' Leonessa
|