Qaddisin u Beati Frangiskani                         

 

 

◄◄|werrej|►►

Specjali - 400 Sena mit-Twelid

1603-2003


San Guzepp ta' Copertino

(1603-1663)

18 ta’ Settembru


Guzeppi Desa twieled Copertino qrib Lecce, l-Italja ta’ isfel, fl-1603.  Dahal Frangiskan mal-Minuri Konventwali u meta sar sacerdot fl-1628 intefa’ b’hegga tal-ghageb fil-ministeru mqaddes b’rizq il-fidwa ta’ l-erwieh.  Il-qaddis jinghazel ghall-hajja axxetika tieghu u ghall-ispirtu qawwi ta’ talb li kien imzejjen bih.  Kien moghni b’doni soprannaturali aktarx rari: kien sikwit jintilef f’estasi u jinqata’ mill-art u sahansitra jtir, u bosta kienu l-mirakli u l-ghegubijiet li ghamel f’hajtu bil-qawwa ta’ Alla.  B’hekk malajr sar wiehed mis-suggetti li l-aktar iqajmu interess fl-istorja tal-mistika Nisranija. Minhabba l-karizmi straordinarji tieghu, San Guzepp sikwit htieglu jbiddel il-kunvent biex tissikket il-ghagha tan-nies u titrazzan il-kurzità ta’ dawk li kienu jafuh.  B’danakollu, hu baqa’ dejjem bniedem ta’ ubbidjenza u ta’ umiltà bla tarf.  Kellu devozzjoni kbira hafna lejn il-Vergni Mbierka.  Miet Osimo, fil-Marche, nhar it-18 ta’ Settembru 1663.  Il-Papa Klement XIII kitbu fl-album tal-qaddisin.  Minhabba d-diffikultajiet fl-istudji li sab biex isir sacerdot, ghad li hu dejjem habrek biex jaghmel dmiru bhala student tat-teologija, San Guzepp ta’ Copertino huwa l-patrun ta’ l-istudenti li jkunu resqin ghal xi ezami.

 


Il-Virtu' tal-Fidi

mill-kitbiet tal-qaddis


 

Mill-Qwiel ta’ San Guzepp ghazilna dawn dwar il-virtu’ tal-Fidi.

 

Ghandu l-fidi dak biss li jhobb; ma jistax ikun hemm imhabba kbira minghajr fidi ferma.

 

Fidi hajja hi dik li biha l-bniedem jintelaq ghar-rieda ta’ Alla u jkun cert li sew jekk Alla jaghtih il-grazzja li jitlob minnu, sew jekk le, din tkun dejjem l-ahjar haga ghalih.

 

Il-bnedmin ta’ fidi kbira jixbhu lil sigra kbira li meta titqaccat dejjem jibqa’ xi gherq minnha li minnu jistghu johorgu zragen godda.  Izda dawk ta’ fidi zghira jixbhu lil sigra zghira li meta titqaccat ma terga’ tiehu b’xejn.

 

Bil-mard Alla dejjem ikun irid xi haga mill-marid: li jbiddel hajtu.

 

Il-Kleru ghandu jiccelebra l-Liturgija tas-Sighat bl-attenzjoni u l-Quddiesa bid-devozzjoni; b’dawn it-tnejn tista’ tinbidel kull haga.

 

Min ghandu l-fidi vera ghandu kull ma jixtieq, ghax f’idu ghandu l-istess setgha bla tarf ta’ Alla.

 

Jehtieg li nitolbu dejjem lil Alla; ghax min jaqla’ jiehu minghandu l-gid li jkun talbu, u min ma jaqlax jiehu l-gid ghall-fatt li jkun talab.  Ghalhekk kull wiehed jaqla’ minghand Alla ghana mfawwar ta’ grazzji.

 

Lil Alla aktarx li nsibuh jaqbel mal-ghemejjel taghna.  Jekk inkunu fidili lejh, hu jkun fidil lejna; jekk inkunu grati, hu jkun grat; jekk inkunu kuntrarji, hu jkun kuntrarju.  Hu bhal mera li thares lejk bl-istess ghajnejn li bihom thares lejha.  Jekk min ihares lejn il-mera hu bniedem iswed, fil-mera jidher bniedem iswed; jekk ikun abjad, jidher bniedem abjad; jekk ikun imdejjaq, jidher bniedem imdejjaq; jekk ikun dahkan, il-mera tidher dahkana wkoll u trodd iz-zeghil li tircievi.  Fi ftit kliem, Alla jiehu minghandna l-mudell ta’ kif ghandu jgib ruhu maghna.

 

Mis-Sagrament imqaddes ta’ l-Altar jigi kull gid sew tar-ruh, sew tal-gisem.

 

Min ma ghandux fiducja f’Alla m’huwiex Nisrani ghax ma jemminx f’Alla.

 

F’kull haga li taghmel, sew jekk hi temporali sew jekk spiritwali, int aghmel il-parti tieghek imbaghad halli lil Alla jaghmel tieghu, u tista’ sserrah mohhok.

 

Min ghandu l-fidi ghandu f’idejh id-dinja, ghax ghandu f’idejh lil Dak li ghandu f’idejh id-dinja.

 


Taghrif migbur minn Patri Edmund Teuma OFMConv


San Guzepp

ta' Copertino