Qaddisin u Beati Frangiskani                         

 

 

◄◄|werrej|►►


Sant'Antnin ta' Padova

 (1195-1231)

13 ta’ Gunju


Fil-maghmudija tawh l-isem ta’ Fernandu u twieled Lisbona fil-Portugall qrib is-sena 1195.  Meta kien zaghzugh dahal mal-Kanonci Regolari ta’ Santu Wistin ta’ Coimbra, izda meta sar sacerdot hass li kellu jmur ixandar il-Fidi Nisranija fost il-gnus ta’ l-Afrika u jekk jista’ jkun hemm jiehu l-martirju.  Kien ghalhekk li halla lill-Kanonci Regolari u dahal Frangiskan fl-1220.  Dan ghamlu meta fil-monasteru tas-Salib imqaddes ta’ Coimbra waslu l-igsma ta’ San Berardu u shabu, l-ewwel martri Frangiskani, li f’dik l-istess sena kienu qatluhom fil-Marokk.  Kif dahal Frangiskan, Fernandu, li issa biddel ismu ghal Fra Antonju, talab li jintbaghat missjunarju, izda Alla ried li flok jasal fl-artijiet ta’ l-Afrika, isib ruhu l-ewwel fi Sqallija, imbaghad Assisi, fejn ha sehem fil-Kapitlu ta’ Pentekoste tas-sena 1221 li mexxieh San Frangisk innifsu.  Wara xi zmien fis-satra tal-kunvent ta’ Monte Paolo fir-Romagna, li fih Fra Antonju kien minsi ghal kollox, il-Mulej ghogbu johrog fil-berah id-doni li bihom kien zejnu.  Minn dak iz-zmien ’il quddiem il-Qaddis intefa’ fil-predikazzjoni u fit-taghlim tat-teologija, u b’hekk sar l-ewwel Majjistru ta’ l-Ordni.  Dar l-Italja kollha u Franza ta’ isfel ixandar il-Kelma ta’ Alla u jwassal hafna erezjarki ghall-indiema.  Kien difensur tal-foqra u tal-maghkusin, filwaqt li l-Mulej wettaq l-appostolat tieghu b’bosta mirakli.  Ghadda l-ahhar zmien ta’ hajtu fil-belt ta’ Padova, fl-Italja ta’ fuq, fejn rabat ismu ma’ dik il-belt u fejn miet fis-subborg ta’ L’Arcella, nhar il-Gimgha, 13 ta’ Gunju 1231.  Il-Papa Girgor IX kitbu mal-qaddisin fit-30 ta’ Mejju 1232, anqas minn sena wara mewtu.  Minhabba l-gherf u d-duttrina tieghu, li jidhru l-aktar fil-prietki li ghamel, kollha miktubin, Sant’Antnin kien mgholli ghall-gieh ta’ Duttur tal-Knisja mill-Papa Piju XII fl-1946.  Il-Bazilka mibnija f’Padova fuq il-qabar tal-qaddis u li hija taht il-harsien tal-Patrijiet Konventwali, tilqa’ fiha kull jum tas-sena pellegrinaggi minn kull naha tad-dinja.  Hi tabilhaqq centru ta’ talb u spiritwalità.

 


Kif il-bniedem ghandu jixbah lil Alla

mill-kitbiet tal-qaddis


 

Minn wahda mill-prietki tieghu hadna s-silta li gejja li fiha Sant’Antnin juri kif il-bniedem ghandu jixbah lil Alla u bhalu jkun hanin.

 

Hennu bhalma hu hanin Missierkom.  Tiggudikawx, u ma tkunux iggudikati; tikkundannawx, u ma tkunux ikkundannati; agfru, u ssibu l-magfra; aggtu u jinggatalkom.”  Ara kif f’dis-silta tal-Vangelu mqaddes hemm hames hwejjeh ta’ importanza kbira: hennu, tiggudikawx, tikkundannawx, ahfru u aghtu.

 

Hu hanin min jaghder in-nuqqasijiet ta’ haddie]hor.  Ghalhekk fil-hniena nsibu l-moghdrija, bhallikieku l-hniena ssir bil-moghdrija.  U billi l-hniena tal-Missier tas-sema lejk ghandha tliet ucuh, hekk ukoll il-hniena tieghek lejn il-proxxmu ghandu jkollha tliet uhuh.

 

Il-hniena tal-Missier hi ghaziza, wiesgha u ghanja.  Ghaziza ghax issaffi l-bniedem mill-vizzji, bhalma jghid Bin Sirak: “Ggaziza hnientu fi zmien il-ghawg, daqs shab tax-xita fi zmien in-nixfa.”  Fi zmien il-ghawg, jigifieri meta tkun maghkusa bid-dnubiet, tinzel fuqha xita ta’ grazzja li ggeddidha u tahfrilha d-dunbiet.

 

Il-hniena tal-Missier wiesgha, ghax hi u miexja ’l quddiem fiz-zmien, ir-ruh tikber u titwessa’ bl-ghemejjel it-tajba.  Ghalhekk fis-Salm insibu: “Tjubitek quddiem ghajnejja, imxejt skond is-sewwa tieghek.”

 

Il-hniena tal-Missier hi ghanja fil-ghaxqa tal-hajja taz-zmien li gej.  Dwarha fil-Ktieb ta’ Tobija nsibu dan: “Min jibza’ minnek jaf zgur li hu sa jikseb il-kuruna tal-hajja jekk hajtu tkun tqieghdet fit-tigrib; hu jkun mehlus mill-ghawgu jkun jista’ jilqa’ l-hniena tieghek jekk qabel jilqa’ t-twiddib.”

 

Hekk ukoll il-hniena tieghek lejn il-proxxmu ghandu jkollha tliet ucuh.  Jekk dineb kontriek ahfirlu; jekk hareg mit-triq tas-sewwa ghallmu; jekk bih il-guh itimghu biex jigi f’tieghu.


Ejjew, mela, in]ennu, a]na li ninsabu fil-qu
ccata tal-hajja.  Ejjew naraw kif sa nipprovdu ghalina u ghal haddiehor.  Ejjew noffru lilna nfusna biex immexxu lil dawk li ma jafux it-triq.  Ejjew nahdmu bla waqfien ghax inkella hidmitna tisfa fix-xejn.  Ejjew ingorru fuq spallitna lill-morda u lid-dghajfa biex ma jaqtghux qalbhom mit-triq.  Ejjew nishru fit-talb u l-kontemplazzjoni biex bhallikieku naqbdu f’idejna l-faqar, l-umilta’ tal-Mulej u l-imrar li daq fil-passjoni tieghu.  U jekk nintebhu li xi haga mniggsa trid tibqa’ thassrilna hajjitna, ejjew malajr naraw x’naghmlu.  Fuq kollox ejjew naharbu l-frugha tad-dinja.


Taghrif migbur minn Patri Edmund Teuma OFMConv.


Sant'Antnin

ta' Padova